4.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8626 — CRH/XI (RMAT))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 332/04)

1.

Fil-25 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CRH Zehnte Zehnte Vermögensverwaltungs GmbH (“CRH Zehnte”, il-Ġermanja) ikkontrollata minn CRH plc (l-Irlanda),

—

XI (RMAT) Holdings GmbH (“XI (RMAT)”, il-Ġermanja), il-kumpanija azzjonarja ta’ Fels-Werke GmbH.

CRH Zehnte takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ XI (RMAT) kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CRH: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ diversi materjali tal-bini madwar id-dinja, organizzati fi tliet segmenti ta’ negozju, li huma l-parti peżanti (li tinkludi l-aggregati, is-siment, il-ġir u l-konkrit), il-parti leġġera (li tinkludi l-ħġieġ u s-sistemi ta’ glazing, laċċessorji għall-kostruzzjoni, shutters u tined), u l-parti tad-distribuzzjoni (ta’ prodotti sanitarji, għat-tisħin u tal-ilma, it-tħaddim ta’ merkanzija ġenerali għall-bennejja u ħwienet tad-DIY);

—   għal CRH Zehnte: sussidjarja indiretta li proprjetà kollha kemm hi ta’ CRH;

—   għal XI (RMAT): kumpannja azzjonarja ta’ Fels-Werke;

—   għal Fels-Werke GmbH: l-estrazzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-ġir u tal-ġebla tal-franka fil-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka u r-Russja, kif ukoll il-produzzjoni ta’ ġibs u tajn għall-bini. It-Tranżazzjoni ma tinkludix il-bejgħ tal-impjant ta’ Schraplau.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8626 — CRH/XI (RMAT)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).