<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?>
<JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.0400309101.case.xml"><NO.CASE>C-518/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008CJ0518</NO.CELEX><NO.SEQ>0008.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-3111</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-3128</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20100415">15.4.2010</DATE> — KAWŻA C-518/08</LEFT><RIGHT>FUNDACIÓN GALA-SALVADOR DALÍ U VEGAP</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Gustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-518/08,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mit-Tribunal de Grande Instance de Paris (Franza), permezz tad-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20081029">29 ta’ Ottubru 2008</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20081127">27 ta’ Novembru 2008</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Fundación Gala-Salvador Dalí,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos (VEGAP)</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Société des auteurs dans les arts graphiques et plastiques (ADAGP),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Juan-Leonardo Bonet Domenech,</HT></P><?PAGE NO="I-3112"?><P><HT TYPE="BOLD">Eulalia-María Bas Dalí,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">María del Carmen Domenech Biosca,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Antonio Domenech Biosca,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ana-María Busquets Bonet,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Mónica Busquets Bonet,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta, E. Juhász, J. Malenovský (Relatur) u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: N. Nanchev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20091112">12 ta’ Novembru 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-3113"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Fundación Gala-Salvador Dalí u Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos (VEGAP), minn P.-F. Veil, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u B. Beaupère-Manokha, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn M. Muñoz Pérez, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn W. Ferrante, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn H. Krämer u C. Vrignon, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20091217">17 ta’ Diċembru 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-3114"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 6(1) u 8(2) u (3) tad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20010927">27 ta’ Settembru 2001</DATE>, dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 240).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, il-Fundación Gala-Salvador Dalí u Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001" />VEGAP<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001" />), u min-naħa l-oħra, is-Société des auteurs dans les arts graphiques et plastiques (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002" />ADAGP<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002" />), kif ukoll J.-L Domenech, E-M. Dalí, M. Domenech Biosca, A. Domenech Biosca, A-M. Busquets Bonet u M. Busquets Bonet, membri tal-familja tal-pittur Salvador Dalí, dwar somom relatati mad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid li jirriżultaw minn bejgħ ta’ xogħlijiet tal-arti ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3115"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2001/84</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 3 u 4 tad-Direttiva 2001/84 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003" />(3)</NO.P><TXT>Id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid huwa maħsub sabiex jassigura li l-awturi ta’ xogħlijiet ta’ l-arti figurattivi jaqsmu s-suċċess ekonomiku tax-xogħlijiet oriġinali ta’ l-arti tagħhom. Jgħin biex jagħti mill-ġdid il-bilanċ bejn is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-awturi ta’ xogħlijiet ta’ l-arti figurattivi u dak ta’ kreaturi oħra li jibbenefikaw mill-isfruttar suċċessiv tax-xogħlijiet tagħhom.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Id-dritt għall-bejgħ mill-ġdid jifforma parti integrali tad-dritt ta’ l-awtur u huwa prerogattiv essenzjali għall-awturi. L-imposizzjoni ta’ dritt bħal dan fl-Istati Membri kollha tissodisfa l-ħtieġa li tipprovdi lill-kreaturi bil-livell ta’ protezzjoni adegwata u komuni.