<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑360/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0360</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1195">EU:C:2014:1195</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20140605">5.6.2014</DATE> — KAWŻA C‑360/13</P><P>PUBLIC RELATIONS CONSULTANTS ASSOCIATION</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Drittijiet tal-awtur</KEYWORD><KEYWORD>Soċjetà tal-informazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(1) u (5)</KEYWORD><KEYWORD>Riproduzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Twettiq ta’ kopji ta’ sit tal-internet fuq l-iskrin u fil-cache tal-hard disk waqt il-browsing fuq l-internet</KEYWORD><KEYWORD>Att temporanju ta’ riproduzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Att tranżitorju jew inċidentali</KEYWORD><KEYWORD>Parti integrali u essenzjali ta’ proċess tekniku</KEYWORD><KEYWORD>Użu legali</KEYWORD><KEYWORD>Sinjifikat ekonomiku indipendenti</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑360/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130624">24 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Public Relations Consultants Association Ltd</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Newspaper Licensing Agency Ltd <HT TYPE="ITALIC">et,</HT></HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Safjan, J. Malenovský (Relatur), A. Prechal u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Public Relations Consultants Association Ltd, minn M. Hart, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għal Newspaper Licensing Agency Ltd <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn S. Clark, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn L. Christie, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. Santoro, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Samnadda, bħala aġent.</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>Wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Public Relations Consultants Association Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>PRCA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Newspaper Licensing Agency Ltd <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>NLA<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar l-obbligu li tinkiseb awtorizzazzjoni tad-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur għall-konsultazzjoni ta’ siti tal-internet li tinvolvi t-twettiq ta’ kopji ta’ dawk is-siti fuq l-iskrin tal-kompjuter tal-utent u fil-cache tal-internet tal-hard disk ta’ dak il-kompjuter.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 5, 9, 31 u 33 tad-Direttiva 2001/29 huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(5)</NO.P><TXT>L-iżvilupp teknoloġiku kabbar u ddiversifika l-gwidi tal-kreazzjoni, il-produzzjoni u l-isfruttament. Filwaqt li m’huma meħtieġa l-ebda kunċetti ġodda għall-protezzjoni ta’ proprjetà intellettwali, il-liġi preżenti dwar id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati għandha tiġi ad[a]ttata u miżjuda biex tirreaġixxi b’mod adekwat għar-realtajiet ekonomiċi bħal forom ġodda ta’ sfruttament.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Kull armonizzazzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati għandha tkun bażata fuq livell għoli ta’ protezzjoni, għar-raġuni li dawn id-drittijiet huma kruċjali għall-kreazzjoni intellettwali. [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(31)</NO.P><TXT>Bilanċ ġust ta’ drittijiet u interessi bejn il-kategoriji differenti ta’ detenturi ta’ drittijiet, kif ukoll bejn il-kategoriji differenti ta’ detenturi ta’ drittijiet u utent[i] ta’ materjal protett għandhom ikunu salvagwardati. [...]</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(33)</NO.P><TXT>Id-dritt esklussiv ta’ riproduzzjoni għandu jkun bla ħsara għal eċċezzjoni biex tippermetti ċerti atti ta’ riproduzzjoni temporanj[i], li huma riproduzzjonijiet temporanji jew inċidentali, li jagħmlu parti integrali u essenzali mill-proċess teknoloġiku u mwettaq għal fini unika li tippermetti jew trasmissjoni effiċjenti f’network bejn partijiet terzi permezz ta’ intermedjarju, jew użu legali ta’ xogħol jew suġġett ieħor li għandu jsir. L-atti ta’ riproduzzjoni relatati m’għandu jkollhom l-ebda valur ekonomiku separat għalihom waħedhom. Sa fejn dawn jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet, din l-eċċezzjoni għandha tinkludi atti li bihom jista’ jsir browsing kif ukoll atti<?PAGE NO="3"?