|
17.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/788
tad-9 ta’ Ġunju 2020
dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni 2003/96/KE (2), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna (3) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat f’Copenhagen fl-4 ta’ Lulju 2002 u daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2003. |
|
(2) |
Il-punt (b) tal-Artikolu 12 tal-Ftehim ippreveda li l-Ftehim jiġi konkluż għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2002 u jkun jista’ jiġġedded bi ftehim komuni bejn il-Partijiet għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin. |
|
(3) |
Abbażi tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/737/KE (4), 2011/182/UE (5) u (UE) 2015/344 (6), il-Ftehim iġġedded għal tliet perjodi addizzjonali ta’ ħames snin kull darba, b’effett retroattiv mit-8 ta’ Novembru 2009 u mit-8 ta’ Novembru 2014 għall-aħħar żewġ tiġdidiet. Il-Ftehim skada fis-7 ta’ Novembru 2019. |
|
(4) |
L-Ukrajna hija attur importanti fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tal-innovazzjoni fil-viċinat tal-Unjoni. Iż-żewġ Partijiet jikkunsidraw li, sabiex titkompla l-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni f’oqsma prijoritarji komuni tax-xjenza u t-teknoloġija, it-tiġdid tal-Ftehim ikun fl-interess reċiproku tagħhom. |
|
(5) |
Iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jġeddu l-Ftehim għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin. Jenħtieġ li l-kontenut tal-Ftehim imġedded jibqa’ identiku għall-kontenut tal-Ftehim. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-Ftehim, jenħtieġ li t-tiġdid ikollu effett retroattiv mit-8 ta’ Novembru 2019. |
|
(6) |
Għaldaqstant jenħtieġ li t-tiġdid tal-Ftehim jiġi approvat f’isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tiġdid tal-Ftehim dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
It-tiġdid tal-Ftehim għandu jkollu effett retroattiv mit-8 ta’ Novembru 2019.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li, filwaqt li jaġixxu f’isem l-Unjoni u f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12 tal-Ftehim, jinnotifikaw lill-Ukrajna li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha li huma meħtieġa għat-tiġdid tal-Ftehim.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Approvazzjoni mogħtija fit-13 ta’ Mejju 2020 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/96/KE tas-6 ta’ Frar 2003 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Ukrajna (ĠU L 36, 12.2.2003, p. 31).
(3) ĠU L 36, 12.2.2003, p. 32.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/737/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jġedded il-Ftehim ta’ koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna (ĠU L 267, 17.10.2003, p. 24).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/182/UE tad-9 ta’ Marzu 2011 li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna (ĠU L 79, 25.3.2011, p. 3).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/344 tas-17 ta’ Frar 2015 dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 37).