<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.1001013101.case.xml"><NO.CASE>C-570/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008CC0570</NO.CELEX><NO.SEQ>0025.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-10133</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-10144</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET CRUZ VILLALÓN — KAWŻA C-570/08</LEFT><RIGHT>SYMVOULIO APOCHETEFSEON LEFKOSIAS</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Cruz Villalón</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20100601">1 ta’ Ġunju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-Anotato Dikastirio (Qorti Suprema) ta’ Ċipru, bħala qorti tal-ewwel istanza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Tista’ tintalab reviżjoni kontra d-deċiżjonijiet ta’ dan il-korp quddiem l-istess qorti, f’sede plenarja.</P></NOTE>, tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk mill-Artikolu 2 (8) tad-Direttiva 89/665/KEE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19891221">21 ta’ Diċembru 1989</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvisti pubbliċi u xogħlijiet pubbliċi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="395" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="1989">ĠU L 395, p. 33</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> jistax jiġi dedott dritt tal-awtorità kontraenti li tikkontesta fid-dritt l-annullament tad-deċiżjoni tagħha minn korp amministrattiv responsabbli għall-kontroll ta’ proċeduri ta’ reviżjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 89/665</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1),<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Dispożizzjoni fformulata skont l-Artikolu 41 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE>, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="209" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1992">ĠU L 209, p. 1</REF.DOC.OJ>). B’konformità mal-Artikolu 33 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-<DATE ISO="19930614">14 ta’ Ġunju 1993</DATE>, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1993">ĠU L 199, p. 1</REF.DOC.OJ>), mal-Artikolu 36 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="54" DATE.PUB="1993">ĠU L 199, p. 54</REF.DOC.OJ>), kif ukoll mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 82 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="134" PAGE.FIRST="114" DATE.PUB="2004">ĠU L 134, p. 114</REF.DOC.OJ>), u skont it-tabelli ta’ korrelazzjoni annessi mad-direttivi ċċitati, ir-referenzi għad-Direttivi 71/305, 77/62 u 92/50/KEE msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 89/665 għandhom jiġu kkunsidrati bħala referenzi għad-Direttiva 2004/18.</P></NOTE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>[l]-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li, fir-rigward ta’ proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi li jaqgħu fl-iskop tad-Direttivi 71/305/KEE u 77/62/KEE, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kuntrattwali jistgħu jiġu riveduti<?PAGE NO="I-10134"?> effettivament, u b’mod partikolari, malajr kemm jista’ jkun skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli li ġejjin, u, b’mod partikolari, l-Artikolu 2(7) fuq il-bażi li dawn id-deċiżjonijiet kisru l-liġi tal-Komunità fil-qasam ta’ l-akkwist pubbliku jew tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw dik il-liġi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(3) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ reviżjoni huma disponibbli, taħt regoli dettaljati li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, ta’ l-anqas għal kull persuna li jkollha jew kellha interess li takkwista kuntratt partikolari ta’ provvista pubblika jew xogħlijiet pubbliċi u li tkun sofriet ħsara jew qiegħda f’riskju li ssofri ħsara minn ksur allegat. B’mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li persuna li tfittex reviżjoni għandha tkun qabel innotifikat lill-awtorità kuntrattwali bil-ksur allegat u bl-intenzjoni tagħha li tfittex reviżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(8)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Permezz tad-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2007">ĠU L 335, p. 31</REF.DOC.OJ>), li ma tapplikax <HT TYPE="ITALIC">ad casum</HT> minħabba raġunijiet kronoloġiċi, id-dispożizzjoni inkluża fl-Artikolu 2(8) issa saret l-Artikolu 2(9), mingħajr tibdil fil-mertu. Madankollu, fil-verżjoni fil-lingwa Spanjola, ir-referenza inkluża fl-Artikolu 2(8) għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>organismo de base<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> ġiet issostitwita mal-espressjoni iktar preċiża ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>organo de recurso<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></NOTE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Meta l-korpi responsabbli għall-proċeduri tar-reviżjoni ma jkunux ta’ karattru ġudizzjarju, raġunijiet bil-miktub għad-deċiżjonijiet tagħhom għandhom dejjem jingħataw. Barra minn hekk, f’dak il-każ, għandha ssir dispożizzjoni biex tiggarantixxi proċeduri li bihom kull miżura allegatament illegali meħuda mill-korp ta’ reviżjoni jew kull difett allegat fl-eżerċizzju tal-poteri mogħtija jistgħu jkunu suġġett ta’ reviżjoni ġudizzjarja jew reviżjoni minn korp ieħor li jkun il-qorti jew it-tribunal fis-sens ta’ l-Artikolu 177 tat-Trattat tal-KEE u indipendentement minn kemm l-awtorità li tikkuntratta kif ukoll il-korp ta’ reviżjoni.