<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑654/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0654</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:998">EU:C:2016:998</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>tmilcjeSENTENZA TAL-<DATE ISO="20161221">21.12.2016</DATE> – KAWŻA C‑654/15</P><P>LÄNSFÖRSÄKRINGAR</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P>tal-<DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Isvediż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9(1)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 15(1)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 51(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Portata tad-dritt esklużiv mogħti lill-proprjetarju</KEYWORD><KEYWORD>Perijodu ta’ ħames snin wara r-reġistrazzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑654/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Högsta domstolen (qorti suprema, l-Isvezja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20151203">3 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20151207">7 ta’ Diċembru 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Länsförsäkringar AB</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Matek A/S,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič (Relatur), President tal-Awla, A. Prechal, A. Rosas, C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Matek A/S, minn S. Wendén u M. Yngner, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn T. Scharf u K. Simonsson, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Länsförsäkringar AB u Matek A/S dwar allegat ksur, minn din tal-aħħar, tad-dritt esklużiv li għandha Länsförsäkringar bħala l-proprjetarja ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 10 tar-Regolament Nru 207/2009 tipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P>“M’hemm ebda ġustifikazzjoni għall-protezzjoni ta’ trade marks [tal-Unjoni Ewropea] jew, għall-protezzjoni favur trade mark li tkun ġiet irreġistrata qabel trade mark [tal-Unjoni Ewropea], ħlief fejn it-trade marks ikunu fil-fatt qed jintużaw.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Id-drittijiet li jirriżultaw minn trade mark [tal-Unjoni Ewropea]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>It-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] tagħti lill-proprjetarju d-drittijiet esklussivi fiha. Il-proprjetarju għandu l-jedd li jipprojbixxi lit-terzi persuni kollha li ma jkollhomx il-kunsens tiegħu milli jużaw fil-kummerċ:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>kull sinjal fejn, minħabba identiċità jew xebħ mat-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] u l-identiċità jew xebħ mal-prodotti jew is-servizzi koperti mit-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] u mis-sinjal, tkun teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni minn naħa tal-pubbliku; il-problabiltà ta’ konfużjoni tinkludi wkoll il-probabbiltà li ssir assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t-trade mark;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L’Artikolu 15(1) tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-użu ta’ trade marks [tal-Unjoni Ewropea]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Jekk, fi żmien ħames snin wara r-reġistrazzjoni, il-proprjetarju ma jkunx għamel użu ġenwin mit-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] fil-Unjon f’konnessjoni mal-prodotti jew mas-servizzi li għalihom tkun reġistrata, jew jekk dan l-użu jkun ġie sospiż għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin, it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] għandha tkun soġġetta għas-sanzjonijiet li jipprovdi dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet xierqa għal dan in-nuqqas ta’ użu.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 51 ta’ dan l-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Raġunijiet għal revoka<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="051.