> ta’ ħażna, inklużi dawk li bihom jagħmluha possibbli għal sistemi ta’ trasmissjoni li jiffunzjonaw b’mod effiċjenti, kemm-il darba li l-intermedjarju ma jimmodifikax l-informazzjoni u ma jfixkilx l-użu legali tat-teknoloġija, rikonoxxuta b’mod wiesgħa u użata mill-industrija, biex jikseb <HT TYPE="ITALIC">data</HT> dwar l-użu ta’ l-informazzjoni. Użu għandu jiġi kkunsidrat legali fejn ikun awtorizzat mid-detentur tad-drittijiet jew ma jkunx ristrett bil-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(a) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt esklussiv li jawtorizza jew jipprojbixxi riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti b’kull mezz u f’kull forma, kollha jew parti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għall-awturi, tax-xogħolijiet tagħhom [...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) u (5) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Atti temporanji ta’ riproduzzjoni msemmija fl-Artikolu 2, li huma temporanji jew inċidentali, li huma parti integrali u essenzjali tal-proċess teknoloġiku u li l-iskop uniku tagħhom huwa li jkunu jistgħu jsiru:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>trasmissjoni f’network bejn partijiet terzi minn intermedju, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>użu legali</TXT></NP></ITEM></LIST><P>ta’ xogħol jew suġġett ieħor li għandu jsir, u li ma jkollhom ebda sinifikat ekonomiku indipendenti, għandhom ikunu eżenti mid-dritt ta’ riproduzzjoni provdut fl-Artikolu 2.</P></ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet li hemm provdut dwarhom fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandhom ikunu applikati biss f’ċerti każi speċjali li ma jmorrux kontra l-isfruttament normali tax-xogħol jew suġġett ieħor u ma jippreġudikawx b’mod bla raġuni l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29 ġie traspost fid-dritt nazzjonali permezz tal-Artikolu 28A tal-Liġi tal-1988 dwar id-Drittijiet tal-Awtur, id-Disinni u l-Privattivi (Copyright, Designs and Patents Act 1988).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>PRCA hija organizzazzjoni li tgħaqqad professjonisti tar-relazzjonijiet pubbliċi. Dawn tal-aħħar jagħmlu użu mis-servizz ta’ monitoraġġ tal-mezzi ta’ komunikazzjoni offrut mill-grupp ta’ kumpanniji Meltwater (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Meltwater<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) li jqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom, online, rapporti ta’ monitoraġġ ta’ artikoli tal-istampa ppubblikati fuq l-internet, liema rapporti jitwettqu skont kliem-ċavetta pprovdut mill-klijenti.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>NLA huwa korp stabbilit mill-edituri ta’ gazzetti fir-Renju Unit bil-għan li jipprovdi liċenzji kollettivi li jikkonċernaw il-kontenut tal-gazzetti.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>NLA qies li Meltwater u l-klijenti tagħha kellhom jiksbu awtorizzazzjoni tad-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur sabiex jipprovdu u jirċievu s-servizzi ta’ monitoraġġ tal-mezzi ta’ komunikazzjoni rispettivament.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Meltwater qabel li jabbona għal liċenzja ta’ database fuq l-Internet. Madankollu, PRCA baqgħet issostni li l-fatt li l-klijenti ta’ Meltwater jirċievu, online, rapporti ta’ monitoraġġ ma kienx jeħtieġ liċenzja.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Aditi bil-kawża, il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division u l-Court of Appeal (England &amp; Wales) iddeċidew li l-membri ta’ PRCA kellhom jiksbu liċenzja jew kunsens ta’ NLA sabiex jirċievu s-servizz ta’ Meltwater.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>PRCA appellat din id-deċiżjoni quddiem is-Supreme Court of the United Kingdom billi sostniet, b’mod partikolari, li l-membri tagħha ma għandhomx bżonn ta’ awtorizzazzjoni tad-detenturi ta’ drittijiet meta kulma dawn jagħmlu huwa li jikkonsultaw ir-rapporti ta’ monitoraġġ fuq is-sit tal-internet ta’ Meltwater.