<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-66/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019TO0066</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:848">EU:T:2019:848</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tal-<DATE ISO="20191210">10.12.2019</DATE> – Kawża T‑66/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Vlaamse Gemeenschap u Vlaams Gewest vs Il-Parlament u Il-Kunsill</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti Ġenerali</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20191210">10 ta’ Diċembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Libertajiet Fundamentali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) 2018/1724</KEYWORD><KEYWORD>Stabbiliment ta’ gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi</KEYWORD><KEYWORD>Awtorità infrastatali</KEYWORD><KEYWORD><HT TYPE="ITALIC">Locus standi</HT></KEYWORD><KEYWORD>Inċidenza individwali</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża T‑66/19,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Vlaamse Gemeenschap</HT> (il-Belġju),</P><P><HT TYPE="BOLD">Vlaams Gewest</HT> (il-Belġju),</P><P>irrappreżentati minn T. Eyskens, N. Bonbled u P. Geysens, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn I. McDowell, R. van de Westelaken u M. Peternel, bħala aġenti,</P><P>u</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn K. Michoel u O. Segnana, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuti,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20181002">2 ta’ Ottubru 2018</DATE> li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="295" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 295, p. 1</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn M. J. Costeira, President, D. Gratsias (Relatur) u T. Perišin, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150506">6 ta’ Mejju 2015</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> (COM(2015) 192 final). Fil-punt 4.3.2 ta’ din il-komunikazzjoni intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Gvern elettroniku<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, il-Kummissjoni tinnota li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>punti ta’ kuntatt bejn l-awtoritajiet pubbliċi u ċ-ċittadini/negozji bħalissa huma frammentati u mhux kompluti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>l-bżonnijiet tan-negozji u ċ-ċittadini fl-attivitajiet transfruntiera tagħhom jistgħu jintlaħqu aħjar billi wieħed jibni fuq l-Infrastrutturi ta’ Servizzi Diġitali tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li ssir estensjoni u integrazzjoni tal-portali, netwerks, servizzi u sistemi Ewropej eżistenti […] u li dawn jintrabtu [fi ħdan] <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Portal Diġitali Uniku<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni impenjat ruħha sabiex tippreżenta pjan ta’ azzjoni ġdid għall-Gvern Elettroniku 2016-2020 li ser jinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>estensjoni u integrazzjoni tal-portali Ewropej u nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> sabiex jiġi implimentat il-gateway diġitali inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fit-<DATE ISO="20151028">28 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (COM(2015) 550 final). Permezz ta’ din il-komunikazzjoni, il-Kummissjoni stabbilixxiet l-istrateġija tagħha għas-suq uniku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni fformulat proposta leġiżlattiva li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20181002">2 ta’ Ottubru 2018</DATE> li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="295" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 295, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il-premessa 4 tiegħu, ir-Regolament Nru 2018/1724 joffri liċ-ċittadini u lill-impriżi aċċess faċli għall-informazzjoni, għall-proċeduri, u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi li jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fis-suq intern. Għaldaqstant, il-gateway stabbilita bis-saħħa ta’ dan ir-regolament tista’ tikkontribwixxi sabiex ittejjeb it-trasparenza tar-regoli u tar-regolamenti relatati ma’ avvenimenti differenti tal-ħajja tal-persuni u ta’ impriżi f’oqsma bħall-ivvjaġġar, l-irtirar, l-edukazzjoni, l-impjieg, is-saħħa, id-drittijiet tal-konsumaturi u d-drittijiet tal-familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont il-premessa 6 tiegħu, ir-Regolament 2018/1724 għandu tliet għanijiet, jiġifieri li jnaqqas kwalunkwe piż amministrattiv addizzjonali fuq iċ-ċittadini u l-impriżi li jeżerċitaw jew li jridu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom mogħtija mis-suq intern, inkluż il-moviment liberu taċ-ċittadini, b’konformità sħiħa mar-regoli u l-proċeduri nazzjonali, li jelimina d-diskriminazzjoni u li jiżgura l-funzjonament tas-suq intern għal dak li jikkonċerna l-għoti ta’ informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont il-premessa 7 tar-Regolament 2018/1724, sabiex iċ-ċittadini u l-impriżi tal-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu fis-suq intern, jeħtieġ li l-Unjoni tadotta miżuri nondiskriminatorji speċifiċi li jippermettu liċ-ċittadin u lill-impriżi jiksbu b’mod faċli informazzjoni suffiċjentement komprensiva u affidabbli dwar id-drittijiet mogħtija lilhom mid-dritt tal-Unjoni, kif ukoll dwar ir-regoli u l-proċeduri applikabbli fil-livell nazzjonali li magħhom ikollhom jikkonformaw sabiex jiċċaqalqu minn post għall-ieħor, jgħixu jew jistudjaw jew sabiex ikunu jistgħu jistabbilixxu ruħhom jew jeżerċitaw attività kummerċjali fi Stat Membru differenti minn dak tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Issa, hekk kif tindika l-premessa 9 tar-Regolament 2018/1724, iċ-ċittadini u l-impriżi ta’ Stati Membri oħrajn huma xi drabi ppenalizzati min-nuqqas ta’ familjarità tagħhom mar-regoli u mas-sistemi amministrattivi nazzjonali, kif ukoll mid-diversi lingwi użati u mid-distanzi ġeografiċi bejniethom u<?PAGE NO="3"?