Official Journal L 021 , 27/01/1996 P. 0042 - 0046
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/KE tas-26 ta’ Jannar 1996 li tagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/43/KEE dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel fir-rigward tat-trasportazzjoni bil-massa ta’ żjut u xaħmijiet likwidi bil-baħar (Test b’relevanza ŻEE) IL-KOMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/43/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu, Billi l-informazzjoni turi li l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Kapitlu IV ta’ l-Anness tad-Direttiva 93/43/KEE dwar it-trasportazzjoni ta’ l-ikel fil-massa f’forma likwida, f’boċċi jew fi trab f’reċipjenti u/jew kontenituri/tankijiet irriservati għat-trasportazzjoni ta’ oġġetti ta’ l-ikel, mhijiex prattikabbli u timponi piż oneruż iżżejjed fuq in-negozju ta’ oġġetti ta’ l-ikel meta applikat għal trasportazzjoni fil-vapuri taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi maħsuba, jew x’aktarx jintużaw, għal konsum mil-bniedem; Billi, b’dana kollu, huwa neċessarju li jkun assigurat li l-għoti ta’ deroga tipprovdi protezzjoni ekwivalenti għas-saħħa pubblika, billi jkunu mposti kondizzjonijiet għat-termini ta’ deroga bħal din; Billi d-disponibbiltà ta’ vapuri rriservati għat-trasportazzjoni ta’ l-ikel mhijiex biżżejjed biex isservi il-kummerċ kontinwu taż-żjut u x-xaħmijiet maħsuba, jew li x’aktarx jintużaw, għal konsum mill-bniedem; Billi l-esperjenza miksuba matul is-snin imgħoddija wriet li l-kontaminazzjoni taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi tista’ tkun evitata meta t-tankijiet użati għat-trasportazzjoni tagħhom ikunu magħmula minn materjal li jista’ jitnaddaf malajr jew meta t-tliet tagħbijiet ta’ merkanzija preċedenti jkunu ta’ tali natura li ma jħallux kontaminazzjoni li mhix aċċettabbli; billi minn-naħa l-oħra għandu jkun stabbilit li t-tankijiet li jkunu użati qabel għat-trasportazzjoni ikunu ġew imnaddfa effettivament; Billi huwa d-dmir ta’ l-Istati Membri permezz ta’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 93/43/KEE li jwettqu kontrolli biex jassiguraw l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; Billi din id-deroga speċifika għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ġenerali tad-Direttiva 93/43/KEE; Billi, permezz ta’ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/43/KEE, din id-deroga m’għandiex tikkonċerna oġġetti ta’ l-ikel li għalih japplikaw regoli ta’ iġjene aktar speċifiċi tal-Komunità; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta’ Ikel, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Din id-Direttiva tagħti deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Kapitolu IV ta’ l-Anness tad-Direttiva 93/43/KEE u tistabbilixxi kondizzjonijiet ekwivalenti biex tassigura l-protezzjoni tas-saħħa pubblika u s-sigurtà u l-utieq tal-oġġetti ta’ l-ikel ikkonċernati. L-Artikolu 2 1. It-trasportazzjoni fil-massa f’vapuri ta’ żjut u xaħmijiet likwidi li għandhom ikunu pproċessati, u li huma intiżi għal, jew li x’aktarx jintużaw għal konsum mill-bnedmin, huwa permissibli f’tankijiet li m’humiex