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>NLA sostna li din l-attività teħtieġ l-awtorizzazzjoni tad-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur, sa fejn il-konsultazzjoni tas-sit tal-internet twassal għat-twettiq ta’ kopji fuq l-iskrin tal-kompjuter tal-utent (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>kopji fuq l-iskrin<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) u ta’ kopji fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>cache<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> tal-internet tal-hard disk ta’ dak il-kompjuter (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>kopji fil-cache<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). Issa, dawn il-kopji jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>riproduzzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29, li ma jaqgħux fl-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 5(1) ta’ dik id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-kawża quddiemha tirrigwarda l-punt dwar jekk l-utenti tal-internet, li jikkonsultaw siti tal-internet fuq il-kompjuters tagħhom, mingħajr ma jniżżluhom jew jistampawhom, jippreġudikawx id-drittijiet tal-awtur minħabba t-twettiq ta’ kopji fuq l-iskrin jew kopji fil-cache, sakemm huma ma jkollhomx l-awtorizzazzjoni tad-detenturi ta’ drittijiet li jwettqu tali kopji.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabelxejn il-qorti tar-rinviju tindika li, meta utent tal-internet jikkonsulta sit tal-internet fuq il-kompjuter tiegħu, mingħajr ma jniżżlu, il-proċessi tekniċi inkwistjoni jeħtieġu t-twettiq tal-imsemmija kopji. Dan it-twettiq huwa l-konsegwenza awtomatika tal-browsing fuq l-internet u huwa ma jeħtieġ ebda intervent mill-bniedem ħlief id-deċiżjoni li jaċċessa s-sit tal-internet inkwistjoni. Il-kopji fuq l-iskrin u l-kopji fil-cache jinżammu ikkonservati biss għat-tul normali tal-proċessi assoċjati mal-użu tal-internet. Barra minn hekk, it-tħassir ta’ dawn il-kopji ma jeħtieġ ebda intervent mill-bniedem. Ċertament, il-kopji fil-cache jistgħu jitħassru deliberatament mill-utent tal-internet ikkonċernat. Madankollu, jekk huwa ma jagħmilx hekk, dawn il-kopji normalment jiġu ssostitwiti minn kontenuti oħra wara ċertu żmien, li jiddependi mill-kapaċità tal-cache, kif ukoll mill-kobor u mill-frekwenza ta’ użu tal-internet mill-utent tal-internet ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li l-kopja fuq l-iskrin hija parti essenzjali tat-teknoloġija involuta, li mingħajrha s-sit tal-internet ma jistax jiġi kkonsultat, u tibqa’ fuq l-iskrin sakemm l-utent tal-internet jitlaq mis-sit inkwistjoni. Il-cache tal-internet hija karatteristika universali tat-teknoloġija attwali tal-browsing fuq l-internet, li mingħajrha l-internet ma jkunx jista’ jlaħħaq mal-volumi attwali tat-trasmissjoni tad-data online u ma jaħdimx b’mod korrett. It-twettiq ta’ kopji fuq l-iskrin u ta’ kopji fil-cache għaldaqstant huwa indispensabbli għall-funzjonament korrett u effiċjenti tal-proċessi tekniċi involuti fil-browsing fuq l-internet.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-imsemmija qorti tenfasizza li, normalment, meta utent tal-internet jagħmel browsing fuq l-internet, huwa ma jfittixx li jagħmel kopja tal-istampa sakemm huwa ma jagħżilx li jniżżilha jew li jistampaha. L-għan tiegħu huwa li jikkonsulta l-kontenut tas-sit internet magħżul. Għaldaqstant, il-kopji fuq l-iskrin u l-kopji fil-cache huma sempliċement il-konsegwenza inċidentali tal-użu tal-kompjuter tiegħu sabiex jikkonsulta sit tal-internet.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-qorti tar-rinviju kkonkludiet li l-kopji fuq l-iskrin u l-kopji fil-cache jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl‑Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29. Madankollu, rinviju għal deċiżjoni preliminari huwa opportun sabiex jiggarantixxi l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tippreċiża li hija għandha dubju dwar jekk l-imsemmija kopji humiex temporanji, jekk dawn humiex ta’ natura tranżitorja jew inċidentali u jekk dawn jikkostitwixxux parti integrali mill-proċess tekniku. Għall-kuntrarju, hija tqis li tali kopji neċessarjament jissodisfaw il-kundizzjonijiet l-oħra previsti fl-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Supreme Court of the United Kingdom iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>F’ċirkustanzi fejn:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>utent [finali] jara paġna internet mingħajr ma jniżżel, jistampa jew inkella b’xi mod jagħmel kopja tagħha[;]</P></ITEM><ITEM><P>kopji ta’ dik il-paġna internet isiru b’mod awtomatiku fuq l-iskrin u fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>cache<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> tal-internet fil-ħard disk [tal-kompjuter] tal-utent;</P></ITEM><ITEM><P>il-ħolqien