|
2.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10639– MAX MARA / MITSUI / MCJ)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 102/07)
1.
Fit-22 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mitsui & Co., Ltd (“Mitsui”, il-Ġappun), |
|
— |
Max Mara Fashion Group (“MMFG”, l-Italja), li tappartjeni għall-Max Mara Group, |
|
— |
International Fashion Trading S.a.r.l. (“IFT”, il-Lussemburg), li tappartjeni għall-Max Mara Group, |
|
— |
Max &Co. Japan Co. Ltd (“MCJ”, il-Ġappun), ikkontrollata minn Max Mara Group. |
Mitsui jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ MCJ kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Mitsui hija kumpanija involuta fil-kummerċ, il-ġestjoni tan-negozju u l-iżvilupp ta’ proġetti, u l-kwartieri ġenerali tagħha jinsabu f’Tokjo, il-Ġappun. Mitsui topera mad-dinja kollha u hija attiva f’diversi setturi, inkluż fl-attivitajiet ta’ produzzjoni, distribuzzjoni u bejgħ bl-imnut ta’ ħwejjeġ, |
|
— |
MMFG huwa grupp Taljan ta’ kumpaniji li jimmanifattura u jbigħ ħwejjeġ u aċċessorji prét-a-porter fuq livell dinji. Il-grupp għandu diversi marki inklużi Max Mara, Max &Co., Sportmax, Weekend Max Mara, Pennyblack, Marina Rinaldi, Persona, Marella, Emme Marella, iBlues u Intrends, |
|
— |
IFT hija kumpanija bbażata fil-Lussemburgu li finalment tagħmel parti mill-Max Mara Group Il-kumpanija taġixxi bħala negozjant tal-ilbies ta’ Max Mara Fashion Group, fost l-oħrajn, fis-suq Ġappuniż, |
|
— |
Max & Co. il-Ġappun (MCJ) hija sussidjarja Ġappuniża ta’ MMFG, attiva fil-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tad-ditta Max & Co u Marina Rinaldi fil-Ġappun. MCJ se tiġi assorbita minn Max Mara Japan li hija kumpanija ta’ impriża bi sħab bejn Mitsui, IFT u MMFG attiva fil-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tad-ditta Max Mara u Weekend Max Mara fil-Ġappun. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10639 – MAX MARA /MITSUI/MCJ
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).