Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, ta' Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea /* COM/2013/0632 final */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Fl-24 ta’ Settembru 2012
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati, f’isem l-Unjoni
Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u r-Repubblika tal-Kroazja, mal-Albanija
sabiex tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u
Assoċjazzjoni (tal-1 ta' April 2009) bejn il-Komunitajiet
Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika
tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. Dawn in-negozjati saru bejn
id-19 ta’ Novembru 2012 u l-10 ta’ Jannar 2013.
Wara aktar kjarifiki tekniċi u korrispondenza, l-awtoritajiet
Albaniżi infurmaw li huma qablu mal-abbozz ta' Protokoll propost
mill-Kummissjoni fit-18 ta’ Ġunju 2013. It-test tal-abbozz
ta' Protokoll hu mehmuż. Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill
jiddeċiedi dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja
tal-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea u jikkonkludi l-Protokoll f’isem l-Unjoni
Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Il-Komunità Ewropea għall-Enerġija
Atomika (KEEA) hija wkoll parti għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u
Assoċjazzjoni. Għall-konklużjoni tal-Protokoll f’isem
il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, il-Kummissjoni tipproponi
li l-Kunsill jagħti l-approvazzjoni tiegħu, skont it-tieni paragrafu
tal-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-KEEA. F'konformità mal-Artikolu 101 tat-Trattat
tal-KEEA, id-deċiżjoni li jiġi ffirmat il-Ftehim tiġi
adottata mill-Kummissjoni u d-deċiżjoni li jiġi konkluż
il-ftehim tiġi adottata mill-Kummissjoni bl-approvazzjoni tal-Kunsill.
Huwa għalhekk neċessarju li jiġu adottati
deċiżjonijiet separati għall-iffirmar u l-konklużjoni
tal-Protokoll mill-UE u mill-KEEA. Għall-konklużjoni tal-Protokoll
f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, il-Kummissjoni
tipproponi li l-Kunsill: ·
jagħti l-approvazzjoni tiegħu, skont
it-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-KEEA. Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni
mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,
ta' Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn
il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u
r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies
l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi
l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari
it-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tal-istess Trattat, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni
mill-Kummissjoni, Billi: (1) Fl-24 ta’ Settembru 2012
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Albanija sabiex
tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u
Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom,
minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex
titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. (2) Dawn in-negozjati tlestew
b’suċċess. (3) Għalhekk, il-Protokoll
għandu jiġi konkluż, ukoll f’isem il-Komunità Ewropea
għall-Enerġgija Atomika f'dak li għandu x’jaqsam ma’
kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat tal-Euratom. (4) L-iffirmar u
l-konklużjoni tal-Protokoll huma soġġetti għal
proċeduri separati fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt
it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea. (5) Il-konklużjoni
tal-Protokoll mill-Kummissjoni, li taġixxi f'isem il-Komunità Ewropea
għall-Enerġija Atomika, għandha tiġi approvata. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Uniku Il-konklużjoni mill-Kummissjoni, f'isem
il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll
għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet
Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika
tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ("il-Protokol") hija
b'dan approvata. It-test tal-Protokol huwa mehmuż
mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni
provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u
Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom,
minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija min-naħa l-oħra, biex
titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President