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ċiprijott</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 146(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru, rikors ġudizzjarju kontra atti jew ommissjonijiet tal-amministrazzjoni pubblika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>jista’ jiġi ppreżentat minn kull persuna li għandha interess leġittimu attwali, bħala individwu jew membru ta’ komunità, liema interess huwa affettwat b’mod dirett u detrimentali b’tali deċiżjoni, att jew ommissjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru 101(I)/2003 dwar l-għoti ta’ kuntratti (provvisti, xogħlijiet u servizzi), fil-verżjoni emendata bil-Liġi Nru 181(I)/2004, ġiet adottata għall-finijiet tat-traspożizzjoni tad-dritt Komunitarju fid-dritt Ċiprijott,<?PAGE NO="I-10135"?> fosthom anki d-Direttiva 89/665/KEE; u għal dan il-għan l-Artikolu 55 waqqaf l-Anatheoritiki Archi Prosforon (awtorità ta’ reviżjoni tal-kuntratti pubbliċi; iktar ’il quddiem: l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>awtorità ta’ reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), li permezz tal-Artikolu 56 ingħatat il-kompetenza tiddeċiedi dwar l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>appelli ġerarkiċi<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> ippreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti. L-Artikolu 60 ta’ din il-liġi, kif emendat bil-Liġi Nru 181(I)/2004 jipprovdi: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Jekk il-persuna kkonċernata tikkunsidra d-deċiżjoni tal-[awtorità ta’ reviżjoni tal-offerti] bħala inġusta fil-konfront tagħha, din għandha d-dritt titlob reviżjoni mill-Anotato Dikastirio skont l-Artikolu 146 tal-Kostituzzjoni. L-awtorità kontraenti għandha wkoll id-dritt li titlob reviżjoni mill-Anotato Dikastirio skont l-Artikolu 146 tal-Kostituzzjoni fil-każ fejn, fuq bażi ta’ provi xierqa, id-deċiżjoni tal-[awtorità ta’ reviżjoni tal-offerti] titqies li hija inġusta għal tali awtorità<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Kif ser naraw iktar ’il quddiem, din id-dispożizzjoni kienet suġġett ta’ dikjarazzjoni tal-Anotato Dikastirio li hija rilevanti b’mod partikolari għall-każ inkwistjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li taw lok għall-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>F’Ġunju 2003, is-Symvoulio Apochetefseon Lefkosias (il-Bord tad-Drenaġġ ta’ Nikosija, iktar ’il quddiem: is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Symvoulio<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Kif irriżulta waqt is-seduta, iċ-ċirkoskrizzjoni territorjali tas-Symvoulio tinkludi ż-żona metropolitana ta’ Nikosija u hija ggvernata mis-sindku tal-istess muniċipalità.</P></NOTE>, bħala awtorità kontraenti, ippubblika sejħa għall-offerti għall-ipproġettar, il-kostruzzjoni, il-ġestjoni u l-manutenzjoni, matul għaxar snin, ta’ impjant għat-trattament ta’ ilma mormi fil-lokalità ta’ Anthoupolis.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fost l-offerenti preselezzjonati, kien hemm il-konsorzji Degremont SA &amp; Atlas Pantou Co Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Degremont<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) u WTE BAMAG.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Wara l-preżentazzjoni tal-offerti korrispondenti, is-Symvoulio ikkomunika lil Degremont id-deċiżjoni li tagħti l-kuntratt lill-konsorzju WTE BAMAG.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20051007">7 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Degremont ippreżenta appell minn din id-deċiżjoni quddiem l-Anatheoritiki, fejn talab, bħala miżura provviżorja, li ma tiġix eżegwita d-deċiżjoni tas-Symvoulio, peress li kienet timplika l-għoti irriversibbli tal-kuntratt. Is-seduta dwar il-miżura provviżorja ġiet stabbilita għat-<DATE ISO="20051013">13 ta’ Ottubru 2005</DATE>, iżda peress li s-sempliċi preżentata tat-talba għall-miżuri provviżorji ma kinitx tagħti lok għal sospensjoni (fil-mument tal-fatti), is-Symvoulio effettivament attribwixxa l-kuntratt lill-konsorzju WTE BAMAG,<?PAGE NO="I-10136"?> qabel ma l-Anatheoritiki tat deċiżjoni dwar it-talba għas-sospensjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20060214">14 ta’ Frar 2006</DATE>, l-Anatheoritiki ddeċidiet dwar l-appell (fil-mertu), billi annullat id-deċiżjoni tas-Symvoulio.<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Il-partijiet li intervjenew fil-talba preżenti għal deċiżjoni preliminari jonqsu milli jsemmu r-raġunijiet speċifiċi li wasslu lill-awtorità ta’ reviżjoni biex tirrevoka d-deċiżjoni tas-Symvoulio.