32002D0500



Official Journal L 169 , 28/06/2002 P. 0052 - 0053


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Marzu 2002

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 6 tal-Ftehim dwar konċessjonijiet preferenzjali reċiproki tal-kummerċ f’ċerti nbejjed

(notifikata ġod-dokument numru K(2002) 665)

(2002/500/KE)

IL-KOMMISSJONI TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkonsidrat id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/916/KE [1] u 2001/917/KE [2] tat-3 ta’ Diċembru ta’ l-2001 illi jikkonċerna l-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ ta’ l-istabbilizzazzjoni u l-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropei u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, minn naħa l-oħra, u l-Protokoll Addizzjonali li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u l-ex- Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biex tinnotifika r-riżultat tan-negozjazzjonijiet bejn il-partijiet dwar konċessjonijiet preferenzali reċiproċi għal ċerti nbejjed, ir-rikonoxximent reċiproku protezzjoni u kontroll dwar l-ismijiet ta’ l-inbied u r-rikonoxximent reċiproku, protezzjoni u kontroll dwar l-ismijiet ta’ xorb alkaħoliku u aromatizzat, u partikolarment l-Artikolu 3 tagħha.

billi:

(1) Sakemm intlaħqu dawn id-deċiżjonijiet il-Kunsill ikkonkluda ma’ l-ex Repubblika tal-Maċedonja Protokolli Addizzjonali li jinkludu Ftehim dwar konċezzjonijiet preferenzjali reċiproki għal ċertu nbejjed, ir-rikonoxximent reċiproku, protezzjoni u kontroll fuq l-ismijiet ta’ l-inbid u rikonoxximent reċiproku, protezzjoni u kontroll dwar l-ismijiet ta’ spirti u xorb aromatizzat, hawn iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "Protokolli Addizzjonali dwar l-inbid". Il-Protokolli Addizzjonali dwar l-inbid japplikaw mil l-1 ta’ Jannar ta’ l-2002.

(2) Il-Paragrafu 6 ta’ l-Anness 1 (Ftehim dwar konċessjonijiet preferenzjali reċiproki tal-kummerċ fuq ċerti nbejjed) tal-Protokolli Addizjonali dwar l-inbid għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Ftehim Temporanju, konklużi fit-18 ta’ Diċembru ta’ l-2001, jistipula illi l-jedd li tibbenifika mill-konċezzjonijiet tat-tariffi hija suġġett għal preżentazzjoni ta’ ċertifikat maħruġ minn korp uffiċjali rikonoxxut li jidher fuq lista magħmula flimkien, li tiċċertifika lli l-inbid in kwistjoni jaqbel ma’ punt 5(b).

(3) Il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja qablu fil-Protokolli Addizjonali fuq l-inbid għall-Istabbilizzazzjoni u l-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni u l-Ftehim Temporanju li jimplementaw regoli għaċ-ċertifikat hawn fuq imsemmi. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tapprova dawn ir-regoli li sar il-qbil fuqhom f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri

(4) Il-miżuri provduti għalihom f’din id-Deċiżjoni u l-Iskambju ta’ ittri mehmuża huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim f’forma ta’ Skambji ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-ex-Repubblika yugoslava tal-Maċedonja illi jikkonċerna ċ-ċertifikat referut għalih fil-paragrafu 6, l-Anness 1 tal-Ftehim fuq konċessjonijiet preferenzjali reċiproki tal-kummerċ għal ċerti nbejjed hija hawnhekk approvata f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mhemuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u Żvilupp Rurali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej huwa awtorizzat jiffirma l-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri.

Artikolu 2

Din id-Deċizjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel,

fit-18 ta’ Marzu 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 342, 27.12.01, p. 6.

[2] ĠU L 342, 27.12.01, p. 24.

--------------------------------------------------