Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Ġunju 2006 (Każijiet magħquda R 107/2005 u R 187/2005-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn WHG Westdeutsche Handelsgesellschaft mbH u Giorgio Beverly Hills, Inc.
Informazzjoni dwar il-kawża
>lt>5
Dispożittiv
1) Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis‑Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-21 ta’ Ġunju 2006 (Każijiet R 107/2005 u R 187/2005-2) hija annullata, sa fejn din ċaħdet l‑appell fil‑Każ R 187/2005-2.
2) L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Giorgio Beverly Hills, Inc. matul il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.
3) WHG Westdeutsche Handelsgesellschaft mbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti minn Giorgio Beverly Hills, Inc. għall‑finijiet tal‑proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.