</P></NOTE></TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-kumpannija WTE BAMAG ma ppreżentatx rikors ġudizzjarju kontra din id-deċiżjoni quddiem l-Anotato Dikastirio. Bil-kontra, is-Symvoulio<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>B’hekk tat lok għar-rikors irreġistrat bin-numru 629/2006.</P></NOTE> ppreżenta rikors fil-<DATE ISO="20060331">31 ta’ Marzu 2006</DATE>, fejn invoka, għall-fini tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tiegħu, l-Artikolu 146(2) tal-Kostituzzjoni u l-Artikolu 60 tal-Liġi Nru 101(I)/2003, dwar l-għoti tal-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Sakemm ġiet deċiża l-imsemmija talba għal reviżjoni, l-Anotato Dikastirio, fis-sede plenarja tagħha, tat sentenza fl-<DATE ISO="20071210">10 ta’ Diċembru 2007</DATE>, fir-rigward ta’ rikors ieħor<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Irreġistrat fir-reġistru bin-numru 106/2006.</P></NOTE> bejn l-istess partijiet. Fit-tali sentenza, l-Anotato Dikastirio rrifjutat l-argument li s-Symvoulio, bħala awtorità kontraenti, kellu interess leġittimu li jirrevedi d-deċiżjoni ta’ annullament tal-awtorità ta’ reviżjoni minħabba li, fil-qosor (1) din id-deċiżjoni hija parti minn proċedura kumplessa ta’ għoti ta’ kuntratt, (2) l-Anatheoritiki hija korp amministrattiv tat-tieni istanza (istanza superjuri) fir-rigward tas-Symvoulio, u għal din ir-raġuni parti tal-amministrazzjoni ma tistax tinvoka interess leġittimu kontra parti oħra tal-amministrazzjoni, (3) l-awtoritajiet kontraenti jaġixxu fl-interess pubbliku, iżda ma għandhomx interessi individwali, u (4) l-Artikolu 60 tal-Liġi Nru 101(I)/2003 ma jistax jagħti dritt ta’ reviżjoni lill-awtorità kontraenti jekk tali dritt ma huwiex rikonoxxut mill-Artikolu 146(2) tal-Kostituzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Bħala qorti tal-ewwel istanza, l-Anotato Dikastirio (fil-kuntest tal-Kawża 629/2006), konxja mill-ġurisprudenza tas-sede plenarja tagħha, u minħabba li tali ġurisprudenza ma fihiex analiżi tad-dritt Ċiprijott fid-dawl tad-Direttiva 89/665, issospendiet il-proċeduri u ressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Sa fejn l-Artikolu 2(8) tad-Direttiva 89/665/KE jirrikonoxxi lill-awtoritajiet kontraenti d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet ta’ annullament meħuda minn korpi responsabbli għall-proċeduri ta’ reviżjoni, meta dawn il-korpi ma jkunux ta’ natura ġuridika?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10137"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni tar-rinviju ġiet ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Is-Symvoulio, il-Gvern tar-Repubblika Ċeka u l-Kummissjoni jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta pożittiva għad-domanda magħmula mill-Anotato Dikastirio, fis-sens li l-Artikolu 2(8) jirrikonoxxi lill-awtoritajiet kontraenti d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi responsabbli għall-proċeduri ta’ reviżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Skont l-awtorità ta’ reviżjoni, id-Direttiva 89/665 toffri protezzjoni lill-impriżi iżda mhux lill-awtoritajiet kontraenti, li ma jistgħux jitqiesu li għandhom interess individwali sabiex jippreżentaw rimedju ġudizzjarju kontra l-korpi responsabbli mir-reviżjoni tad-deċiżjonijiet tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Matul is-seduta tal-<DATE ISO="20100325">25 ta’ Marzu 2010</DATE>, ġew ippreżentati osservazzjonijiet orali mir-rappreżentanti tas-Symvoulio, tal-awtorità ta’ reviżjoni kif ukoll tal-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Ir-rinviju preliminari tal-Anotato Dikastirio jqajjem il-kwistjoni, li hija ġdida għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, dwar jekk, skont id-Direttiva 89/665, awtorità kontraenti għandux ikollha dritt ta’ reviżjoni tad-deċiżjonijiet ta’ korp pubbliku ieħor, li huwa inkarigat jeżamina mill-ġdid id-deċiżjonijiet tal-imsemmija awtorità, meta, bla ħsara għan-natura pubblika taż-żewġ korpi, dawn għandhom personalità ġuridika differenti, u barra minn hekk, jappartjenu ma’ oqsma differenti tal-amministrazzjoni u, mill-aspett funzjonali, iwettqu rwoli differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Ir-risposta għal din id-domanda titlob ċerti kunsiderazzjonijiet preliminari dwar l-istruttura tar-reviżjonijiet previsti mid-Direttiva 89/665, qabel ma wieħed jipproċedi għall-eżami tal-portata tal-Artikolu 2(8) tad-direttiva, li huwa invokat hawnhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Mit-tielet premessa tal-preambolu tad-direttiva huwa indikat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>il-ftuħ ta’ l-akkwist pubbliku għall-kompetizzjoni mill-Komunità jeħtieġ żieda sostanzjali fil-garanziji ta’ trasparenza u non-diskriminazzjoni u [...] biex ikun hemm effetti tanġibbli, rimedji effettivi u rapidi għandhom ikunu disponibbli fil-każ ta’ ksur tal-liġi tal-Komunità fil-kamp ta’ l-akkwist pubbliku jew regoli nazzjonali li jimplimentaw dik il-liġi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, dikjarazzjoni li hija<?PAGE NO="I-10138"?