Official Journal L 333 , 09/12/1998 P. 0023 - 0023
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2633/98 tat-8 ta’ Diċembru 1998 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2300/97 dwar ir-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1221/97 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ miżuri għat-titjib tal-produzzjoni u l-marketing ta’ l-għasel IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxil-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1221/97 tal-25 ta’ Ġunju 1997 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ miżuri biex tittejjeb il-produzzjoni u s-suq ta’ l-għasel [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2070/98 [2], u b’mod partokolari l-Artikolu 5 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2300/97 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1472/98 [4], jistabbilixxi disposizzjonijiet għall-implimetazzjoni ta’ miżuri biex tittejjeb il-produzzjoni u s-suq ta’ l-għasel; Billi konsistenza bejn il-miżuri ta’ programmi nazzjonali u miżuri oħra permezz tad-diversi strateġiji tal-Komunità, partikolarment ir-Regolamenti li jikkoordinaw l-istrateġija ta’ riċerka ta’ ikel agrikolu għandha tkun assigurata matul l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali; billi, partikolarment, kull ħlas żejjed minħabba l-għaqda ta’ għajnuna u inkonsistenzi oħra fid-definizzjoni tal-miżuri għandu jkun evitat; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv tal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 L-Artikolu 4 (e) tar-Regolament (KE) Nru) 2300/97 huwa mibdul b'dan li ġej: "3. L-istess miżura m’għandhiex tkun is-soġġett ta’ ħlasijiet simultanji permezz tar-Regolament (KE) Nru 1221/97 u permezz ta' xi skema oħra ta’ għajnuna tal-Komunità fir-rigward tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 950/97 [5], (KE) Nru 951/97 [6] u (KE) Nru 952/97 [7] kif ukoll programmi ta’ riċerka tal-Komunità, żvilupp teknoloġiku u demostrazzjoni tal-Komunità, li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament." L- Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 8 ta’ Diċembru 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 173, ta' l-1.7.1997, p. 1. [2] ĠU L 265, tat-30.9.1998, p. 1. [3] ĠU L 319, tal-21.11.1997, p. 4. [4] ĠU L 194, ta' l-10.7.1998, p. 8. [5] ĠU L 142, ta' l-4.6.1998, p. 1. [6] ĠU L 142, ta' l-4.6.1998, p. 22. [7] ĠU L 142, ta' l-4.6.1998, p. 30. --------------------------------------------------