22.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11081 – MARCEGAGLIA CARBON STEEL / SIA SEVERSTAL DISTRIBUTION)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 106/04)

1.   

Fil-10 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Marcegaglia Carbon Steel S.p.A (“Marcegaglia”, l-Italja), li finalment hija kkontrollata minn Marcegaglia Group,

—

SIA Severstal Distribution (“SSD”, il-Latvja), flimkien maż-żewġ sussidjarji tagħha Severstal Distribution spzoo (il-Polonja) u Severstal Distribution OOO (l-Ukrajna), li finalment huma kkontrollati minn Alexey Alexandrovich Mordashov, permezz tal-entità Russa Severgroup.

Marcegaglia jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll esklużiv ta’ SSD.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Marcegaglia hija grupp industrijali Taljan ta’ proprjetà tal-familja attiva fis-settur tal-azzar, b’enfasi fuq il-kummerċ u l-ipproċessar tal-azzar. Hija tipproduċi prinċipalment prodotti tal-azzar bil-karbonju, iżda wkoll, sa ċertu punt, prodotti ċatti u twal tal-azzar inossidabbli.

—

SSD hija fornitur Latvjan ta’ prodotti tal-azzar importati, attiva fit-trattament u fil-kisi ta’ metalli u bejgħ bl-ingrossa ta’ metalli u metalli mhux maħduma. L-uniku azzjonist ta’ SIA Severstal Distribution hija PAO Severstal (“il-Bejjiegħ”), kumpanija Russa li hija kumpanija integrata vertikalment tal-estrazzjoni tal-azzar u relatata mal-azzar b’assi ewlenin fir-Russja u investimenti f’reġjuni oħra.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11081 – MARCEGAGLIA CARBON STEEL / SIA SEVERSTAL DISTRIBUTION

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.