> konformi mal-miżuri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Li fil-preżenti tinkludi, bażikament, id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u fis-settur postali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="134" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2004">ĠU L 134, p. 1</REF.DOC.OJ>) u d-Direttiva 2004/18/KE.</P></NOTE> intiża li tikkoordina l-proċeduri ta’ għoti tal-kuntratti pubbliċi fuq livell Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-Istati Membri jgawdu setgħa diskrezzjonali wiesgħa fit-twettiq tas-sistema tal-mezzi ta’ reviżjoni prevista mid-direttiva, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>tistabbilixxi biss il-kundizzjonijiet minimi li l-proċeduri ta’ reviżjoni stabbiliti fis-sistemi legali nazzjonali għandhom ikollhom sabiex jiggarantixxu l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20030619">19 ta’ Ġunju 2003</DATE>, GAT (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-315/01" PAGE.ECR="I-6351" YEAR="2003">C-315/01, Ġabra p. I-6351</REF.DOC.ECR>) punt 45 u d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20071004">4 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Consorzio Elisoccorso San Raffaele (Ġabra p. I-8189, punt 21).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Dan huwa għalfejn, biex wieħed jagħti biss eżempju, id-direttiva ma tinkludi ebda dispożizzjoni speċifika dwar il-kundizzjonijiet tat-terminu relatat mar-rimedji li hija għandha l-għan li tistabbilixxi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Skont is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, Universale-Bau <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-470/99" PAGE.ECR="I-11617" YEAR="2002">C-470/99, Ġabra p. I-11617</REF.DOC.ECR>, punt 71) u tat-<DATE ISO="20100128">28 ta’ Jannar 2010</DATE>, Uniplex (UK) Ltd (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-406/08" PAGE.ECR="I-817" YEAR="2010">C-406/08, Ġabra p. I-817</REF.DOC.ECR>, punt 26), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>is-sistema nazzjonali ta’ kull Stat Membru għandha tiddefinixxi l-kundizzjonijiet tat-terminu<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, u fir-rigward tal-punt li jikkonċernana f’dan l-istadju, id-direttiva tillimita ruħha li tiggarantixxi li l-proċeduri ta’ reviżjoni pprovduti fid-direttiva jkunu aċċessibbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ta’ l-anqas<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> għal kull persuna li jkollha jew kellha interess li tikseb kuntratt pubbliku partikolari u li tkun sofriet dannu jew qiegħda f’riskju li ssofri dannu minn ksur allegat tad-dritt Komunitarju fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi jew regoli nazzjonali li jittrasponu dan id-dritt<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20071004">4 ta’ Ottubru 2007</DATE>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 20.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-leġiżlatur Komunitarju ried li l-aħħar istanza ta’ sħarriġ ta’ leġittimità fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi tkun ikkostitwita minn korp ġudizzjarju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Kunċett li, taħt tali effetti, jinkludi mhux biss il-korp ġudizzjarju bħala tali, mill-perspettiva tal-aspett organiku f’kull Stat Membru, u li l-protezzjoni tiegħu tinkiseb permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>reviżjoni ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, iżda wkoll minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>tribunal fis-sens tal-Artikolu 177 tat-Trattat [...] indipendentement mill-awtorità li tikkuntratta kif ukoll il-korp ta’ reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, peress li l-Artikolu 2(8) tad-Direttiva 89/665 jippermetti wkoll li tali korp jiġi fdat bl-eżami tal-awtorità kontraenti jew tal-korp amministrattiv responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni.</P></NOTE> direttament, jiġifieri meta l-istanza ta’ reviżjoni hija qorti, jew indirettament, meta l-qrati jikkunsidraw reviżjoni permezz ta’ deċiżjoni ta’ korp amministrattiv ta’ reviżjoni, li seta’ ġie stabbilit. Din tal-aħħar tirrifletti s-sitwazzjoni ta’ Ċipru, fejn il-ġurisdizzjoni sabiex tiġi deċiża talba għal reviżjoni mressqa kontra l-atti tal-imsemmi korp amministrattiv maħluq għal dan il-għan (l-awtorità ta’ reviżjoni) hija fdata lill-Anotato Dikastirio (Qorti Suprema).</TXT></NP><?PAGE NO="I-10139"?