29.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/115


P9_TA(2020)0247

Estensjoni tad-dazji tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE dwar id-dazji tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi (COM(2020)0371 – C9-0281/2020 – 2020/0174(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2021/C 395/19)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0371),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0281/2020),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0159/2020),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.