|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1353 |
6.2.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11447 — BRIDGEPOINT / NEXITY LAMY U ORALIA PARTENAIRES)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/1353)
1.
Fis-26 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bridgepoint Group plc (“Bridgepoint”) tar-Renju Unit, |
|
— |
NEXITY Lamy u Oralia Partenaires, proprjetà sħiħa u kkontrollati minn NEXITY SA, Franza. |
Bridgepoint se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Nexity Lamy u Oralia Partenaires kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Bridgepoint hija attiva fi-settur tal-investimenti għat-tkabbir tal-assi privati li mbagħad tinvestihom fl-ekwità privata u fid-dejn privat, b’enfasi fuq in-negozji ta’ daqs medju f’erba’ oqsma kummerċjali: (i) Prodotti Industrijali Avvanzati, (ii) Servizzi Kummerċjali u Finanzjarji, (iii) Konsumatur u (iv) Kura tas-Saħħa. |
|
— |
NEXITY Lamy u Oralia Partenaires huma żewġ sussidjarji proprjetà sħiħa ta’ NEXITY SA, li joperaw f’servizzi ta’ proprjetà immobbli u servizzi ta’ senserija tal-assigurazzjoni tal-proprjetà immobbli fi Franza. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.11447 — BRIDGEPOINT / NEXITY LAMY U ORALIA PARTENAIRES
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika jew bil-posta normali. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1353/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)