esklussivament irriservati għat-trasportazzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel, suġġetti għal kondizzjonijiet li ġejjin: (a) li, meta ż-żejt jew xaħam ikun ittrasportat f’tank ta’ l-azzar inossidabli, jew f’tank miżbugħ b’reżina epoxika jew teknikament ekwivalent, it-tagħbija tal-merkanzija preċedentament ittrasportata fit-tank għandha tkun oġġett ta’ l-ikel, jew tagħbija ta’ merkanzija mil-lista ta’ tagħbiji ta’ merkanzija preċedenti aċċettabbli kif elenkata fl-Anness; (b) li, meta ż-żejt jew ix-xaħam ikun ittrasportat f’tank ta’ materjali oħra apparti minn dawk msemmija fil-punt (a), it-tliet tagħbijiet preċedenti ta’ merkanzija trasportati fit-tankijiet kienu ta’ oġġett ta’ l-ikel, jew mil-lista ta’ tagħbijiet preċedenti aċċettabbli kif elenkati fl-Anness. 1. It-trasportazzjoni fil-massa f’vapuri ta’ żjut u xaħmijiet likwidi li m’għandhomx ikunu iktar ipproċessati, u li huma intiżi għal, jew li x’aktarx jintużaw għal konsum mill-bniedem, huwa permissibli f’tankijiet li mhumiex esklussivament irriservati għat-trasportazzjoni ta’ oġġetti ta’ l-ikel, suġġett għal kondizzjonijiet li ġejjin: (a) li t-tank għandu jkun ta’ l-azzar inossidabbli jew miżbugħ b’reżina epossika jew teknikament ekwivalenit; (b) li t-tliet tagħbiji preċedenti tal-merkanzija trasportati fit-tank riedu li kienu oġġetti ta’ l-ikel. L-Artikolu 3 1. Il-kaptan tal-vapur li jittrasporta, fit-tankijiet, iż-żjut u x-xaħmijiet likwidi fil-massa intiżi għal, jew li x’aktarx jintużaw għal konsum mill-bniedem għandu jżomm evidenza dokumentata preċiża rrelatata mat-tliet tagħbijiet preċedenti ta’ merkanzija ttrasportata fit-tankijiet ikkonċernati, u l-effettività tal-proċess ta’ tindif applikat bejn dawn il-merkanziji. 1. Meta t-tagħbija ta’ merkanzija kienet bi trasbord, minbarra l-evidenza dokumentata meħtieġa fil-paragrafu 1, il-kaptan tal-vapur li jirċievi, għandu jżomm evidenza ddokumentata preċiża li t-trasportazzjoni taż-żejt jew ix-xaħam likwidu fil-massa kien konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 matul it-trasportazzjoni preċedenti u ta’ l-effettività tal-proċess tat-tindif użata bejn dawn it-tagħbijiet ta’ dik merkanzija fuq il-vapur l-ieħor. 2. Fuq talba, il-kaptan tal-vapur għandu jipprovvdi lil awtoritajiet kompetenti tal-kontroll uffiċjali bl-evidenza ddokumentata deskritta fil-paragrafi 1 u 2. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tkun irriveduta meta Stat Membru wieħed jew aktar, jew il-Kummissjoni, jikkunsidraw li l-emendi huma meħtieġa biex jittieħed akkont ta’ l-iżviluppi xjentifiċi jew tekniċi. Fi kwalunkwe każ, l-Anness għandu jkun rivedut fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. L-Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikun konformi ma’ din id-Direttiva fit-12 ta’ Frar 1996. Għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Kommissjoni b’dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jkunu akkumpanjati b’din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din it-tip ta’ referenzi għandha tkun adottata mill-Istati Membri. L-Artikolu 6 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 7 