><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Madankollu, mill-mument li d-direttiva tippermetti lill-istanza intermedja tiddeċiedi dwar il-mertu tat-talbiet għal reviżjoni kontra d-deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti, huwa evidenti li b’dan il-mod, ir-reviżjoni ġudizzjarja, li neċessarjament issegwi, tista’ tiċċaħħad, sa ċertu punt, mir-<HT TYPE="ITALIC">raison d’être</HT> tagħha. Fil-fatt, waqt l-istħarriġ ġudizzjarju, isir stħarriġ tal-korrettezza tad-deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva, billi jiġi kkonfermat jew annullat l-att relattiv ta’ għoti, fuq talba tal-persuni li, skont il-każ, huma awtorizzati jippreżentaw tali rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Tali kunsiderazzjoni tindika li l-problema mqajma minn dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari ma kinitx titqajjem, b’definizzjoni, fis-sistemi legali nazzjonali li jkunu għażlu li ma jkollhomx korpi amministrattivi ta’ reviżjoni, iżda li jkunu pprevedew unikament u direttament mezzi ta’ reviżjoni ġudizzjarji. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu biss ikunu konvenuti. Bil-kontra, fil-mument fejn isir rikors ġudizzjarju kontra deċiżjoni ta’ reviżjoni tal-korp amministrattiv ta’ kontroll, huwa possibbli li, apparti l-impriżi li jsofru dannu minħabba l-imsemmi annullament, jidhru fil-kawża bħala rikorrenti wkoll l-awtoritajiet kontraenti.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Huwa għalhekk li, fil-każ preżenti, is-Symvoulio, forsi fit-tentattiv li tevita l-possibbiltà ta’ rikors għad-danni kontriha, titlob stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni tal-awtorità ta’ reviżjoni li annullat l-għoti ta’ kuntratt lil offerent partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit jekk, abbażi ta’ tali evalwazzjoni, għandux jiġi rikonoxxut id-dritt invokat mis-Symvoulio.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tal-awtorità kontraenti li tikkontesta fid-dritt att ta’ korp amministrattiv responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni li jannulla d-deċiżjoni tagħha ma hijiex meħtieġa u lanqas tirriżulta mid-Direttiva 89/665.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-qari flimkien tas-seba’ u tat-tmien premessi ma jimmilitax favur interpretazzjoni li ssostni li l-previżjoni ta’ aċċess għall-proċeduri ta’ sħarriġ ġudizzjarju minn awtorità kontraenti tikkostitwixxi rekwiżit tad-direttiva. Fil-fatt, f’tali premessi tissemma’ biss espressament it-talba għal reviżjoni mill-impriżi, bil-preċiżazzjoni li, jekk impriżi ma jitolbux reviżjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ċertu ksur ma jistax jiġi korrett<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 89/665, filwaqt li jsemmi n-neċessità li tiġi prevista reviżjoni effettiva kontra d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti, jirrikonoxxi preċiżament il-fatt li dawn jistgħu<?PAGE NO="I-10140"?> jkunu konvenuti, iżda ma jistax jiġi dedott minn xi dispożizzjoni oħra tad-direttiva stess li dawn għandhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fl-aħħar, din it-teżi, ħafna iktar restrittiva, tiġi kkonfermata mill-Artikolu 1(3) tad-direttiva minħabba li l-possibbiltà li jiġu proposti l-proċeduri ta’ reviżjoni relattivi għandha tiġi ggarantita <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ta’ l-anqas<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> għal kull persuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>li jkollha jew kellha interess li takkwista kuntratt partikolari ta’ provvista pubblika jew xogħlijiet pubbliċi u li tkun sofriet ħsara jew qiegħda f’riskju li ssofri ħsara minn ksur allegat<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, formulazzjoni li tidher li tagħti lok, għall-inqas, għall-possibbiltà ta’ esklużjoni tal-awtoritajiet kontraenti. Barra minn hekk, tali dispożizzjoni ma tidhirx li tagħmel referenza għal tali awtoritajiet, minħabba li tawtorizza l-Istati Membri li jeħtieġu li l-persuna li tixtieq titlob reviżjoni għandha tkun qabel innotifikat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>lill-awtorità kuntrattwali bil-ksur allegat u bl-intenzjoni tagħha li tfittex reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Huwa minnu wkoll li fil-qari tad-direttiva sal-Artikolu 2(8), wieħed josserva l-użu ta’ lingwaġġ iktar miftuħ, fejn, b’differenza minn partijiet oħra, ma hemmx referenza diretta għall-offerenti (jiġifieri għall-persuni li għandhom interess li jiksbu kuntratt), li fuqha jidher li qed jinsisti s-Symvoulio biex jinvoka d-dritt ta’ reviżjoni bħala awtorità kontraenti.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fil-fatt, matul is-seduta, filwaqt li sar paragun bejn l-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 2(8), il-mandatarju tas-Symvoulio sostna li l-imsemmija dispożizzjonijiet mhumiex kunfliġġenti. Huwa sostna li, filwaqt li t-tieni dispożizzjoni tagħmel referenza għar-reviżjoni quddiem korp ġudizzjarju (jew korp li huwa ta’ tali natura skont l-Artikolu 267 TFUE), l-ewwel dispożizzjoni tikkontempla wkoll il-possibbiltà li tiġi ppreżentata talba għal reviżjoni quddiem korp responsabbli li ma huwiex ta’ natura ġudizzjarja, u li l-oġġett tiegħu jista’ jkun biss id-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti. Ir-raġuni għal dan hija li l-allużjoni għal talba ta’ reviżjoni magħmula mill-awtorità kontraenti kontra deċiżjoni tagħha hija kunċettwalment eskluża, b’differenza minn dak li huwa previst mill-Artikolu 2(8).