ta’ dawk il-kopji huwa indispensabbli għall-proċessi tekniċi involuti għal browsing korrett u effettiv fuq l-internet;</P></ITEM><ITEM><P>il-kopja tal-iskrin tibqa’ fuq l-iskrin sa meta l-utent jitlaq mill-paġna internet ikkonċernata, fejn titħassar b’mod awtomatiku permezz tal-operazzjoni normali tal-kompjuter;</P></ITEM><ITEM><P>il-kopja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>cache<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tibqa’ fil-cache sakemm tiġi sovraskritta minn materjal ieħor hekk kif l-utent jara iktar paġni internet, meta titħassar b’mod awtomatiku permezz tal-operazzjoni normali tal-kompjuter; u</P></ITEM><ITEM><P>il-kopji jinżammu għal mhux iktar mill-iżvolġiment tal-proċessi komuni assoċjati mal-użu tal-internet li għalihom isir riferiment [fir-raba’ u l-ħames inċiżi];</P></ITEM></LIST><P>Tali kopji huma (i) temporanji, (ii) tranżitorji jew inċidentali u (iii) parti integrali u essenzjali tal-proċess teknoloġiku fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29/KE?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kopji fuq l-iskrin u l-kopji fil-cache, imwettqa minn utent finali waqt il-konsultazzjoni ta’ sit tal-internet, jissodisfawx il-kundizzjonijiet li dawn il-kopji għandhom ikunu temporanji, għandhom ikunu ta’ natura tranżitorja jew inċidentali u jikkostitwixxu parti integrali u essenzjali ta’ proċess tekniku, u, għaldaqstant, jekk dawn il-kopji jistgħux jitwettqu mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, att ta’ riproduzzjoni jkun eżentat mid-dritt ta’ riproduzzjoni previst fl-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva bil-kundizzjoni:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li huwa temporanju;</P></ITEM><ITEM><P>li huwa tranżitorju jew inċidentali;</P></ITEM><ITEM><P>li jikkostitwixxi parti integrali u essenzjali ta’ proċess tekniku;</P></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><P>li l-għan ta’ dan il-proċess ikun li jippermetti jew trażmissjoni f’netwerk bejn terzi minn intermedjarju jew użu legali ta’ xogħol jew oġġett protett, u</P></ITEM><ITEM><P>li l-imsemmi att ma għandux sinjifikat ekonomiku indipendenti.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kundizzjonijiet elenkati hawn fuq għandhom jingħataw interpretazzjoni stretta, peress li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29 jikkostitwixxi deroga għar-regola ġenerali stabbilita minnha li teħtieġ li d-detentur tad-dritt tal-awtur jawtorizza kull riproduzzjoni tax-xogħol protett tiegħu (sentenzi Infopaq International, C-5/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:465">EU:C:2009:465</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 56 u 57, kif ukoll Football Association Premier League <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C-403/08 u C-429/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:631">EU:C:2011:631</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 162).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, mill-istess ġurisprudenza jirriżulta li l-eżenzjoni prevista bl-imsemmija dispożizzjoni għandha tirrendi possibbli u għandha tiżgura l-iżvilupp u l-funzjonament ta’ teknoloġiji ġodda, kif ukoll għandha żżomm bilanċ xieraq bejn id-drittijiet u l-interessi ta’ detenturi ta’ drittijiet u ta’ utenti ta’ xogħlijiet protetti li jixtiequ jibbenefikaw minn dawk it-teknoloġiji (ara s-sentenza Football Association Premier League <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:631">EU:C:2011:631</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 164).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-osservanza tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju indikat li l-kopji fuq l-iskrin u l-kopji fil-cache jissodisfaw ir-raba’ u l-ħames kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, b’mod li l-osservanza tal-ewwel sat-tielet kundizzjonijiet hija s-suġġett tal-preżenti rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, li tgħid li l-att ta’ riproduzzjoni għandu jkun temporanju, mill-proċess jirriżulta, minn naħa, li l-kopji fuq l-iskrin jitħassru malli l-utent tal-internet jitlaq mis-sit tal-internet ikkonsultat. Min-naħa l-oħra, il-kopji fil-cache normalment jiġu ssostitiwiti awtomatikament minn kontenut ieħor wara ċertu żmien, liema żmien jiddependi mill-kapaċità tal-cache, kif ukoll mill-kobor u mill-frekwenza ta’ użu ta’ internet mill-utent tal-internet ikkonċernat. Minn dan isegwi li dawn il-kopji għandhom natura temporanja.