|
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 377/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1864
tat-22 ta’ Ottubru 2021
li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi ta’ residwi għal amisulbrom, flubendiamide, meptyldinocap, metaflumizone and propineb f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 14(1)(a), l-Artikolu 18(1)(b) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għal amisulbrom, flubendiamide, meptyldinocap u metaflumizone, il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-MRLs għal propineb ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għal amisulbrom f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). Hija rrakkomandat li jinżammu l-MRLs eżistenti. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. |
|
(3) |
Għal flubendiamide, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (3). Hija identifikat riskju għall-konsumaturi fir-rigward tal-MRLs għall-kaboċċi u għall-ħass. Huwa għalhekk xieraq li dawn l-MRLs fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jitbaxxew għal-limitu ta’ determinazzjoni (LOD). Għal prodotti oħrajn, l-Awtorità rrakkomandat li jiżdied il-livell tal-MRLs jew li jinżamm dak eżistenti. Dawk l-MRLs jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. |
|
(4) |
Għal meptyldinocap, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (4). Hija rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-ħjar u għaz-zukkini. Għal prodotti oħrajn l-Awtorità rrakkomandat li jiżdied il-livell tal-MRLs jew li jinżamm dak eżistenti. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-għeneb tal-mejda, l-għeneb tal-inbid, il-frawli, il-bettieħ u d-dulliegħ, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, dawk l-MRLs jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta’ dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni li tkun disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Għal metaflumizone, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (5). Hija identifikat riskju għall-konsumaturi fir-rigward tal-MRLs għall-brokkoli u l-escaroles/indivja bil-weraq wiesa’. Għalhekk huwa xieraq li dawn l-MRLs fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jitbaxxew għal-LOD. L-awtorità rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-patata, il-kaboċċi, iż-żerriegħa tal-qoton u l-ħalib (baqar, nagħaġ, mogħoż, żwiemel). Għal prodotti oħrajn l-Awtorità rrakkomandat li jiżdied il-livell tal-MRLs jew li jinżamm dak eżistenti. L-Awtorità kkonkludiet li, fir-rigward tal-MRLs għat-tadam, il-bżar ħelu, il-ħjar tal-pikles, il-pastard, il-kaboċċi Ċiniżi/pe-tsai, il-ħass tal-ħaruf/valerjanella, il-ħass, il-krexxuni u nebbieta oħra, il-krexxuni tal-art, l-aruka, il-mustarda ħamra u l-ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom speċijiet ta’ brassica), kien hemm xi informazzjoni li ma kinitx disponibbli u li kien hemm bżonn ta’ aktar kunsiderazzjonijiet mill-maniġers tar-riskju. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, dawk l-MRLs jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta’ dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni li tkun disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Għal propineb, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (6). L-Awtorità pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwi. Billi l-propineb ma għadux approvat fl-UE u l-awtorizzazzjonijiet kollha għal din is-sustanza ġew revokati, l-MRLs għal dik is-sustanza attiva jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għal-LOD. |
|
(7) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti li fuqhom mhux awtorizzat l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li għalihom ma jeżistu l-ebda tolleranzi tal-importazzjoni jew limiti massimi tar-residwi fil-Codex (CXLs), l-MRLs jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-LOD speċifiku jew jenħtieġ li japplika l-MRL prestabbilit, kif previst fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi fir-rigward tal-bżonn li jiġu addattati ċerti limiti ta’ determinazzjoni. Fir-rigward ta’ diversi sustanzi, dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċertu prodotti bażiċi l-iżvilupp tekniku jeżiġi li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi ta’ determinazzjoni. |
|
(9) |
Abbażi tal-opinjonijiet raġunati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki xierqa lill-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(10) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom tqiesu. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(12) |
Sabiex il-prodotti jkunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati, ipproċessati u kkunsmati b’mod normali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi perjodu tranżizzjonali għall-prodotti li jkunu ġew immanifatturati qabel il-modifika tal-MRLs u li l-informazzjoni dwarhom turi li qed jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. |
|
(13) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 qed jiġu emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Fir-rigward ta’ amisulbrom fil-prodotti kollha u fuq il-prodotti kollha, flubendiamide fil-prodotti kollha u fuq il-prodotti kollha għajr il-kaboċċi u l-ħass, meptyldinocap fil-prodotti kollha u fuq il-prodotti kollha, metaflumizone fil-prodotti kollha u fuq il-prodotti kollha għajr il-brokkoli u l-escaroles (indivja tal-weraq wiesa’) u propineb fil-prodotti kollha u fuq il-prodotti kollha, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jkompli japplika għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel l-14 ta’ Mejju 2022.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta’ Mejju 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for amisulbrom according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2020;18(7):6170.
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for flubendiamide according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2020;18(6):6150.
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for meptyldinocap (DE-126) according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2020;18(6):6157.
(5) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for metaflumizone according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2020;18(6):6123.
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for propineb according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2020;18(8):6233.
ANNESS
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Anness V, tiżdied il-kolonna li ġejja għal propineb: "Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Limitu tal-kwantifikazzjoni analitika
(1) Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I.
(*2) Limitu tal-kwantifikazzjoni analitika
(2) Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I.