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003" /></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-premessi 9 u 10 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004" />(9)</NO.P><TXT>Id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid, fil-preżent, hemm ipprovdut għalih mil-leġislazzjoni domestika ta’ maġġoranza ta’ Stati Membri. Liġijiet bħal dawn, fejn ikunu jeżistu, juru ċerti differenzi, b’mod partikolari fir-rigward tax-xogħlijiet koperti, dawk intitolati jirċievu royalties, ir-rata applikata, it-transizzjonijiet soġġetti għal ħlas ta’ royalty, u l-bażi li fuqhom ikunu kkalkolati. L-applikazzjoni jew nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dritt bħal dan għandu impatt sinifikanti fuq<?PAGE NO="I-3116"?> l-ambjent kompetittiv fi ħdan is-suq intern, minħabba li l-eżistenza jew nuqqas ta’ obbligazzjoni għal ħlas fuq il-bażi tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid hija element li għandu jingħata każ tiegħu minn kull individwu li jixtieq ibiegħ xogħol ta’ l-arti. Dan id-dritt huwa għalhekk fattur li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ tgħawwiġ[distorsjoni] fil-kompetizzjoni kif ukoll l-ispjazzament[l-ispostament] ta’ bejgħ fi ħdan il-Komunità.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Disparitajiet bħal dawn dwar l-eżistenza tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid u l-applikazzjoni tiegħu mill-Istati Membri għandhom impatt negattiv dirett fuq it-tħaddim xieraq tas-suq intern tax-xogħlijiet ta’ l-arti kif ipprovdut bl-Artikolu 14 tat-Trattat [KE]. F’sitwazzjoni bħal din l-Artikolu 95 tat-Trattat jikkostitwixxi l-bażi legali xierqa.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004" /></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 13 sa 16 tal-istess direttiva jipprovdu kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005" />(13)</NO.P><TXT>Id-differenzi eżistenti bejn il-liġijiet għandhom ikunu eliminati fejn dawn ikollhom effett ta’ tfixkil fuq it-tħaddim tas-suq intern, u l-ħolqien ta’ kwalunkwe differenzi ġodda ta’ dak it-tip m’għandhomx jitħallew. M’hemmx ħtieġa għall-eliminazzjoni, jew prevenzjoni tal-ħruġ ta’, differenzi li ma jkunux mistennija li jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>Prekondizzjoni tal-funzjonament xieraq tas-suq intern hija l-eżistenza tal-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li ma jkunux imgħawġa[distorti]. L-eżistenza ta’ differenza bejn disposizzjonijiet nazzjonali dwar id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid toħloq tfixkil tal-kompetizzjoni u spostament ta’ bejgħ fi ħdan il-Komunità u twassal għal trattament mhux ugwali bejn artisti li jiddependu fuq fejn jinbiegħu ix-xogħlijiet tagħhom. Il-materja li qiegħda tkun ikkunsidrata għalhekk għandha<?PAGE NO="I-3117"?> aspetti transnazzjonali li ma jistgħux ikunu regolati b’mod sodisfaċjenti b’azzjoni minn Stati Membri. Nuqqas ta’ azzjoni tal-Komunità tmur kontra l-ħtieġa tat-Trattat li jkunu korretti t-tgħawwiġ[ix-xkiel] tal-kompetizzjoni u tat-trattament mhux ugwali.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Minħabba l-iskala ta’ diverġenzi bejn id-disposizzjonijiet nazzjonali, huwa għalhekk neċessarju li jkunu adottati miżuri ta’ armonizzazzjoni sabiex jieħdu ħsieb id-disparitajiet bejn il-liġijiet ta’ l-Istati Membri fl-inħawi fejn disparitajiet bħal dawn jistgħu joħolqu jew iżommu kondizzjonijiet ta’ tfixkil għall-kompetizzjoni. Iżda mhuwiex neċessarju li tkun armonizzata kull disposizzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid u, sabiex jitħalla kemm jista’ jkun skop għal deċiżjoni nazzjonali, huwa biżżejjed li l-eżerċizzju ta’ armonizzazzjoni jkun limitat għal dawk id-disposizzjonijiet domestiċi li għandhom l-aktar impatt dirett fuq it-tħaddim tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għalhekk tikkonforma, fit-totalità tagħha, mal-prinċipji tas-sussidjarità u proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005" /></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessa 27 tad-Direttiva 2001/84 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006" />Il-persuni intitolati li jirċievu r-royalties għandhom ikunu speċifikati, filwaqt li jingħata il-każ dovut [b'kunsiderazzjoni] għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà. Mhuwiex xieraq li tittieħed azzjoni permezz ta’ din id-Direttiva dwar liġijiet ta’ Stati Membri ta’ suċċessjoni. Madankollu, dawk intitolati taħt l-awtur għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw totalment mid-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid wara mewtu, għallinqas wara l-iskadenza tal-perjodu transizzjonali msemmi aktar qabel.