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet għandu jiġi kkonstatat li l-imsemmija kopji jissodisfaw l-ewwel kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont it-tielet kundizzjoni, li għandha tiġi eżaminata fit-tieni lok, l-atti ta’ riproduzzjoni inkwistjoni għandhom jikkostitwixxu parti integrali u essenzjali ta’ proċess tekniku. Din il-kundizzjoni teħtieġ li żewġ elementi jkunu ssodisfatti b’mod kumulattiv, jiġifieri li, minn naħa, l-atti ta’ riproduzzjoni jitwettqu kompletament fil-kuntest tal-implementazzjoni ta’ proċess tekniku u, min-naħa l-oħra, li t-twettiq ta’ dawn l-atti ta’ riproduzzjoni jkunu neċessarji, fis-sens li l-proċess tekniku ma jkunx jista’ jiffunzjona b’mod korrett u effiċjenti mingħajr dawn l-atti (ara s-sentenza Infopaq International, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:465">EU:C:2009:465</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 61, u d-digriet Infopaq International, C-302/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:16">EU:C:2012:16</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward, qabelxejn, l-ewwel wieħed minn dawn iż-żewġ elementi, għandu jiġi rrilevat li, fil-kawża prinċipali, il-kopji fuq l-iskrin u l-kopji fil-cache jinħolqu u jitħassru bil-proċess tekniku użat għall-konsultazzjoni tas-siti tal-internet, b’mod li dawn jitwettqu totalment fil-kuntest tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma huwiex rilevanti li l-proċess inwistjoni jingħata bidu mill-utent tal-internet u li dan jingħalaq b’att temporanju ta’ riproduzzjoni bħalma hija l-kopja fuq l-iskrin.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li billi l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29 ma jipreċiżax f’liema stadju tal-proċess tekniku għandhom jintervjenu l-atti temporanji ta’ riproduzzjoni, ma jistax jiġi eskluż li tali atti jagħtu bidu jew jagħlqu dan il-proċess (digriet Infopaq International, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:16">EU:C:2012:16</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-imsemmija dispożizzjoni ma tipprekludix li l-proċess tekniku jinvolvi intervent mill-bniedem u, b’mod partikolari, li dan jingħata bidu jew jinġieb fi tmiemu b’mod manwali (ara, f’dan is-sens, id-digriet Infopaq International, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:16">EU:C:2012:16</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kopji fuq l-iskrin u l-kopji fil-cache għandhom jitqiesu bħala li jagħmlu parti integrali mill-proċess tekniku inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward, sussegwentement, tat-tieni wieħed mill-elementi msemmija fil-punt 28 tal-preżenti sentenza, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, anki jekk il-proċess inkwistjoni fil-kawża prinċipali jista’ jiġi implementat mingħajr l-intervent tal-atti ta’ riproduzzjoni kkonċernati, xorta waħda jibqa’ l-fatt li, f’dan il-każ, l-imsemmi proċess ma jistax jiffunzjona b’mod korrett u effiċjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont id-deċiżjoni tar-rinviju, il-kopji fil-cache jiffaċilitaw b’mod kunsiderevoli l-browsing fuq l-internet, peress li mingħajr dawn il-kopji, dan tal‑aħħar ma jistax ilaħħaq mal-volumi attwali tad-data ttrasferita online. Mingħajr it-twettiq ta’ tali kopji, il-proċess użat għall-konsultazzjoni tas-siti tal-internet tkun ħafna inqas effiċjenti u ma jkunx jista’ jopera b’mod korrett.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-kopji fuq l-iskrin, ma ġiex ikkonstatat li, fl-istat attwali, it-teknoloġija tal-viżwalizzazzjoni tas-siti tal-internet fuq il-kompjuters teħtieġ it-twettiq ta’ tali kopji sabiex tkun tista’ tiffunzjona b’mod korrett u effiċjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-kopji fuq l-iskrin u l-kopji fil-cache għandhom jitqiesu bħala li huma parti essenzjali mill-proċess tekniku inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li ż-żewġ kategoriji ta’ kopji jissodisfaw it-tielet kundizzjoni prevista fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>It-tieni kundizzjoni, li għandha tiġi eżaminata fit-tielet lok, hija kundizzjoni alternattiva. Fil-fatt, l-att ta’ riproduzzjoni għandu jkun jew tranżitorju jew inċidentali.