|
6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
304 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 521/2005
ta' l-1 ta' April 2005
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv u l-awtorizzazzjoni proviżjorja ta’ użi ġodda ta' ċerti addittivi diġà awtorizzati fl-għalf
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1)u 9e(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali. |
|
(2) |
L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi miżuri ta' tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi ta' l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' l-addittivi elenkati fl-Annessi ta' dan ir-Regolament kienu tressqu qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Kummenti tal-bidu mill-Istati Membri dwar dawk l-applikazzjonijiet kif previsti fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk ser jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE. |
|
(5) |
L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi ta' alpha-amylase u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), l-endo-1,4-beta- xylanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u s-subtilisin prodott mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għat-tiġieġ għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1636/1999 (3). Tressqet informazzjoni ġdida b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi kif speċifikat fl-Anness I għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien. |
|
(6) |
L-użu ta' l-preparazzjoni ta' enżimi tas-6-phytase prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 14223) kien awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien għat-tiġieġ għat-tismin, it-tiġieġ li qed ibidu, id-dundjani għat-tismin, il-ħnienes, il-ħnieżer għat-tismin u l-ħnieżer mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 255/2005 (4). Tressqet informazzjoni ġdida b'appoġġ għal applikazzjoni sabiex l-awtorizzazzjoni ta' l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi tiġi estiża għas-salmonidi. L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel (EFSA) wasslet opinjoni dwar l-użu ta' dik il-preparazzjoni li tikkonkludi li ma tippreżentax riskju għas-salmonidi skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' l-enżimi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat proviżorjament għal erba' snin. |
|
(7) |
L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu ta’ l-Enterococcus faecium (DSM 7134) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnienes u l-ħnieżer għat-tismin mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 666/2003 (5). Tressqet informazzjoni ġdida b'appoġġ għal applikazzjoni sabiex l-awtorizzazzjoni ta' l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi tiġi estiża għat-tiġieġ għat-tismin. L-EFSA tat opinjoni favorevoli fit-28 ta’ Ottubru 2004 dwar is-sigurtà ta’ dak l-addittiv meta wżat fil-kategorija tat-tiġieġ għat-tismin, skond il-kundizzjonijiet ta’ l-użu kif stipulati fl-Anness III għal dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikro-organiżmi kif speċifikat fl-Anness III għandu jkun awtorizzat proviżorjament għal erba' snin. |
|
(8) |
L-evalwazzjoni ta' dawk l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom ikunu meħtieġa sabiex il-ħaddiema jkunu mħarsa mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Dan it-tip ta’ ħarsien għandu jkun assigurat permezz ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri għall-inkoraġġiment tat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (6). |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikata fl-Anness I, hija awtorizzata għall-użu mingħajr limitu ta' żmien bħala addittiv fin-nutriment ta' l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.
Artikolu 2
Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikata fl-Anness II, hija awtorizzata proviżorjament għal erba snin bħala addittiv fin-nutriment ta' l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.
Artikolu 3
Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Mikro-Enżimi”, kif speċifikata fl-Anness III, hija awtorizzata proviżorjament għal erba snin bħala addittiv fin-nutriment ta' l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar l-1 ta' April 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).
(2) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(3) ĠU L 194, 27.7.1999, p. 17.
(5) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 11.
(6) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
ANNESS I
|
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perijodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||
|
Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Enżimi |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
“E 1623 |
|
Preparazzjoni ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), endo-1,4-beta-xylanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105), u subtilisin prodott mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107) li għandha attività minimi ta':
|
Tiġieġ għat-tismin |
— |
endo-1,3(4)-beta-glucanase: 25 U |
— |
|
Mingħajr limitu ta' żmien |
||||||||||||||||||||||||
|
endo-1,4-beta-xylanase: 625 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
subtilisin: 200 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||||
(1) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalenti ta' glukożju) minn barli beta-glucan kull minuta f' pH ta' 5,0 u 30 °C.
(2) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalenti ta' ksilożju) minn oat spelt xylan kull-minuta f' pH ta' 5,3 u 50.°C.
(3) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikrogramm ta' reducing sugars (ekwivalenti tat-tirosin) minn substrat tal-kaseina kull minuta f' pH ta' 7,5 u 40.°C.”
ANNESS II
|
Nru (jew Nru KE) |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||
|
Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ |
||||||||||||||
|
Enżimi |
||||||||||||||
|
“50 |
6-Phytase EC 3.1.3.26 |
Preparazzjoni ta' 6-phytase prodotta permezz ta' Aspergillus oryzae (DSM 14223) li fiha attività minima ta': Forma likwida: 20 000 FYT (1)/g |
Salmonidi |
— |
500 FYT |
— |
|
Data [din għandha timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]” |
||||||
(1) 1 FYT huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta f' pH ta' 5.5 u 37 °C.
ANNESS III
|
Nru (jew Nru KE) |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||
|
CFU/kg ta' għalf sħiħ |
||||||||||||
|
Mikro-organiżmi |
||||||||||||
|
“22 |
Enterococcus faecium DSM 7134 |
Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium li fiha ammont minimu ta’:
|
Tiġieġ għat-tismin |
— |
0,2 × 109 |
2 × 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. |
5.4.2009” |
||||