|
22.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 48/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 155/2008
tal-21 ta’ Frar 2008
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċertu merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu wkoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha, jew li żżid magħha xi subdiviżjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bi ħsieb li tkun applikata tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fil-merkanzija. |
|
(3) |
Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, l-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun klassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna nru 2, minħabba fir-raġunijiet mniżżla fil-kolonna nru 3. |
|
(4) |
Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li, bla ħsara għall-miżuri li jeżistu fil-Komunità dwar sistemi doppji ta’ kontroll u dwar sorveljanza tal-Komunità qabel u wara ma ssir importazzjoni ta’ prodotti tessili fil-Komunità, informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda u li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata minn min iżomm l-informazzjoni tat-tariffa li torbot għal perijodu ta’ 60 jum, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ppubblikax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artiklu 1
Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness tkun klassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi NM fil-kolonna nru 2.
Artiklu 2
Bla ħsara għall-miżuri li jeżistu fil-Komunità dwar sistemi doppji ta’ kontroll u dwar sorveljanza tal-Komunità qabel u wara ma ssir importazzjoni ta’ prodotti tessili fil-Komunità, informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament, tista’ tkun invokata għal perijodu ta’ 60 jum, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.
Artiklu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu kollu u japplika direttament għall-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Frar 2008.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif amendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1352/2007 (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 3).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif amendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni kodiċi NM |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
L-oġġett jikkonsisti minn żewġ cups magħmulin minn plastik ċellulari artab iffurmat miksi miż-żewġ naħat bi drapp maħdum bil-labar. Ċinet maħdumin bil-labar huma meħjutin mat-trufijiet tal-cups biex isaħħu l-forma ovali tagħhom. Il-cups huma magħqudin flimkien permezz ta' bokkla ta’ metall manjetiku. In-naħa ta' ġewwa ta' kull cup fiha kisja adeżiva protetta permezz ta' film tal-plastik. Meta jitneħħa l-film tal-plastik, il-kisja adeżiva tippermetti lill-cups li jeħlu mas-sider meta tiġi f'kuntatt dirett mal-ġilda. L-oġġett huwa ddisinjat biex jintlibes mal-ġilda. (riċipetto) (Ara r-ritratti Nri 643A u 643B) (*1) |
6212 10 90 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, noti 2(a)(5) għall-Kapitlu 59 u 2(a) għall-Kapitlu 61 u l-kliem tal-kodiċi NM 5903 , 6212 , 6212 10 u 6212 10 90 . Peress li l-plastik ċellulari tal-cups huwa mħallat bi drapp tessili fuq iż-żewġ naħat, id-drapp tessili huwa meqjus bħala li għandu funzjoni lil hinn minn sempliċi rinfurzar skond nota 2(a)(5) għal Kapitlu 59, jikkonferixxi l-karattru essenzjali tad-drapp lill-materjal imħallat tal-cups u għalhekk huwa meqjus li huwa l-materjal kostitwenti ta' l-oġġett. (Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għall-Kapitlu 39, Ġenerali, “Taħlit ta' plastik u materjal tessili”, (d) u s-seba’ paragrafu). Għalhekk, l-oġġett huwa oġġett tad-drapp ta’ sezzjoni XI u mhux oġġett ta' lbies tal-plastik ta’ subtitlu 3926 20 . L-oġġett għandu l-karatteristiċi ta' riċipetto, jiġifieri, cups tal-plastik ċellulari fil-forma ovali, iffurmati, li huma rinfurzati tul it-trufijiet flimkien mal-bokkla tal-metall manjetiku li jżommu lis-sider f'postu. Minflok iċ-ċineg klassiċi li jduru madwar id-dahar, dan l-oġġett jeħel mal-ġisem permezz ta' kisja adeżiva fuq ġewwa tal-cups. Minħabba l-ħxuna tal-cups magħmulin minn plastik ċellulari meta jeħel man-naħa ta' isfel tas-sider, jagħti sostenn billi jimbotta s-sider 'l fuq. Barra dan, meta l-oġġett jintlibes, il-parti ta' fuq tal-cups teħel 'il fuq kemm jista' jkun mal-ġilda 'l fuq mis-sider u għalhekk is-sider li jkun ġol-cups, ikun merfugħ u miżmum ‘l fuq. Għalhekk, l-oġġett huwa tat-tip “iddisinjat biex jintlibes bħala lbies għas-sostenn tal-ġisem” fi ħdan it-tifsira tan-Noti ta' Spjega SA għal titlu 6212 , l-ewwel paragrafu. Barra dan, bħal riċipetti oħra, l-oġġett huwa maħsub li jintlibes mal-ġilda. L-oġġett huwa kklassifikat bħala riċipetto f’titlu 6212 , għaliex dan it-titlu jinkludi riċipetti tat-tipi kollha. (Ara wkoll in-Noti ta' Spjega SA għal titlu 6212 , it-tieni paragrafu, (1)). |
|
|
|
(*1) Ir-ritratti huma biss għall-informazzjoni.