8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9849 — Banco Santander/Aegon/Popular Vida)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 190/05)

1.   

Fit-28 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Banco Santander, S.A. (“Banco Santander”, Spanja),

—

Aegon N.V. (“Aegon”, in-Netherlands),

—

Popular Vida 2020, Compañía de Seguros y Reaseguros, S.A.U. (“Popular Vida”, Spain), ikkontrollata mill-Banco Santander.

Aegon takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Popular Vida kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Banco Santander: bank Spanjol u l-kumpanija prinċipali ta’ grupp internazzjonali ta’ kumpaniji b’servizzi bankarji u finanzjarji li joperaw prinċipalment f’pajjiżi Ewropej, l-Amerka Latina u fl-Istati Uniti tal-Amerka/Puerto Rico,

—

Aegon: il-kumpanija prinċipali ta’ grupp ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni kkwotati fil-borża ta’ Amsterdam u dik ta’ New York, attivi mad-dinja kollha, prinċipalment fl-Istati Uniti tal-Amerka, in-Netherlands u r-Renju Unit,

—

Popular Vida: kumpanija attiva fis-suq tal-assigurazzjoni tal-ħajja fi Spanja. Il-mezz tad-distribuzzjoni prinċipali tagħha huwa n-network kummerċjali tal-Banco Santander.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9849 — Banco Santander/Aegon/Popular Vida

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postal:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.