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-drittijiet tal-proprjetarju ta’ trade mark [tal-Unjoni Ewropea] għandhom jiġu ddikjarati bħala revokati malli ssir applikazzjoni lill-Uffiċċju [tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)] jew fuq il-bażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk, għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin, ma jkunx sar użu ġenwin mit-trade mark [fl-Unjoni] f’konnessjoni mal-prodotti jew servizzi li għalihom hija tkun reġistrata, u ma jkunx hemm raġunijiet siewja għal dan in-nuqqas ta’ użu; madanakollu, l-ebda persuna ma tista’ titlob li d-drittijiet tal-proprjetarju fit-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] jiġu revokati jekk, waqt l-intervall bejn l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħames snin u l-preżentata tal-applikazzjoni jew tal-kontrotalba, użu ġenwin tat-trade mark ikun beda jew issokta; il-bidu jew l-issoktar ta’ użu waqt perjodu ta’ tliet xhur qabel il-preżentata tal-applikazzjoni jew tal-kontrotalba li jkun beda l-iktar kmieni mal-iskadenza tal-perjodu kontinwu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu għandu, madanakollu, ma jiġix meqjus jekk il-preparamenti għall-bidu jew għall-issoktar iseħħu biss wara li l-proprjetarju jsir jaf li l-applikazzjoni jew il-kontrotalba jistgħu jiġu preżentati;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="051.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta r-raġunijiet ta’ revoka ta’ drittijiet jeżistu biss fir-rigward ta’ xi wħud biss mill-prodotti jew servizzi li għalihom it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] hija reġistrata, id-drittijiet tal-proprjetarju għandhom jiġu dikjarati bħala revokati fir-rigward ta’ dawk il-prodotti jew servizzi biss.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 55(1) tar-Regolament Nru 207/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-konsegwenzi ta’ revoka u ta’ invalidità<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA>“It-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] għandha titqies li ma kellhiex, sa mid-data tal-applikazzjoni għal revoka jew tal-kontrotalba, l-effetti speċifikati minn dan ir-Regolament, sa fejn id-drittijiet tal-proprjetarju jkunu ġew revokati. Tista’ tiġi iffissata data preċedenti meta waħda mir-raġuinijiet għar-revoka tkun seħħet, fid-deċiżjoni fuq talba ta’ waħda mill-partijiet.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-preżunzjoni ta’ validità – Id-difiża fir-rigward tal-merti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="099.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qrati tat-trade marks [tal-Unjoni Ewropea] għandhom jikkunsidraw it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] bħala valida sakemm il-validità tagħha ma tiġix kontestata mill-konvenut permezz ta’ kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="099.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-kawżi msemmija fl-Artikolu 96(a) u (c), eċċezzjoni li tirrigwarda r-revoka jew l-invalidità ta’ trade mark [tal-Unjoni Ewropea] li ma tkunx saret permezz ta’ kontrotalba hija ammissibli biss jekk il-konvenut jallega li d-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] jistgħu jiġu revokati minħabba nuqqas ta’ użu jew li l-istess trade mark [tal-Unjoni Ewropea] tista’ tiġi iddikjarata invalida minħabba dritt preċedenti tal-konvenut.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 207/2009 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑<DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="341" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 341, p. 21</REF.DOC.OJ>), li daħal fis-seħħ fit‑<DATE ISO="20160323">23 ta’ Marzu 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Bis-saħħa ta’ dan ir-regolament tal-aħħar, l-Artikolu 99(3) tar-Regolament Nru 207/2009 ġie ssosstitwit bit-test li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Fl-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 96, appell relatat ma’ revoka ta’ trademark tal-UE mressaq b’mezz ieħor u mhux permezz ta’ kontrotalba għandu jkun ammissibbli fejn il-konvenut jiddikjara li t-trademark tal-UE tista’ tiġi revokata minħabba nuqqas ta’ użu ġenwin fiż-żmien meta saret l-azzjoni ta’ vjolazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Länsförsäkringar, li teżerċita attivitajiet fl-oqsma tas-servizzi bankarji, ta’ fondi u ta’ assigurazzjoni, hija l-proprjetarja tad-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Nru 005423116. Din it-trade mark ġiet irreġistrata fl-<DATE ISO="20080104">4 ta’ Jannar 2008</DATE> b’mod partikolari għal servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 36 u 37 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif rivedut u emendat (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Ftehim ta’ Nice<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>). Din ir-reġistrazzjoni tkopri, għal dak li jikkonċerna