</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Issa, fl-opinjoni tiegħi, l-ambigwità preżenti fl-Artikolu 2(8) tad-direttiva ma hijiex biżżejjed sabiex tbiddel il-kunsiderazzjonijiet preċedenti. L-Artikolu 2(8) jillimita ruħu li jipprevedi l-possibbiltà li korp amministrattiv wieħed jieħu ħsieb ir-reviżjoni, u jpoġġi f’kull każ, ir-rekwiżit, fit-termini msemmija diġà, li f’tali każijiet tiġi ammessa reviżjoni ġudizzjarja vera u proprja, quddiem korp li jixbah korp ġudizzjarju skont l-Artikolu 267 TFUE, mingħajr ma jiġu ppreċiżati mill-ġdid, il-persuni li għandhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> f’dan ir-rigward.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10141"?><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fl-aħħar, għandu jiġi miċħud l-argument ippreżentat mis-Symvoulio, li taqbel miegħu l-Kummissjoni, li jipprovdi li jekk ma jiġix ammess il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tal-awtorità kontraenti, tkun qed tonqos l-opportunità li titwettaq applikazzjoni diretta u uniformi tad-dritt Komunitarju, minħabba li tiġi eskluża l-opportunità li titqajjem domanda preliminari f’każijiet bħal dak preżenti, fejn l-ebda impriża ma talbet reviżjoni tad-deċiżjoni tal-imsemmija awtorità quddiem il-qrati.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Minn naħa waħda, l-opportunità ulterjuri eventwali li wieħed jipproċedi għall-kjarifika tad-dritt Komunitarju ma tistax tikkundizzjona direttament ir-regolament tal-kwistjoni speċifika tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>, li taqa’ fl-ambitu tal-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri. Barra minn hekk, wieħed għandu jistenna li, f’każijiet normali, huma l-offerenti stess li jitolbu reviżjoni tad-deċiżjonijiet ta’ annullament li huma kkunsidrati infondati, u li, bħala konsegwenza, tqum l-opportunità li jsir rinviju preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Minkejja dan, bħala klawżola ta’ garanzija, l-istess direttiva, fl-Artikolu 3, tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>mekkaniżmu speċifiku<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> meta tikkunsidra li jkun ġie kommess ksur ċar u manifest tad-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar kuntratti ta’ provvista pubblika fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt. Għal dan il-għan, id-dispożizzjoni inkwistjoni tippermetti li jittieħdu passi xierqa għall-korrezzjoni immedjata ta’ kull ksur allegat.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti jippermettuli li nikkonkludi li d-Direttiva 89/665 la tesprimi ruħha direttament u lanqas indirettament dwar il-mezzi ta’ reviżjoni li għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kontraenti. Dan huwa biżżejjed biex tingħata risposta negattiva għad-domanda magħmula mill-Anotato Dikastirio. Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, tali konklużjoni għandha tkun ikkorroborata b’kunsiderazzjonijiet addizzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fil-punt 18 tal-osservazzjonijiet tiegħu, is-Symvoulio sostna li l-imsemmija restrizzjoni tippreġudikah b’mod serju, minħabba li, minn naħa waħda, il-kuntratt pubbliku ser jingħata lil persuna ġuridika differenti mill-offerent li tali korp jikkunsidra li huwa l-iktar addattat, u għaliex, min-naħa l-oħra, ma jistax jiġi eskluż li l-istess korp jiġi kkunsidrat responsabbli għad-danni li jirriżultaw minn għoti li ġie sussegwentement annullat mill-awtorità ta’ reviżjoni. U ċertament wieħed ma jistax jiċħad li s-Symvoulio huwa persuna ġuridika taħt id-dritt pubbliku, li ġie mogħti l-eżerċizzju ta’ poteri amministrattivi speċifiċi għall-ġestjoni effettiva tal-ilmijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Fil-fatt, is-Symvoulio jirrappreżenta wkoll l-interessi tal-kollettività għall-ġestjoni korretta tal-ilmijiet, liema rwol, kif ġie kkonfermat waqt is-seduta, tali korp jiżvolġi bis-sħiħ taħt ir-responsabbiltà tiegħu, u jinkludi d-distribuzzjoni u t-trattament tal-ilmijiet fiż-żona metropolitana ta’ Nikosija, u għalhekk barra mill-konfini territorjali ta’ tali lokalità.</P></NOTE> u f’dan l-ambitu jassumi r-rwol ta’ awtorità<?PAGE NO="I-10142"?> kontraenti, u jokkupa f’kull każ pożizzjoni differenti minn dik tal-awtorità ta’ reviżjoni.<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Abbażi tal-osservazzjonijiet magħmula mill-partijiet intervenjenti fil-proċedura preliminari preżenti jirriżulta b’mod ċar li s-Symvoulio tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>awtorità kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u li l-awtorità ta’ reviżjoni hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>korp ta’ natura mhux ġudizzjarja, responsabbli għall-proċeduri ta’ reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, u għal din ir-raġuni huwa biżżejjed li wieħed jiċċita d-Direttiva 89/665 sabiex jasal għall-konklużjoni li l-imsemmija żewġ korpi amministrattivi, mill-anqas mill-aspett funzjonali, iwettqu funzjonijiet differenti.