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006" /></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-3118"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007" />Materja tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007" />, jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008" />L-Istati Membri għandhom jipprovdu, għall-benefiċċju ta’ l-awtur ta’ xogħol oriġinali ta’ l-arti, dritt ta’ bejgħ mill-ġdid, li għandu jkun definit bħala dritt mhux trasferibbli, li ma jistax jitneħħa, anki bil-quddiem, sabiex jirċievi royalty ibbażata fuq il-prezz tal-bejgħ għal kwalunkwe bejgħ mill-ġdid tax-xogħol, sussegwentament għall-ewwel trasferiment tax-xogħol mill-awtur.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008" /></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009" />Il-persuni intitolati li jirċievu r-royalties<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009" />, l-Artikolu 6(1) tal-istess direttiva jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010" />Ir-royalty imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun pagabbli lill-awtur tax-xogħol u, soġġett għall-Artikolu 8(2), wara l-mewt tiegħu lil dawk intitolati taħtu/taħtha.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010" /></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011" />It-termini tal-protezzjoni tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011" />, l-Artikolu 8(1) sa (3) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012" />1.</NO.PARAG><ALINEA>It-termini ta’ protezzjoni tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid għandu jikkorrispondi għal dak stabbilit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill, 93/98/KEE, [tad-<DATE ISO="19931029">29 ta’ Ottubru 1993</DATE> li tarmonizza d-dewmien ta’ protezzjoni ta’ drittijiet ta’ l-awtur u ċerti drittijiet relatati (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1993" NO.OJ="290" PAGE.FIRST="9">ĠU L 290, p. 9</REF.DOC.OJ>), li tipprovdi li d-drittijiet tal-awtur ta’ xogħol artistiku u letterarju skont l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta’ Berna huma validi matul il-ħajja tal-awtur u għal 70 sena wara mewtu].</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-3119"?><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Permezz ta’ deroga minn paragrafu 1, dawk l-Istati Membri li ma japplikawx id-dritt għal bejgħ mill-ġdid mad-[data tad-dħul fis-seħħ imsemmija fl-Artikolu 13], ma jkunux meħtieġa, għal perjodu li jiskadi mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>, sabiex japplikaw id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju ta’ dawk intitolati taħt l-artist wara l-mewt tiegħu jew tagħha. .</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru li għalih japplika l-paragrafu 2 jista’ jkollu sa sentejn aktar, jekk ikun hemm bżonn sabiex jippermetti lill-operaturi ekonomiċi f’dak l-Istat Membru jaddattaw gradwalment għas-sistema tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid filwaqt li jżommu l-vijabilità ekonomika tagħhom, qabel ma jkun meħtieġ li japplikaw id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju ta’ dawk intitolati taħt l-artist wara l-mewt tiegħu/tagħha. [...]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012" /></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013" />Implimentazzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013" />, l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2001/84 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014" />L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-<DATE ISO="20060101">1 ta’ Jannar 2006</DATE>. Għandhom jinformaw mill-ewwel lill-Kummissjoni bihom.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014" /></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru 2006-961, tal-<DATE ISO="20060801">1 ta’ Awwissu 2006</DATE>, dwar id-drittijiet tal-awturi u d-drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informatika (JORF tat-<DATE ISO="20060803">3 ta’ Awwissu 2006</DATE>, p. 11529), li ttrasponiet id-Direttiva 2001/84 fid-dritt nazzjonali Franċiż, emendat<?PAGE NO="I-3120"?> l-Artikolu L. 122-8 tal-Kodiċi ta’ Proprjetà Intellettwali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015" />KPI<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015" />). Dan l-artikolu, fl-ewwel paragrafu tiegħu, jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016" />L-awturi ta’ xogħlijiet oriġinali ta’ arti grafika jew plastika li huma ċittadini ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea jew ta’ Stat li huwa parti kontraenti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, igawdu minn dritt ta’ bejgħ mill-ġdid, li huwa dritt inaljenabbli għal parteċipazzjoni fir-rikavat minn kwalunkwe bejgħ ta’ xogħol wara l-ewwel trasferiment ta’ dak ix-xogħol mill-awtur jew minn dawk intitolati taħtu, meta bniedem professjonali fis-suq tal-arti jipparteċipa bħala bejjiegħ, xerrej jew intermedjarju. […].