|
20.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/22 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/278
tat-18 ta' Frar 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE rigward il-miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta' ċertu mard fl-annimali akkwatiċi f'partijiet tal-Irlanda, tal-Finlandja u tar-Renju Unit
(notifikata bid-dokument C(2015) 791)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta' April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta' ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b'konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (2) tippermetti li ċerti Stati Membri japplikaw restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta' kunsinni ta' annimali akkwatiċi biex tiġi evitata l-introduzzjoni ta' ċertu mard fit-territorju tagħhom, sakemm huma jkunu wrew li t-territorju tagħhom, jew ċerti żoni demarkati fit-territorju tagħhom, huma ħielsa minn dan il-mard jew sakemm, biex jiksbu dan il-ħelsien mill-mard, ikunu stabbilixxew programm ta' qerda jew ta' sorveljanza. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2010/221/UE tipprevedi li l-Istati Membri u l-partijiet minnhom elenkati fl-Anness I tagħha għandhom jitqiesu ħielsa mill-mard elenkat fl-istess Anness. Barra minn hekk, din id-Deċiżjoni approvat il-programmi ta' eradikazzjoni adottati minn ċerti Stati Membri fir-rigward taż-żoni u l-mard elenkati fl-Anness II tagħha. Dik id-Deċiżjoni approvat ukoll il-programmi ta' sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpes virus 1 μνar (OsHV-1 μVar) adottati minn ċerti Stati Membri fir-rigward taż-żoni stabbiliti fl-Anness III tagħha. |
|
(3) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE fil-preżent jelenka il-partijiet li ġejjin tar-Renju Unit bħala ħielsa mill-ostreid herpes virus 1μνar (OsHV-1 μVar): it-territorju tal-Gran Brittanja, minbarra l-Bajja ta' Whitstable f'Kent, l-Estwarju ta' Blackwater f'Essex u l-Port ta' Poole f'Dorset, iż-żona ta' Larne Lough fit-territorju tal-Irlanda ta' Fuq u t-territorju ta' Guernsey. |
|
(4) |
Ir-Renju Unit għarraf lill-Kummissjoni li l-OsHV-1 μVar kien instab ukoll fil-Crassostrea gigas li nġabru mix-Xmara Crouch f'Essex. Din is-sejba turi li hemm tifqigħa ġdida tal-OsHV-1 μVar f'żona li qiegħda fit-territorju tal-Gran Brittanja li fil-preżent hija ddikjarata bħala ħielsa minn din il-marda. Għalhekk għandha tiġi emendata d-demarkazzjoni ġeografika taż-żoni fir-Renju Unit elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE li għandhom miżuri nażżjonali approvati. |
|
(5) |
Ir-Renju Unit għarraf lill-Kummissjoni wkoll li l-entrata tad-demarkazzjoni ġeografika tal-partijiet tal-Irlanda ta' Fuq li huma ddikjarati ħielsa mill-OsHV-1 μVar fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE ma taqbilx mad-dikjarazzjoni tiegħu. Id-demarkazzjoni korretta għandha tkun “It-territorju tal-Irlanda ta' Fuq, minbarra l-bajjiet ta' Dundrum u Killough Lough Foyle, Carlingford Lough u Strangford Lough”. Għalhekk, l-Anness I għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-partijiet kontinentali tat-territorji tal-Finlandja huma elenkati fl-Anness II mad-Deċiżjoni 2010/221/UE bħala territorju bi programm approvat ta' eradikazzjoni fir-rigward ta' mard batteriku tal-kliewi (BKD). |
|
(7) |
B'dan il-mod, id-Deċiżjoni 2010/221/UE tapprova ċerti miżuri nazzjonali li wettqet il-Finlandja b'rabta mal-moviment ta' konsenji ta' annimali akkwatiċi ta' speċijiet suxxettibbli f'dawk iż-żoni. Madanakollu, biex ikun hemm lok għal evalwazzjoni mill-ġdid ta' kemm huma xierqa dawk il-miżuri nazzjonali, l-Artikolu 3(2) ta' dik id-Deċiżjoni jillimita ż-żmien tal-awtorizzazzjoni tal-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri sal-31 ta' Diċembru 2015. |
|
(8) |
Il-Finlandja għarrfet lill-Kummissjoni li kienet iddeċidiet li tirtira l-BKD mil-lista tal-mard tal-annimali akkwatiċi li għandu jiġi kkontrollat u meqrud b'mod obbligatorju fil-Finlandja. Din id-Deċiżjoni daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2014. Minħabba f'hekk, minn dik id-data 'l hawn, il-Finlandja m'għadx għandha fis-seħħ programm għall-qerda tal-BKD kif approvat skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE fit-territorju kollu tagħha jew f'partijiet minnu. Għaldaqstant, l-entrata tal-Finlandja fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/221/UE għandha titħassar, u din l-emenda għandha tapplika mill-1 ta' Diċembru 2014. |