l-klassi 36, fost oħrajn, il-kwistjonijiet ta’ proprjetà immobbli, l-istimi ta’ proprjetà immobbli, il-kiri ta’ appartamenti u ta’ ħwienet kummerċjali kif ukoll il-ġestjoni ta’ proprjetà immobbli u, għal dak li jikkonċerna l-klassi 37, il-bini, it-tiswija u l-manutenzjoni, kif ukoll is-servizzi ta’ installazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-attività prinċipali ta’ Matek tikkonsisti fil-manifattura u l-immuntar ta’ djar tal-injam. Fil-kuntest ta’ din l-attività, din il-kumpannija bdiet tuża, matul is-sena 2007, logo li hija rreġistrat matul is-sena 2009 għall-prodotti li jaqgħu fil-klassi 19 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, li tkopri l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>materjali għall-bini mhux tal-metall, pajpijiet riġidi mhux tal-metall għall-bini; asfalt, żift u bitum; bini trasportabbli mhux tal-metall; monumenti mhux tal-metall<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Billi qieset li, minħabba l-użu ta’ dan il-logo matul is-snin 2008 sa 2011, Matek kisret id-dritt esklużiv mogħti mit-trade mark tal-Unjoni Ewropea li tagħha hija l-proprjetarja, Länsförsäkringar ressqet quddiem l-iStockholms tingsrätt (qorti tal-prim’istanza ta’ Stokkolma, l-Isvezja) talba bbażata fuq l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, intiża sabiex, taħt piena ta’ pagamenti ta’ penalità, Matek tiġi pprojbita milli tuża fl-Isvezja, fil-kummerċ, sinjali simili għal din it-trade mark. Din it-talba intlaqgħat mill-iStockholms tingsrätt (qorti tal-prim’istanza ta’ Stokkolma).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-iSvea hovrätt (qorti tal-appell ta’ Svea, l-Isvezja) annullat din id-deċiżjoni. Fil-fatt, għalkemm il-qorti tal-appell qieset li l-logo użat minn Matek kien simili għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea rreġistrata minn Länsförsäkringar, hija madankollu ddeċidiet, bil-kontra tal-iStockholms tingsrätt (qorti tal-prim’istanza ta’ Stokkolma), li l-eżami tax-xebh tal-prodotti u tas-servizzi inkwistjoni ma kellux isir fuq il-bażi tar-reġistrazzjoni formali ta’ din it-trade mark iżda tal-attività realment eżerċitata mill-proprjetarja. Għaldaqstant, l-iSvea hovrätt (qorti tal-appell ta’ Svea) ikkonkludiet, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni globali, li ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni fil-każ ineżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Länsförsäkringar appellat quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Högsta domstolen (qorti suprema, l-Isvezja), filwaqt li sostniet li l-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, għandha tkun ibbażata, matul il-perijodu ta’ ħames snin ta’ wara r-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, esklużivament fuq din ir-reġistrazzjoni u mhux fuq l-użu reali ta’ din it-trade mark.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tippermettix li tiġi ddeterminata l-importanza li għandha tingħata, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, lir-reġistrazzjoni fir-rigward tal-użu reali ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea fil-każ li terz juża, mingħajr awtorizzazzjoni, fil-kummerċ, sinjal li jixbah lil tali trade mark matul il-perijodu ta’ ħames snin ta’ wara r-reġistrazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Högsta domstolen (qorti suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1)</NO.P><TXT>Id-dritt esklużiv tal-proprjetarju huwa affettwat mill-fatt li, f’perijodu ta’ ħames snin wara r-reġistrazzjoni, huwa ma jkunx għamel użu ġenwin tat-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] fl-Unjoni Ewropea għal prodotti jew servizzi koperti mir-reġistrazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk it-tweġiba għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, f’liema ċirkustanzi u b’liema mod dik is-sitwazzjoni taffettwa d-dritt esklużiv?