|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2505 |
24.9.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2505
tat-22 ta’ Mejju 2024
li jirrettifika l-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 253 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (2) fiha żball fl-Artikolu 221, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 222, it-tieni sentenza, li jbiddel it-tifsira ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/2446/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2505/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)