|
(9) |
Bħalissa l-Anness III tad-Deċiżjoni 2010/221/UE jelenka seba' kompartimenti fit-territorji tal-Irlanda li għandhom programm approvat ta' sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μ Var). |
|
(10) |
L-Irlanda għarrfet lill-Kummissjoni li nstab l-OsHV-1 μVar f'wieħed minn dawn il-kompartimenti, b'mod aktar preċiż, f'Askeaton Bay fil-kompartiment nru 6. Għaldaqstant, id-demarkazzjoni ġeografika tal-kompartiment nru 6 fl-Anness III mad-Deċiżjoni 2010/221/UE għandha tiġi emendata. |
|
(11) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2010/221/UE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I, II u III mad-Deċiżjoni 2010/221/UE jinbidlu bit-test fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Diċembru 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
“ANNESS I
L-Istati Membri u ż-żoni li meqjusin li huma ħielsa mill-mard elenkat fit-tabella u approvati biex iwettqu miżuri nazzjonali biex jevitaw l-introduzzjoni ta' dak il-mard skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE
|
Marda |
Stat Membru |
Kodiċi |
Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b'miżuri nazzjonali approvati |
|
Il-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (SVC) |
Id-Danimarka |
DK |
It-territorju kollu |
|
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
|
|
L-Ungerija |
HU |
It-territorju kollu |
|
|
Il-Finlandja |
FI |
It-territorju kollu |
|
|
L-Iżvezja |
SE |
It-territorju kollu |
|
|
Ir-Renju Unit |
UK |
It-territorju kollu tar-Renju Unit It-territorji ta' Guernsey, Jersey u l-Isle of Man |
|
|
Il-marda tal-kliewi batterika (BKD) |
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
|
Ir-Renju Unit |
UK |
It-territorju tal-Irlanda ta' Fuq It-territorji ta' Guernsey, Jersey u l-Isle of Man |
|
|
In-nekrosi pankreatika infettiva (IPN) |
Il-Finlandja |
FI |
Il-partijiet kontinentali tat-territorju |
|
L-Iżvezja |
SE |
Il-partijiet kontinentali tat-territorju |
|
|
Ir-Renju Unit |
UK |
It-territorju tal-Isle of Man |
|
|
Infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris (GS) |
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
|
Il-Finlandja |
FI |
Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma tat-Tenojoki u tan-Näätämönjoki; iż-żoni tal-ġbir tal-ilma tal-Paatsjoki, tat-Tuulomajoki, u tal-Uutuanjoki għandhom jitqiesu bħala żoni ta' lqugħ |
|
|
Ir-Renju Unit |
UK |
It-territorju kollu tar-Renju Unit It-territorji ta' Guernsey, Jersey u l-Isle of Man |
|
|
L-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μVar) |
Ir-Renju Unit |
UK |
It-territorju tal-Gran Brittanja minbarra l-Bajja ta' Whitstable f'Kent, l-Estwarju ta' Blackwater u x-Xmara Crouch f'Essex u l-Port ta' Poole f'Dorset It-territorju tal-Irlanda ta' Fuq, minbarra l-bajjiet ta' Dundrum u Killough, Lough Foyle, Carlingford Lough u Strangford Lough It-territorju ta' Guernsey |
“ANNESS II
L-Istati Membri u partijiet minnhom bi programmi ta' eradikazzjoni fir-rigward ta' ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura, u li huma approvati biex iwettqu miżuri nazzjonali għall-kontroll ta' dan il-mard skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE
|
Marda |
Stat Membru |
Kodiċi |
Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b'miżuri nazzjonali approvati |
|
Il-marda tal-kliewi batterika (BKD) |
L-Iżvezja |
SE |
Il-partijiet kontinentali tat-territorju |
|
Il-vajrus infettiv tan-nekrożi pankreatika (IPN) |
L-Iżvezja |
SE |
Il-partijiet kostali tat-territorju |
“ANNESS III
L-Istati Membri u ż-żoni bi programmi ta' sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μ Var), u li huma approvati biex iwettqu miżuri nazzjonali għall-kontroll ta' din il-marda skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE
|
Marda |
Stat Membru |
Kodiċi |
Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b'miżuri nazzjonali approvati (Stati Membri, żoni u kompartimenti) |
|
L-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μVar) |
L-Irlanda |
IE |
Kompartiment 1: Il-Bajja ta' Sheephaven Kompartiment 2: Il-Bajja ta' Gweebara Kompartiment 3: il-Bajjiet ta' Killala, Broadhaven u Blacksod Kompartiment 4: Il-Bajja ta' Streamstown Kompartiment 5: il-Bajjiet ta' Bertraghboy u Galway Kompartiment 6: Il-Bajja ta' Poulnasharry Kompartiment 7: Il-Bajja ta' Kenmare |