Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 78 u 79 tad-Direttiva tal‑Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Bejgħ ta’ vettura bil-mutur - Inklużjoni fil-valur taxxabbli ta’ taxxa fuq il-kunsinna ta’ vetturi li għadhom ma humiex irreġistrati fl-Istat Membru kkonċernat skont il-valur u l-konsum medju tagħhom (“Normverbrauchsabgabe”).
Dispożittiv
1) Billi inkludiet fil-valur taxxabbli t-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fl‑Awstrija fuq il-kunsinna ta’ vettura bil-mutur skont il-konsum medju tagħha (“Normverbrauchsabgabe”), ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.
2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3) Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Awstrija għandhom ibatu l‑ispejjeż rispettivi tagħhom.