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 għandux jiġi interpretat fis-sens li, matul il-perijodu ta’ ħames snin ta’ wara r-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, il-proprjetarju tagħha jista’, fil-każ ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni, jipprojbixxi lil terzi milli jużaw, fil-kummerċ, sinjal identiku jew li jixxiebah għat-trade mark tiegħu għall-prodotti u servizzi kollha identiċi jew li jixxiebhu għal dawk li għalihom ġiet irreġistrata din it-trade mark, mingħajr ma għandu jipprova użu ġenwin tal-imsemmija trade mark għal dawn il-prodotti u dawn is-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Matek tqis li l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 japplika biss jekk it-trade mark tal-Unjoni Ewropea inkwistjoni hija effettivament użata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Bil-kontra, il-Kummissjoni Ewropea tqis li minn qari flimkien ta’ din id-dispożizzjoni mal-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 51(1)(a) ta’ dan ir-regolament, jirriżulta li d-dritt esklużiv mogħti lill-proprjetarju matul perijodu ta’ ħames snin li jiddekorri mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ din it-trade mark japplika għall-prodotti u s-servizzi kollha li għalihom din ġiet irreġistrata, tkunx ġiet użata b’mod ġenwin fl-Unjoni għal dawn il-prodotti jew dawn is-servizzi jew le. Wara l-iskadenza ta’ dan il-perijodu, hija r-responsabbiltà tal-konvenut fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni li jsostni, skont l-Artikolu 99(3) tal-imsemmi regolament, li d-drittijiet tal-proprjetarju jistgħu jiġu rrevokati minħabba nuqqas ta’ użu ġenwin tal-imsemmija trade mark.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Mill-fajl sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-qorti tar-rinviju tixtieq b’mod partikolari ssir taf jekk, matul il-perijodu ta’ ħames snin ta’ wara r-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, ix-xebh tal-prodotti u tas-servizzi inkwistjoni u, għaldaqstant, l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni, fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, għandhomx jiġu evalwati b’teħid inkunsiderazzjoni tal-prodotti u servizzi kollha li għalihom ġiet irreġistrata din it-trade mark jew, bil-kontra, fuq il-bażi biss ta’ prodotti u servizzi li għalihom il-proprjetarju diġà għamel użu ġenwin mill-imsemmija trade mark.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, il-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea huwa intitolat jipprojbixxi lil kull terz, li ma għandux il-kunsens tiegħu, milli juża, fil-kummerċ, sinjal li fir-rigward tiegħu, minħabba l-identiċità jew ix-xebh tiegħu ma’ din it-trade mark u minħabba l-identiċità jew ix-xebh tal-prodotti jew tas-servizzi koperti minnha u mis-sinjal, teżisti, f’moħħ il-pubbliku, probabbiltà ta’ konfużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għalkemm din id-dispożizzjoni ma tinkludi ebda preċiżjoni dwar l-użu li l-proprjetarju għandu jkun għamel mit-trade mark tal-Unjoni Ewropea tiegħu sabiex ikun jista’ jinvoka d-dritt esklużiv mogħti minnha, l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009 jipprevedi, min-naħa l-oħra, li fil-każ li, f’terminu ta’ ħames snin li jibda jiddekorri mir-reġistrazzjoni tagħha, il-proprjetarju ma jkunx għamel użu ġenwin fl-Unjoni mit-trade mark tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti u għas-servizzi li għalihom<?PAGE NO="6"?> tkun ġiet irreġistrata, jew jekk tali użu jkun ġie sospiż għal perijodu kontinwu ta’ ħames snin, din it-trade mark għandha tkun suġġetta għas-sanzjonijiet li jipprovdi dan ir-regolament, sakemm dan il-proprjetarju ma jkunx jista’ jinvoka raġunijiet xierqa għal dan in-nuqqas ta’ użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 jipprovdi li, f’tali każ u bla ħsara għal preċiżjonijiet ulterjuri previsti minnu, id-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ddikjarati rrevokati, fuq applikazzjoni lill-EUIPO jew fuq il-bażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni. L-Artikolu 51(2) ta’ dan ir-regolament jippreċiża, barra minn hekk, li meta r-raġunijiet ta’ revoka ta’ drittijiet jeżistu biss fir-rigward ta’ xi wħud biss mill-prodotti jew servizzi li għalihom it-trade mark ġiet irreġistrata, id-drittijiet tal-proprjetarju għandhom jiġu ddikjarati bħala rrevokati fir-rigward ta’ dawk il-prodotti jew servizzi biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Billi fl-Artikolu 15(1) u fl-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 jistabbilixxi regola għar-revoka tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea għal nuqqas ta’ użu fuq perijodu ta’ ħames snin, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried, hekk kif jirriżulta mill-premessa 10 ta’ dan ir-regolament, jissuġġetta ż-żamma tad-drittijiet marbuta mat-trade mark tal-Unjoni Ewropea għall-kundizzjoni li hija tkun effettivament użata. Din il-kundizzjoni hija spjegata mill-kunsiderazzjoni li ma jkunx iġġustifikat li trade mark