|
27.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-31 ta’ Jannar 2011
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti
(2011/250/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Ġunju 2010 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tidħol f’negozjati mar-Repubblika tal-Uzbekistan biex jiġi emendat il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), sabiex jiġi żgurat li l-prinċipji li japplikaw għall-kummerċ f’oġġetti oħra jiġu estiżi formalment ukoll għall-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti. Dawn in-negozjati ġew konklużi b'suċċess u l-Protokoll li jemenda l-Ftehim billi ħassar l-Artikolu 16, u r-referenzi kollha għalih, ġie inizjalat fl-1 ta’ Lulju 2010. |
|
(2) |
Fil-qafas tan-negozjati sar qbil bejn iż-żewġ partijiet biex isir eżerċizju ta’ tindif u titħassar dispożizzjoni teknika li m'għadx għandha użu li skadiet fl-1998 u l-Anness koorispondenti li jirreferi għaliha. |
|
(3) |
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea. |
|
(4) |
Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Stati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti, b'dan huwa approvat f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll (2).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill b'dan huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu, u li jagħmel din id-dikjarazzjoni:
“B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea issostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għall-‘Komunità Ewropea’ jew għall-‘Komunità’ fit-test tal-Ftehim, fejn meħtieġ, għandhom jinqraw bħala referenzi għall-‘Unjoni Ewropea’.”
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 229, 31.8.1999, p. 3.
(2) It-test tal-Protokoll għandu jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.