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel wieħed miż-żewġ elementi, għandu jitfakkar li att jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>tranżitorju<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> fir-rigward tal-proċess tekniku użat jekk it-tul tal-ħajja tiegħu jkun limitat għal dak li huwa neċessarju għall-funzjonament tajjeb tiegħu, peress li dan il-proċess għandu jkun wieħed awtomatizzat b’mod li jħassar tali atti b’mod awtomatiku, mingħajr intervent mill-bniedem, minn meta tintlaħaq il-funzjoni tiegħu intiża li tippermetti t-twettiq ta’ tali proċess (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Infopaq International, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:465">EU:C:2009:465</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 64).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rekwiżit ta’ tħassir awtomatiku ma jipprekludix li tali tħassir ikun preċedut minn intervent mill-bniedem intiż li jġib fi tmiemu l-użu tal-proċess tekniku. Fil-fatt, hekk kif ġie rrilevat fil-punt 32 tal-preżenti sentenza, huwa permess li l-proċess tekniku inkwistjoni fil-kawża prinċipali jingħata bidu u jinġieb fi tmiemu b’mod manwali.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk, kuntrarjament għal dak li jsostni NLA, att ta’ riproduzzjoni ma jitlifx in-natura tranżitorja tiegħu sempliċement mill-fatt li t-tħassir bis-sistema tal-kopja ġġenerata tkun ippreċeduta mill-intervent tal-utent finali intiż li jġib fi tmiemu l-proċess tekniku kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-element l-ieħor imsemmi fil-punt 39 tal-preżenti sentenza, att ta’ riproduzzjoni jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>inċidentali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jekk huwa la għandu eżistenza u lanqas għan awtonomu fir-rigward tal-proċess tekniku li huwa jagħmel parti minnu.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, fir-rigward qabelxejn tal-kopji fuq l-iskrin, għandu jitfakkar li dawn jitħassru b’mod awtomatiku mill-kompjuter fil-mument li l-utent tal-internet jitlaq mis-sit tal-internet ikkonċernat u, għaldaqstant, fil-mument fejn huwa jġib fi tmiemu l-proċess tekniku użat għall-konsultazzjoni ta’ dan is-sit.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti, kuntrarjament għal dak li jsostni NLA, li l-kopja fuq l-iskrin tkompli teżisti sakemm l-utent tal-internet iħalli l-browser tiegħu miftuħ u jibqa’ fuq is-sit tal-internet ikkonċernat peress li, matul dan il-perijodu, il-proċess tekniku użat għall-konsultazzjoni ta’ dan is-sit jibqa’ attiv.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li t-tul tal-ħajja tal-kopji fuq l-iskrin hija limitata għal dak li huwa neċessarju għall-funzjonament tajjeb tal-proċess tekniku użat għall-konsultazzjoni tas-sit tal-internet ikkonċernat. Konsegwentement, dawn il-kopji għandhom jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>tranżitorji<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna, sussegwentement, il-kopji fil-cache, ċertament hemm lok li jiġi rrilevat li, b’differenza għall-kopji fuq l-iskrin, huma ma jitħassrux fil-mument li fejn l-utent tal-internet iġib fi tmiemu l-proċess tekniku użat għall-konsultazzjoni tas-sit tal-internet ikkonċernat, peress li dawn huma miżmuma fil-cache għall-finijiet ta’ konsultazzjoni ulterjuri possibbli ta’ dan is-sit.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, ma huwiex neċessarju li tali kopji jkunu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>tranżitorji<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> la darba jiġi ddeterminat li dawn huma ta’ natura inċidentali fir-rigward tal-proċess tekniku użat.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-proċess tekniku inkwistjoni jiddetermina b’mod sħiħ l-għan li għalih dawn il-kopji jitwettqu u jintużaw, filwaqt li l-imsemmi proċess jista’, hekk kif jirriżulta mill-punt 34 tas-sentenza preżenti, jiffunzjona, għalkemm b’mod inqas effiċjenti, mingħajr ma jitwettqu tali kopji. Min-naħa l-oħra, mill-proċess jirriżulta li l-utenti tal-internet li jużaw il-proċess tekniku inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistgħux iwettqu l-kopji fil-cache b’mod differenti milli dan il-proċess.