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Jannar 1996. Għall-Kommissjoni Martin bangemann Membru tal-Kommissjoni [1] ĠU L 175, tad-19.7.1993, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Lista aċċettabli ta’ merkanzija preċedenti Sustanza | Nru. tal-CAS | Aċidu aċetiku (aċidu etanojku; aċidu aċetiku; aċidu metaniliku karboxiliku) | 64-19-7 | Acetone - dimethylketone; 2-propanone | 67-64-1 | Distillati taż-żjut aċidużi u tax-xaħijiet aċidużi - minn żjut u xaħmijiet tal-ħxejjex u/jew taħlitiet tagħhom u żjut u xaħmijiet marittimi u ta’ l-annimali | | Ammonju iddrossidu (ammonju idrat; soluzzjoni ta’ l-ammonja; ammonja akwatika) | 1336-21-6 | Żjut u xaħmijiet marittimi, ta’ l-annimali u tal-ħxejjex (apparti miż-żejt tal-qoxra tal-ġews ta’ l-anarkdju u żejt mhux raffinat tad-dam) | | Xemgħa tan-naħal | 8012-89-3 | Alkohol benżiliku (NF u gradi reaġenti biss) | 100-51-6 | Acetati tal-butil - (n-; sec-; tert-) | 123-86-4 105-46-4 540-88-5 | Soluzzjoni tal-klorin tal-kalċju | 10043-52-4 | Kalċju lignosulphonate | | Xemgħa kandelilla | 8006-44-8 | Xemgħa karnawbja - (xemgħa tal-Brażil) | 8015-86-9 | Cylcohexane - (hexamethyl; hexanaphthene; hexalhydrobenzene) | 110-82-7 | Cyclohexanol (hexahydrophenol) | 108-93-0 | Żejt tas-sojja epossidizzat (b’kontenut minimu ta’ 7 % ossiġenu oxirane) | 8013-07-8 | Ethanol (alkohol etiliku;) | 64-17-5 | Ethyl acetate - (acetic ether, acetic ester, vinegar naphtha) | 141-78-6 | 2-Ethylhexanol - (2-ethylhexyl alkohol) | 104-76-7 | Aċidi tax-xaħam: | | Aċidu butyric - (aċidu n-butyric; aċidu butanoic; aċidu ethyl acetic; aċidu propyl formic) | 107-92-6 | Aċidu valeriku - (aċidu n-pentanoic; aċidu valerianic) | 109-52-4 | Aċidu kaprojku - (aċidu n-hexanoic) | 142-62-1 | Aċidu heptojku - (aċidu n-heptanoic) | 111-14-8 | Aċidu kapriliku - (aċidu n-octanoic) | 124-07-2 | Aċidu pelargoniku - (aċidu n-nonanoic) | 112-05-0 | Aċidu kapriku - (aċidu n-decanoic) | 334-48-5 | Aċidu lawriku - (aċidu n-dodecanoic) | 143-07-7 | Aċidu lawrolejku - (aċidu dodecanoic) | 4998-71-4 | Aċidu mirristiku - (aċidu n-tetradecanoic) | 544-63-8 | Aċidu mirristolejku - (aċidu n-tetradecanoic) | 544-64-9 | Aċidu palmitiku - (aċidu n-hexadecanoic) | 57-10-3 | Aċidu palmitolejku - (aċidu cis-9-hexadecenoic) | 373-49-9 | Aċidu stearic - (aċidu n-octadecanoic) | 57-11-4 | Aċidu rikinolejku - (aċidu ċis 12-hydroxy octadec-9 enoic; aċidu taż-żejt tar-rignu) | 141-22-0 | Aċidu olejku - (aċidu n-octadecenoic) | 112-80-1 | Aċidu linolejku - (aċidu 9,12-octadecadienoic) | 60-33-3 | Aċidu linoleniku - (aċidu 9, 12, 15-octadecatrienoic) | 463-40-1 | Aċidu arakidiku - (aċidu eicosanoic) | 506-30-9 | Aċidu beheniku - (aċidu docosanoic) | 112-85-6 | Aċidu eruċiċ - (aċidu ċis 13-docosenoic) | 112-86-7 | Alkohol tax-xaħam - alkohol naturali | | Alkohol butiliku - (1-butanol; butyric alkohol) | 71-36-3 | Alkohol Kaprojlu - (1-hexanol; hexyl alkohol) | 111-27-3 | Alkohol Enantiku - (1-heptanol; ħeptyl alkohol) | 110-70-6 | Alkohol Kapriliku alkohol - (1-n-octanol) | 111-87-5 | Alkohol Noniliku - (1-nonanol; Pelargonic alkohol; octyl carbinol) | 143-08-8 | Alkohol Desiliku alkohol - (1-decanol) | 112-30-1 | Alkohol Lawriliku - (n-dodecanol; dodecyl alkohol) | 112-53-8 | Alkohol Tridesiliku - (1-tridecanol) | 27458-92-0 | Alkohol Miristiliku - (-tetradecanol; tetradecanol) | 112-72-1 | Alkohol Setiliku - (alkohol C-16; 1-hexadecanol; cetylic alkohol; palmityl alkohol; n-primaryhexadecyl alkohol) | 36653-82-4 | Alkohol Steariliku - (1-octadecanol) | 112-92-5 | Alkohol Olejlu - (Octadecenol) | 143-28-2 | Alkohol Lawriliku miristiliku - (taħlita C12-C14) | | Alkohol Setiliku stearilu - (taħlita C16-C18) | | Esteri tal-aċidi tax-xaħam - kwalunkwe esteru prodott mit-taħlit ta’ kull wieħed minn dawn l-aċidi tax-xaħam elenkati hawn fuq ma’ kull wieħed minn dawn l-alkohol tax-xaħam elenkati hawn fuq. Eżempji ta’ dawn huma butyl myristrate, oleyl palmitate u cetyl stearate. | | Aċidu tax-xaħam - methylesteri metili | | Methyl laurate - (methyl dodecanoate) | 111-82-0 | Methyl palmitate - (methyl hexadecanoate) | 112-39-0 | Methyl stearate - (methyl octadecanoate) | 112-61-8 | Methyl oleate - (methyl octadecenoate) | 112-62-9 | Aċidu formiku - (aċidu methanoic; aċidu hydrogen carboxylic) | 64-18-6 | Glicerina - (glycerol; glycerin) | 56-81-5 | Glicerinali | | Butanediol - (1,3-butylene glycol; 1-3 butanediol; 1,4-butylene glycol; 1,4-butanediol; 2,3-butylene glycol; 2,3-butanediol; Butylene glycol) | 107-88-0 110-63-4 513-85-9 | Polypropylene glycol - (piż molekulari akbar minn 400) | 25322-69-4 | Propylene glycol - (1,2 propylene glycol; 1,2-propanediol; 1,2-dihydroxypropane; monopropylene glycol (MPG); methyl glycol) | 57-55-6 | 1,3-Propylene glycol - (Trimethylene glycol; 1,3-propanediol) | 504-63-2 | n-Heptane - | 142-82-5 | n-Hexane (gradi tekniċi) | 110-54-3 64742-49-0 | iso-Butanol - (2-methyl-l-propanol;) | 78-83-1 | iso-Butyl acetate | 110-19-0 | iso-Decanol (isodecyl alkohol) | 25339-17-7 | iso-Nonal (isononyl alkohol) | 27458-94-2 | iso-Octanol (isooctyl alkohol) | 26952-21-6 | iso-Propanol - (isopropyl alkohol; IPA) | 67-63-0 | Limonene - (dipentene) | 138-86-3 | Soluzzjuni tal-klorit tal-magnesju | 7786-30-3 | Methanol - (methyl alkohol) | 67-56-1 | Methyl ethyl ketone - (2-butanone) | 78-93-3 | Methyl isobutyl ketone - (4-methyl-2-pentanone;) | 108-10-1 | Methyl tertiary butyl ether - (MTBE) | 1634-04-4 | Micro silica | 7631-86-9 | Għasel iswed (Molasses) | 57-50-1 | Xemgħa Montana | 8002-53-7 | Nonane | 111-84-2 | Parafin (grad li jittiekel) | | Pentane -- | 109-66-0 | Aċidu fosforiku - (aċidu orto fosforiku) | 7664-38-2 | Ilma potabbli huwa aċċettat bħala tagħbija ta’ merkanzija preċedenti biss meta t-tagħbija tal-merkanzija immedjatament preċedenti għaliha tkun f’din il-lista | | Potassju idro-ossidu(potasju kawstiku) | 1310-58-3 | n-Propyl acetate | 109-60-4 | Idrossidu tas-Sodju (soder kawstiku, lye/lissija) | 1310-73-2 | Sorbitol (D-sorbitol; hexahydric alkohol; d-Sorte) | 50-70-4 | Aċidu ifuriku | 7664-93-9 | Soluzzjoni ta’ l-urea tan-nitrat ta’ l-ammona - (UAN) | | Karfa ta’ l-inbid - (vinasses, vinaccia, argol, vini, argil arcilla, weinstein, krema mhux raffinata tat-tartru, potassju biturat mhux raffinat) | 868-14-4 | --------------------------------------------------