<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016" /></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu L. 123-7 tal-KPI, li ma ġiex emendat waqt it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2001/84:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017" />Wara l-mewt tal-awtur, id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid imsemmi fl-Artikolu L.122-8 għandu jgħaddi għand il-werrieta tiegħu […], u l-użufrutt imsemmi fl-Artikolu L.123-6, għand il-konjuġi tiegħu, bl-esklużjoni tal-legatarji u l-aventi kawża kollha, matul il-kumplament tas-sena kalendarja inkwistjoni u s-70 sena sussegwenti.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017" /></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-pittur Salvador Dalí miet fit-<DATE ISO="19890123">23 ta’ Jannar 1989</DATE> fi Figueras (Spanja), u ħalla warajh ħames werrieta legali. Permezz ta’ testment tal-<DATE ISO="19820920">20 ta’ Settembru 1982</DATE>, huwa nnomina l-Istat Spanjol bħala legatarju universali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali<?PAGE NO="I-3121"?> tiegħu, skont id-dritt tas-suċċessjoni Franċiż. Dawn id-drittijiet huma amministrati mill-Fundación Gala-Salvador Dalí, fondazzjoni taħt id-dritt Spanjol maħluqa fl-1983 fuq inizjattiva u taħt it-tmexxija tal-pittur.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-1997, il-Fundación Gala-Salvador Dalí tat mandat esklużiv, validu mad-dinja kollha, tal-ġestjoni kollettiva u tad-drittijiet tal-awtur tax-xogħlijiet ta’ Salvador Dalí, lil VEGAP, kumpannija stabbilita taħt id-dritt Spanjol.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Barra minn hekk, VEGAP hija marbuta kuntrattwalment mal-kumpannija affiljata tagħha fi Franza, l-ADAGP, li hija inkarigata mill-ġestjoni tad-drittjiet tal-awtur ta’ Salvador Dalí fit-territorju Franċiż.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>B’effett mill-1997, l-ADAGP talbet ħlas għad-drittijiet tal-użu relatati max-xogħol ta’ Salvador Dalí, li ġew ittrasferiti minn VEGAP lil Fundación Gala-Salvador Dalí, bl-eċċezzjoni tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid. Fil-fatt, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L. 123-7 tal-KPI, li jirriżerva d-dritt tal-bejgħ mill-ġdid biss lil werrieta, bl-esklużjoni tal-legatarji u tal-aventi kawża, l-ADAGP ittrasferixxiet il-ħlas relatat mad-dritt għal bejgħ mill-ġdid direttament lil werrieta ta’ Salvador Dalí.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Peress li qiesu li, skont it-testment ta’ Salvador Dalí u d-dritt Spanjol, ir-royalties relatati mal-bejgħ bl-irkant tax-xogħlijiet tal-artist, fit-territorju Franċiż, kellhom jiġu ttrasferiti lilha, il-Fundación Gala-Salvador Dalí u VEGAP ressqu kawża quddiem it-tribunal de grande instance de Paris, fit-<DATE ISO="20051228">28 ta’ Diċembru 2005</DATE>, kontra l-ADAGP, sabiex tiġi ordnata tħallas dawn ir-royalties, filwaqt li din tal-aħħar talbet li jingħaqdu l-werrieta sabiex is-sentenza tapplika konġuntament fir-rigward tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3122"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tribunal de grande instance de Paris iddeċieda li jissopendi l-proċeduri u jagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018" />1)</NO.P><TXT>Sussegwentement għad-Direttiva [2001/84], [ir-Repubblika Franċiża] tista’ żżomm dritt ta’ bejgħ mill-ġdid irriżervat lill-werrieta bl-esklużjoni tal-legatarji jew aventi kawża?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 8(2) u (3) tad-Direttiva [2001/84] jippermettu li [r-Repubblika Franċiża] jkollha sistema ta’ deroga?<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018" /></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol kif ukoll il-konvenuti fil-kawża prinċipali jikkontestaw, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huma jsostnu li, fid-dawl tal-fatti tal-kawża prinċipali, id-determinazzjoni ta’ dawk intitolati taħt l-awtur tax-xogħol tal-arti, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/84, ma taqax taħt id-dritt Franċiż, iżda esklużivament taħt<?PAGE NO="I-3123"?> id-dritt ta’ suċċessjoni Spanjol, peress li l-pittur Salvador Dalí, ċittadin Spanjol, miet fir-residenza tiegħu fi Figueras, Spanja. Huma jikkunsidraw, konsegwentement, li l-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu L. 123-7 tal-KPI huwiex kompatibbli mad-Direttiva 2001/84 mhijiex rilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali, li għandha tiġi deċiża fid-dawl tad-dritt Spanjol.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, fil-kuntest ta’ rinviju preliminari, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex tagħti deċiżjoni dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali u lanqas tiddeċiedi dwar jekk l-interpretazzjoni li tagħti l-qorti tar-rinviju lil dawn tal-aħħar hijiex korretta. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fit-tqassim tal-ġurisdizzjoni bejn din tal-aħħar u l-qrati nazzjonali, il-kuntest fattwali u legiżlattiv, kif iddefinit fid-deċiżjoni tar-rinviju, li jagħmlu parti minnu d-domandi preliminari (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE>, Dynamic Medien, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-244/06" PAGE.ECR="I-505" YEAR="2008">C-244/06, Ġabra p. I-505</REF.DOC.ECR>, punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Issa, mir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li dan huwa bbażat fuq il-premessa li d-dritt Franċiż, u b’mod partikolari l-Artikolu L.123-7 tal-KPI, huwa applikabbli għall-kawża prinċipali. Peress li l-qorti tar-rinviju titlob l-interpretazzjoni tal-Artikoli 6(1) u 8(2) u (3) tad-Direttiva 2001/84 sabiex tevalwa l-kompatibbiltà ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mal-Artikolu L.123-7 tal-KPI, it-talba għal deċiżjoni preliminari ma tidhirx li hija manifestament irrilevanti għad-deċiżjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi ddikjarata ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-3124"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/84 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu L. 123-7 tal-KPI, li tirriżerva l-benefiċċju tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid biss lill-werrieta legali tal-artist, bl-esklużjoni tal-legatarji testamentarji.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandha titfakkar il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tgħid li għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju ma għandhomx jiġu kkunsidrati biss il-kliem tagħha iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19831117">17 ta’ Novembru 1983</DATE>, Merck, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="292/82" PAGE.ECR="3781" YEAR="1983">292/82, Ġabra p. 3781</REF.DOC.ECR>, punt 12; tal-<DATE ISO="19991014">14 ta’ Ottubru 1999</DATE>, Adidas, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-223/98" PAGE.ECR="I-7081" YEAR="1999">C-223/98, Ġabra p. I-7081</REF.DOC.ECR>, punt 23; tas-<DATE ISO="20050607">7 ta’ Ġunju 2005</DATE>, VEMW <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-17/03" PAGE.ECR="I-4983" YEAR="2005">C-17/03, Ġabra p. I-4983</REF.DOC.ECR>, punt 41, kif ukoll tal-<DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, Eschig, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-199/08" PAGE.ECR="I-8295" YEAR="2009">C-199/08, Ġabra p. I-8295</REF.DOC.ECR>, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, qabelxejn, li l-kliem tad-Direttiva 2001/84 ma jagħti ebda indikazzjoni tal-kunċett, imsemmi fl-Artikolu 6(1), ta’ dawk intitolati taħt l-awtur tax-xogħol. Fin-nuqqas ta’ definizzjoni espressa ta’ dan il-kunċett, għandhom jiġu eżaminati l-għanijiet li wasslu għall-adozzjoni tad-Direttiva 2001/84.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/84 hija bbażata fuq żewġ għanijiet, jiġifieri, minn naħa, kif jirriżulta mill-premessi 3 u 4 tagħha, li tiżgura<?PAGE NO="I-3125"?> li l-awturi ta’ xogħlijiet ta’ arti grafika jew plastika jkollhom sehem ekonomiku mis-suċċess tax-xogħlijiet tagħhom. Min-naħa l-oħra, kif jippreċiżaw il-premessi 9 u 10 ta’ din id-direttiva, l-għan l-ieħor huwa li tintemm id-distorsjoni għall-kompetizzjoni fis-suq tal-arti, peress li l-ħlas ta’ royalties f’ċerti Stati Membri jista’ jwassal għall-ispostament tal-bejgħ tax-xogħlijiet tal-arti fl-Istati Membri fejn ma huwiex applikat id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>L-ewwel għan huwa intiż li jiżgura ċertu livell ta’ remunerazzjoni lill-artisti. Huwa għal din ir-raġuni li d-dritt tal-bejgħ mill-ġdid huwa ddefinit bħala inaljenabbli u ma jistax ikun suġġett għal rinunzja bil-quddiem, skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/84.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, it-twettiq ta’ dan l-ewwel għan b’ebda mod ma huwa kompromess bid-devoluzzjoni tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid lil ċerti kategoriji ta’ individwi bl-esklużjoni ta’ oħrajn wara l-mewt tal-artist, peress li d-devoluzzjoni hija inċidentali meta mqabbla ma’ dan l-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni għan, kien deher indispensabbli li jkun hemm armonizzazzjoni tax-xogħlijiet tal-arti u l-bejgħ ikkonċernat mid-dritt tal-bejgħ mill-ġdid kif ukoll tal-impożizzjoni ta’ royalties u tar-rata tagħhom. Fil-fatt, kif jirriżulta b’mod ċar mill-premessa 9 fil-preambolu tad-direttiva, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jemenda sitwazzjoni li fiha l-bejgħ tax-xogħlijiet ta’ arti