Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU VII - Politika Ekonomika u Monetarja - Kapitolu 4 - Disposizzjonijiet Transitorji . - Artikolu 120
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0097 - 0097
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0084 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0230 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0041 - Consolidated version
Artikolu 120 1. Meta tinqala' kriżi f'daqqa fil-bilanċ ta’ pagamenti, u deċizjoni bħalma hemm fl-Artikolu 119(2) ma titteħidx immedjatament, l-Istat Membru nvolut jista', bħala prekawzjoni, jadotta l-miżuri protettivi neċessarji. Dawk il-miżuri għandhom jikkawżaw l-inqas disturb possibli fil-funzjonament tas-suq komuni u ma għandhomx ikunu aktar wiesa’ mill-iskop ta' dak li jkun tabilħaqq meħtieġ sabiex jiġu rrimedjati d-diffikultajiet li jkunu nqalgħu f'daqqa. 2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu avżati b’dawk il-miżuri protettivi mhux aktar tard minn meta jibdew iseħħu. Il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda lill-Kunsill li jagħti l-assistenza reċiproka taħt l-Artikolu 119. 3. Wara li l-Kummissjoni tkun tat opinjoni u l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 114 jkun ġie konsultat, il-Kunsill jista’, b’maġġoranza kkwalifikata, jiddeċiedi li l-Istat involut għandu jemenda, jissospendi, jew jabolixxi għal kollox il-miżuri protettivi msemmija hawn qabel. 4. Bla ħsara għall-Artikolu 122(6), dan l-Artikolu ma jibqax jgħodd mill-bidu tat-tielet stadju. --------------------------------------------------