Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2008 – Giorgio Beverly Hills vs UASI – WHG (GIORGIO BEVERLY HILLS)
(Kawża T-228/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja verbali GIORGIO BEVERLY HILLS – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GIORGIO – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20, 33)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Ġunju 2006 (Każijiet magħquda R 107/2005 u R 187/2005-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn WHG Westdeutsche Handelsgesellschaft mbH u Giorgio Beverly Hills, Inc. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Giorgio Beverly Hills, Inc. |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali GIORGIO BEVERLY HILLS għal prodotti fil‑klassijiet 3, 14, 18 u 25 – Applikazzjoni Nru 417709 |
|
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni: |
WHG Westdeutsche Handels‑gesellschaft mbH |
|
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Trade mark verbali u trade mark Komunitarja figurattiva GIORGIO għall-prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25 |
|
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni: |
Oppożizzjoni għal parti mill-prodotti inkwistjoni kkonfermata |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis‑Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-21 ta’ Ġunju 2006 (Każijiet R 107/2005 u R 187/2005-2) hija annullata, sa fejn din ċaħdet l‑appell fil‑Każ R 187/2005-2. |
|
2) |
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Giorgio Beverly Hills, Inc. matul il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza. |
|
3) |
WHG Westdeutsche Handelsgesellschaft mbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti minn Giorgio Beverly Hills, Inc. għall‑finijiet tal‑proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI. |