30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/61


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8678 — ABB/General Electric Industrial Solutions)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 151/09)

1.

Fl-20 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ABB Ltd (“ABB”, l-Iżvizzera),

—

General Electric Industrial Solutions (“GEIS”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li tappartjeni għal General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

ABB takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ GEIS kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

ABB hija attiva f’teknoloġiji tal-elettriku u tal-awtomatizzazzjoni u sservi klijenti fil-qasam tal-utilitajiet, l-industrija, it-trasport u l-infrastruttura madwar id-dinja;

—

GEIS hija diviżjoni tan-negozju tal-GE involuta fid-disinn, il-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti tal-elettriku ta’ vultaġġ baxx u medju u soluzzjonijiet għal applikazzjonijiet industrijali, kummerċjali u residenzjali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8678 — ABB/General Electric Industrial Solutions

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).