mhux użata tostakola l-kompetizzjoni billi tirrestrinġi l-firxa ta’ sinjali li jistgħu jiġu rreġistrati minn oħrajn bħala trade mark u billi tiċħad lill-kompetituri mill-possibbiltà li jużaw sinjal identiku jew li jixxiebah għal din it-trade mark meta jqiegħdu fis-suq intern prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu għal dawk protetti mit-trade mark inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Leno Merken</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑149/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:816">EU:C:2012:816</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Centrotherm Systemtechnik vs UASI u centrotherm Clean Solutions</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:593">EU:C:2013:593</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Mill-kliem u mill-għan tal-Artikolu 15(1) u tal-Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009 jirriżulta li, sa ma jiskadi t-terminu ta’ ħames snin wara r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea, id-drittijiet tal-proprjetarju ma jistgħux jiġu ddikjarati rrevokati għal uħud mill-prodotti u servizzi jew għall-prodotti u servizzi kollha li għalihom ġiet irreġistrata din it-trade mark. Għaldaqstant dawn id-dispożizzjonijiet jagħtu lill-proprjetarju terminu ta’ grazzja sabiex jibda jagħmel użu ġenwin mit-trade mark tiegħu, li matulu huwa jista’ jinvoka dritt esklużiv mogħti minnha, skont l-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament, għal dawn il-prodotti u servizzi kollha, mingħajr ma għandu għalfejn jipprova tali użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex jiġi ddeterminat, skont l-Artikolu 9(1)(b) tal-imsemmi regolament, jekk il-prodotti jew is-servizzi tal-allegat awtur tal-vjolazzjoni humiex identiċi jew jixxiebhux għall-prodotti jew għas-servizzi koperti mit-trade mark tal-Unjoni Ewropea inkwistjoni, għandha tiġi evalwata, matul il-perijodu ta’ ħames snin ta’ wara r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea, il-portata tad-dritt esklużiv mogħti minn din id-dispożizzjoni b’teħid inkunsiderazzjoni tal-prodotti u servizzi, kif koperti mir-reġistrazzjoni tat-trade mark, u mhux fir-rigward tal-użu li l-proprjetarju seta’ għamel minn din it-trade mark matul dan il-perijodu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għalkemm mill-iskadenza tat-terminu ta’ ħames snin wara r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea l-portata ta’ dan id-dritt esklużiv tista’ tiġi affettwata mill-konstatazzjoni, wara kontrotalba jew difiża tal-merti magħmula minn terz fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ vjolazzjoni, li l-proprjetarju għadu ma bediex, sa dak il-mument, jagħmel użu ġenwin mit-trade mark tiegħu għal uħud mill-prodotti u servizzi jew għall-prodotti u servizzi kollha li għalihom hija ġiet irreġistrata, għandu madankollu jiġi kkonstatat li mid-deċiżjoni tar-rinviju ma jirriżultax li tali hija s-sitwazzjoni fil-każ ineżami u li l-qorti tar-rinviju qed tfittex xi kjarifiki rigward dan is-suġġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 15(1) u mal-Artikolu 51(1)(a) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li, matul il-perijodu ta’ ħames snin ta’ wara r-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, il-proprjetarju tagħha jista’,<?PAGE NO="7"?> fil-każ ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni, jipprojbixxi lil terzi milli jużaw, fil-kummerċ, sinjal identiku jew li jixxiebah għat-trade mark tiegħu għall-prodotti u servizzi kollha identiċi jew li jixxiebhu għal dawk li għalihom ġiet irreġistrata din it-trade mark, mingħajr ma għandu jipprova użu ġenwin tal-imsemmija trade mark għal dawn il-prodotti u dawn is-servizzi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], moqri flimkien mal-Artikolu 15(1) u mal-Artikolu 51(1)(a) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li, matul il-perijodu ta’ ħames snin ta’ wara r-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, il-proprjetarju tagħha jista’, fil-każ ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni, jipprojbixxi lil terzi milli jużaw, fil-kummerċ, sinjal identiku jew li jixxiebah għat-trade mark tiegħu għall-prodotti u servizzi kollha identiċi jew li jixxiebhu għal dawk li għalihom ġiet irreġistrata din it-trade mark, mingħajr ma għandu jipprova użu ġenwin tal-imsemmija trade mark għal dawn il-prodotti u dawn is-servizzi.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>