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-kopji fil-cache la għandhom eżistenza u lanqas għan awtonomu meta mqabbel mal-proċess tekniku inkwistjoni fil-kawża prinċipali u, għaldaqstant, għandhom jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>inċidentali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, għandu jiġi kkonstatat li l-kopji fuq l-iskrin u l-kopji fil-cache jissodisfaw it-tieni kundizzjoni prevista fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, għandu jiġi kkonstatat li l-kopji inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissodisfaw mill-ewwel sat-tielet kundizzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex tiġi invokata l-eċċezzjoni prevista bl-imsemmija dispożizzjoni, kif interpretata fil-punt ta’ qabel dan tal-preżenti sentenza, hemm bżonn li dawn il-kopji jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Football Association Premier League <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:631">EU:C:2011:631</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 181).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-osservanza tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29, it-twettiq ta’ att temporanju ta’ riproduzzjoni huwa eżentat mid-dritt ta’ riproduzzjoni biss f’ċerti każijiet speċjali li ma jippreġudikawx l-operat normali tax-xogħol u lanqas ma jikkawżaw dannu mhux ġustifikat għall-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabelxejn, għandu jitfakkar li peress li l-kopji fuq l-iskrin u l-kopji fil-cache jitwettqu biss bl-għan li ssir konsultazzjoni tas-siti tal-internet, huma jikkostitwixxu, għal dan l-għan, każ speċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-imsemmija kopji ma jikkawżaw ebda dannu mhux ġustifikat għall-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur minkejja li dawn jippermettu, bħala prinċipju, lill-utenti tal-internet l-aċċess għax-xogħlijiet ippreżentati fuq siti tal-internet mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ dawn id-detenturi.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li x-xogħlijiet jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti tal-internet mill-edituri tas-siti tal-internet li huma obbligati, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, jiksbu awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur ikkonċernati, u dan it-tqegħid għad-dispożizzjoni jikkostitwixxi komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>L-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur ikkonċernati għalhekk huma protetti b’mod korrett.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, ma huwiex ġustifikat li jiġi meħtieġ mill-utenti tal-internet li huma jiksbu awtorizzazzjoni oħra li tippermettilhom jibbenefikaw minn din l-istess komunikazzjoni diġà awtorizzata mid-detentur tad-drittjiet tal-awtur inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat li t-twettiq tal-kopji fuq l-iskrin u tal-kopji fil-cache ma jippreġudikax l-operat normali tax-xogħlijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-konsultazzjoni tas-siti tal-internet permezz tal-proċess tekniku inkwistjoni hija operat normal tax-xogħlijiet li jippermetti lill-utenti tal-internet jibbenefikaw mill-komunikazzjoni lill-pubbliku magħmula mill-editur tas-sit tal-internet ikkonċernat. Peress li t-twettiq tal-kopji inkwistjoni jagħmel parti mill-imsemmija konsultazzjoni, dan ma jistax jikkawża dannu lil tali operat tax-xogħlijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-kopji fuq l-iskrin u l-kopji fil-cache jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29 għandu jkun interpretat fis-sens li l-kopji fuq l-iskrin u l-kopji fil-cache, imwettqa minn utent finali matul il-konsultazzjoni ta’ sit tal-internet, jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jistabbilixxu li dawn il-kopji għandhom ikunu temporanji, għandhom ikunu ta’ natura tranżitorja jew inċidentali u għandhom jagħmlu parti integrali u essenzjali ta’ proċess tekniku, kif ukoll jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(5) ta’ dik id-direttiva u għaldaqstant jistgħu jitwettqu mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jkun interpretat fis-sens li l-kopji fuq l-iskrin tal-kompjuter tal-utent u l-kopji fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>cache<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tal-hard disk ta’ dak il-kompjuter, imwettqa minn utent finali matul il-konsultazzjoni ta’ sit tal-internet, jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jistabbilixxu li dawn il-kopji għandhom ikunu temporanji, għandhom ikunu ta’ natura tranżitorja jew inċidentali u għandhom jagħmlu parti integrali u essenzjali ta’ proċess tekniku, kif ukoll jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(5) ta’ dik id-direttiva u għaldaqstant jistgħu jitwettqu mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>