</P></NOTE></TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>F’dan is-sens, u minħabba li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tiddeċiedi dwar il-pożizzjoni strutturali tas-Symvoulio fis-sistema Ċiprijotta u lanqas fuq ir-rapport ta’ dan mal-awtorità ta’ reviżjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Mhux ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja li teżamina d-dritt nazzjonali, peress li l-mekkaniżmu għal deċiżjonijiet preliminari huwa bbażat fuq separazzjoni netta tal-funzjonijiet bejn il-korpi ġudizzjarji nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, li hija mistennija li tesprimi ruħha biss fuq l-interpretazzjoni jew, eventwalment, fuq il-validità ta’ regola tal-Unjoni, abbażi ta’ fatti li jiġu ppreżentati quddiemha mill-qorti tar-rinviju; ara f’dan is-sens is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19940602">2 ta’ Ġunju 1994</DATE>, AC ATEL Electronics Vertriebs (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-30/93" PAGE.ECR="I-2305" YEAR="1994">C-30/93, Ġabra p. I-2305</REF.DOC.ECR>, punt 16); tal-<DATE ISO="19970320">20 ta’ Marzu 1997</DATE>, Phytheron International (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-352/95" PAGE.ECR="I-1729" YEAR="1997">C-352/95, Ġabra p. I-1729</REF.DOC.ECR>, punt 11); u tas-<DATE ISO="19980716">16 ta’ Lulju 1998</DATE>, Dumon u Froment (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-235/95" PAGE.ECR="I-4531" YEAR="1998">C-235/95, Ġabra p. I-4531</REF.DOC.ECR>, punti 25 – 27).</P></NOTE>, is-seduta rnexxielha tikkonstata li ma huwiex konvinċenti l-argument tal-awtorità ta’ reviżjoni li jipprovdi li l-intervent tal-imsemmija żewġ korpi jiżviluppa fi ħdan proċedura ta’ għoti unitarja, u fuq din il-bażi, li ż-żewġ korpi mhumiex indipendenti.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Din it-teżi tiġi opposta, minn naħa waħda, mill-loġika tar-reviżjoni deskritta mill-Artikolu 2(8) tad-Direttiva 89/665, minħabba li t-talba tal-offerenti li jitolbu r-revoka tal-għoti tkun ippreġudikata ħafna fil-każ fejn ma jiġix rikonoxxut grad determinat ta’ indipendenza bejn il-korp ta’ reviżjoni u l-awtorità kontraenti. Tali evalwazzjoni hija kkonfermata mill-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2007/66 li, fil-kuntest ta’ talba ta’ reviżjoni kontra deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt, jalludi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>korp tal-prim <QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>istanza, li hu indipendenti mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Issa, minkejja dak li ġie espost s’issa, għandu jiġi indikat aspett ieħor. Ladarba ġie kkonstatat li d-Direttiva 89/665 ma fiha l-ebda element li jista’ jindika d-disponibbiltà ta’ mezzi ta’ reviżjoni għall-awtoritajiet kontraenti, anki fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ annullament meħuda minn korp amministrattiv ta’ stħarriġ, huwa ċar li d-dannu sostnut mis-Symvoulio, fil-limiti fejn jista’ jiġi ġġustifikat, jappartjeni biss mal-aspett tal-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, jiġifieri fil-kuntest tas-sistemi legali nazzjonali rilevanti li fih għandu jiġi invokat.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Madankollu, għad fadal li tiġi żviluppata l-aħħar kunsiderazzjoni finali, jiġifieri li l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri ma hijiex assoluta. Fil-fatt, meta tali awtonomija tiġi eżerċitata fl-ambitu tad-dritt Komunitarju, hija ssib l-aħħar limiti tagħha fil-prinċipji ġenerali ta’ tali sistema u, b’mod partikolari fil-każ inkwistjoni, kemm<?PAGE NO="I-10143"?> fil-valur tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>istat ta’ dritt<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>L-Artikolu 2 TUE jikkunsidra l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>istat tad-dritt<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>valur<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> komuni għall-Istati Membri; bil-kontra, il-preambolu tal-Karta tad-Drittijiet Fondamentali tal-Unjoni Ewropea, tas-<DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="364" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2000">ĠU C 364, p. 1</REF.DOC.OJ>), fil-verżjoni tat-<DATE ISO="20071212">12 ta’ Diċembru 2007</DATE>, addattata fi Strasburgu (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU C 303, p. 1</REF.DOC.OJ>; iktar ’il quddiem: il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>) tirreferi għalih bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>prinċipju<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, jipprovdi, f’dan ir-rigward li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>l-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rimedji meħtieġa sabiex jassiguraw protezzjoni legali effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</P></NOTE> kif