jkunu kkonċentrati fl-Istati Membri fejn id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid ma jkunx applikat jew ikun applikat b’rata inqas, għad-detriment ta’ irkantaturi jew negozjanti oħrajn li jinsabu fit-territorju ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3126"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Dan it-tieni għan jispjega l-għażla tal-bażi legali għall-adozzjoni tad-Direttiva 2001/84, jiġifieri l-Artikolu 95 KE. L-imsemmija għażla tikkonferma li l-adozzjoni ta’ din id-direttiva tagħmel parti mill-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom bħala għan l-istabbiliment u l-operat tas-suq intern. Konsegwentement, kif jirriżulta mill-premessi 13 u 15 tal-istess direttiva, ma hemmx lok li jitneħħew id-differenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li ma jistgħux jippreġudikaw l-operat tas-suq intern, u, sabiex jitħalla l-ikbar marġni possibbli għal deċiżjoni nazzjonali, huwa biżżejjed li l-eżerċizzju ta’ armonizzazzjoni jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li għandhom l-ikbar impatt dirett fuq l-operat tas-suq intern.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Din l-analiżi hija sostnuta mill-premessa 27 tad-Direttiva 2001/84, li minnha jirriżulta li, filwaqt li l-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq li dawk intitolati taħt l-awtur jibbenefikaw bis-sħiħ mid-dritt tal-bejgħ wara l-mewt ta’ dan tal-aħħar, min-naħa l-oħra, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, huwa ma qiesx xieraq li jintervjeni permezz tal-imsemmija direttiva fil-qasam tad-dritt ta’ suċċessjoni tal-Istati Membri, u b’dan il-mod ħalla f’idejn kull Stat li jiddefinixxi l-kategoriji ta’ persuni li jistgħu, skont id-dritt nazzjonali, jiġu kklassifikati bħala dawk intitolati taħt l-awtur.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fid-dawl tal-għanijiet mixtieqa mid-Direttiva 2001/84, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għażla leġiżlattiva tagħhom sabiex jiddeterminaw il-kategoriji ta’ persuni li jistgħu jibbenefikaw mid-dritt tal-bejgħ mill-ġdid wara l-mewt tal-awtur ta’ xogħol ta’ arti.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu, ma hemm xejn fid-Direttiva 2001/84 li jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried li jelimina l-applikazzjoni tar-regoli li jirregolaw il-koordinament bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali differenti fil-qasam tas-suċċessjoni, b’mod partikolari, dawk li jaqgħu taħt id-dritt privat internazzjonali li huma intiżi li jirregolaw kunflitt ta’ liġijiet bħal dak ineżami fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3127"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/84, il-qorti tar-rinviju għandha tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli rilevanti kollha li huma intiżi li jsolvu l-kunflitt ta’ liġijiet fil-qasam tad-devoluzzjoni ta’ suċċessjoni tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/84 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża inkwistjoni, li tirriżerva l-benefiċċju tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid biss lill-werrieta legali tal-artist, bl-esklużjoni tal-legatarji testamentarji. Fid-dawl ta’ dan, hija l-qorti tar-rinviju, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali li tittrasponi l-imsemmi Artikolu 6(1), li għandha tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli rilevanti kollha intiżi li jsolvu l-kunflitti ta’ liġijiet fil-qasam tad-devoluzzjoni ta’ suċċessjoni tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>It-tieni domanda tal-qorti tar-rinviju tikkonċerna l-punt dwar jekk id-dispożizzjonijiet derogatorji previsti fl-Artikolu 8(2) u (3) tad-Direttiva 2001/84 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jawtorizzaw, b’mod tranżitorju, iż-żamma tad-dispożizzjoni inkwistjoni tal-KPI.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tar-risposta li ngħatat għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-3128"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi li:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20010927">27 ta’ Settembru 2001</DATE>, dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża inkwistjoni, li tirriżerva l-benefiċċju tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid biss lill-werrieta legali tal-artist, bl-esklużjoni tal-legatarji testamentarji. Fid-dawl ta’ dan, hija l-qorti tar-rinviju, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali li tittrasponi l-imsemmi Artikolu 6(1), li għandha tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli rilevanti kollha intiżi li jsolvu l-kunflitti ta’ liġijiet fil-qasam tad-devoluzzjoni ta’ suċċessjoni tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>
