|
27.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 323/100 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9500 — Lindsay Goldberg Group/Bilcare Research Swiss Holding I and II)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 323/06)
1.
Fl-20 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Lindsay & Co. LLC (l-Istati Uniti tal-Amerika) li tappartjeni għall-grupp Lindsay Goldberg (“Lindsay Goldberg”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u |
|
— |
Bilcare Research Swiss I AG u (ii) Bilcare Research Swiss II AG (flimkien mas-sussidjarji tagħhom “Bilcare Research Swiss Holding I u II”, l-Isvizzera). |
Linday Goldberg takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Bilcare Research Swiss Holding I u II.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Lindsay Goldberg tiġġestixxi indirettament fondi differenti li għandhom investimenti ta’ ekwità f’kumpaniji tal-portafoll li qed joperaw, |
|
— |
Bilcare Research Swiss Holding I u II hija manifattur u fornitur ta’ tertuqa tal-plastik teknika li tintuża għall-produzzjoni ta’ imballaġġ flessibbli kif ukoll għal applikazzjonijiet mhux tal-imballaġġ. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9500 — Lindsay Goldberg Group/Bilcare Research Swiss Holding I and II
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).