ukoll fir-rispett tad-drittijiet fundamentali, inklużi, b’mod speċjali, id-dritt ta’ rimedju effettiv skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19890713">13 ta’ Lulju 1989</DATE>, Wachauf (Kawża <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="5/88" PAGE.ECR="2609" YEAR="1989">5/88, Ġabra p. 2609</REF.DOC.ECR>, punt 18) u tal-<DATE ISO="20030710">10 ta’ Lulju 2003</DATE>, Booker Aquaculture u Hydro Seafood (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-20/00+C-64/00" PAGE.ECR="I-7411" YEAR="2003">C-20/00 u C-64/00, Ġabra p. I-7411</REF.DOC.ECR>, punti 65 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Madankollu, għall-fini tal-każ preżenti, huwa biżżejjed li wieħed josserva li l-kwalità ta’ persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt pubbliku tal-imsemmija awtoritajiet kontraenti tirrendi iktar problematika, għal tali entitajiet, il-possibbiltà li jagħmlu użu mill-Artikolu 47 tal-Karta<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>L-Artikolu 34 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma jostakola l-possibbiltà li l-entitajiet pubbliċi jinvokaw id-drittijiet li huma rikonoxxuti lilhom quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani; minkejja dan, il-Qorti ta’ Strasbourg estendiet, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-protezzjoni mogħtija mill-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem lill-persuni ġuridiċi determinati rregolati mid-dritt pubbliku: pereżempju, fis-sentenza tad-<DATE ISO="19941209">9 ta’ Diċembru 1994</DATE>, Les Saints Monastères vs Il-Greċja, Serie A Nru. 301 A, p. 34-35, punt 49, dejjem jekk tali entitajiet ma jeżerċitawx prerogattivi ta’ poteri pubbliċi, li ovvjament, mhux il-każ tas-Symvoulio.</P></NOTE> li, minbarra dan, ma ġietx espliċitament invokata fil-proċedura preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fl-aħħar, jirriżulta iktar diffiċli, fil-każ preżenti, li wieħed jiddeduċi l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tal-awtorità kontraenti mill-valur tal-istat tad-dritt. Ċertament mhemmx dubju li struttura proċedurali ekwilibrata tagħmel parti mill-immaġni tal-istat tad-dritt u li, minn tali prospettiva, il-fatt li l-awtorità kontraenti tiċċaħħad mill-aċċess għar-rimedju ġudizzjarju fil-każ fejn deċiżjoni ta’ għoti tagħha tiġi annullata minn korp amministrattiv jista’ jirriżulta sorprendenti.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Minkejja dan, f’dan ir-rigward, m’għandux jiġi injorat il-fatt li, fl-ewwel lok, qabelxejn huma l-impriżi parteċipanti li ngħataw il-kuntratt li ġie annullat sussegwentement li kienu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>naturalment<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ikunu awtorizzati - jekk wieħed jista’ jgħid hekk — li jikkontestaw fid-dritt id-deċiżjoni ta’ annullament, fl-eżerċizzju ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> li, evidentement, qatt ma ġie kkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra huwa importanti li wieħed ifakkar li, skont l-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 89/665, l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda minn korpi responsabbli għall-proċeduri ta’ reviżjoni għandhom jiġu effettivament applikati.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> Tali dispożizzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn korpi ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji, u għal din ir-raġuni, l-obbligu ta’ titjib tal-implementazzjoni tal-proċeduri ma jistax jiġi ostakolat lil hinn minn dak li huwa neċessarju billi jkun hemm dewmien fil-proċeduri legali u minħabba inċertezza legali li tmur li hinn minn dak li tipprevedi d-direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10144"?><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, il-kunsiderazzjonijiet preċedenti għandhom ikunu biżżejjed sabiex wieħed isostni li, fil-każ preżenti, ir-restrizzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tal-awtorità kontraenti, hija proporzjonata minn perspettiva hekk wiesgħa bħal ma huwa l-istat ta’ dritt. Għaldaqstant, biex nikkonkludi, lanqas minn dan l-aħħar argument ma jista’ jiġi sostnut li l-awtonomija proċedurali, eżerċitata minn Stat Membru fl-ambitu tad-Direttiva 89/665 ma kienet tinvolvi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, tal-valuri jew tad-drittijiet fundamentali pprovduti minn dan tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda preliminari kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>L-Artikolu 2(8) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KE, tal-<DATE ISO="19891221">21 ta’ Diċembru 1989</DATE>, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvisti pubbliċi u xogħlijiet pubbliċi ma jeskludix interpretazzjoni li abbażi tagħha awtorità kontraenti tiċċaħħad mid-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjoni ta’ annullament meħuda minn korp responsabbli għall-proċeduri ta’ reviżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>