> l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru differenti minn dak tagħhom. Skont din l-istess premessa, l-iktar mod effiċjenti kif jitnaqqsu l-ostakli riżultanti għas-suq intern huwa li l-utenti transkonfinali u l-utenti mhux transkonfinali jingħataw aċċess għal informazzjoni online b’lingwa li jistgħu jifhmu sabiex ikunu jistgħu jwettqu proċeduri għall-konformità mar-regoli nazzjonali kompletament online u joffrulhom l-assistenza fejn l-imsemmija regoli u proċeduri ma humiex ċari biżżejjed jew fejn jiltaqgħu ma’ ostakli fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont il-premessa 12 tiegħu, ir-Regolament 2018/1724 għandu l-għan li jistabbilixxi gateway diġitali unika li sservi ta’ punt ta’ aċċess uniku li jippermetti liċ-ċittadini u lill-impriżi jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar ir-regoli u r-rekwiżiti li jkollhom jikkonformaw magħhom, li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-premessa 35 tar-Regolament 2018/1724 tindika li l-aċċess għall-informazzjoni jista’ jittejjeb b’mod sostanzjali għall-utenti transkonfinali jekk din tkun disponibbli b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li ġeneralment tinftiehem mill-ikbar għadd possibbli ta’ utenti transkonfinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament 2018/1724 jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu gateway diġitali unika (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>il-gateway<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>) skont dan ir-Regolament. Il-gateway għandha tikkonsisti minn interfaċċa komuni tal-utent ġestita mill-Kummissjoni (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>l-interfaċċa komuni tal-utent<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), li għandha tkun integrata fil-portal L-Ewropa Tiegħek u li għandha tagħti aċċess għall-paġni web tal-Unjoni u dawk nazzjonali rilevanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-gateway għandha tipprovdi aċċess għal:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>informazzjoni dwar id-drittijiet, l-obbligi u r-regoli stipulati fil-liġi tal-Unjoni u f’dik nazzjonali li japplikaw għall-utenti li jeżerċitaw, jew għandhom il-ħsieb li jeżerċitaw, id-drittijiet mogħtija lilhom mil-liġi tal-Unjoni fil-qasam tas-suq intern fl-oqsma elenkati fl-Anness I;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>informazzjoni dwar proċeduri online u offline u links għal proċeduri online, inklużi proċeduri koperti permezz tal-Anness II, stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali sabiex l-utenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet u jkunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi u r-regoli fil-qasam tas-suq intern fl-oqsma elenkati fl-Anness I;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>informazzjoni dwar is-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u links għalihom elenkati fl-Anness III jew imsemmija fl-Artikolu 7 b’mod li ċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jirreferu għalihom f’każ li jkollhom mistoqsijiet jew problemi relatati mad-drittijiet, l-obbligi, ir-regoli jew il-proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2018/1724, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti jkollhom aċċess faċli u online fuq il-paġni web nazzjonali tagħhom għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) tal-istess regolament (ara l-punt 11 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament 2018/1724, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[k]ull Stat Membru għandu jiżgura li l-utenti jistgħu jaċċessaw u jiffinalizzaw kwalunkwe proċedura elenkata fl-Anness II kompletament online, dment li l-proċedura rilevanti tkun ġiet stabbilita fl-Istat Membru kkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikoli 9 sa 11 tar-Regolament 2018/1724 jipprevedu serje ta’ rekwiżiti għall-kwalità tal-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 4 tar-Regolament 2018/1724 sabiex l-informazzjoni tkun l-iktar preċiża possibbli għal dak li jirrigwarda l-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-ftuħ tal-proċeduri elenkati fl-Anness I u II tal-istess regolament, bħad-dritt għall-ivvjaġġar, għax-xogħol, għas-soġġorn, għall-istudju jew għall-ftuħ ta’ impriża fi Stat Membru ieħor jew inkella sabiex l-amministrazzjoni tiġi indirizzata b’domandi dwar ir-residenza, l-istudju jew il-ħajja professjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(4) u l-Artikolu 11(2) tar-Regolament 2018/1724 jipprevedu li l-Istati Membri jagħmlu aċċessibbli l-informazzjoni inkwistjoni b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li ġeneralment tinftiehem mill-ikbar għadd possibbli ta’ utenti transkonfinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament 2018/1724, għal dak li jirrigwarda l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) tal-istess regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti transkonfinali jkollhom il-possibbiltà jaċċedu għall-istruzzjonijiet li jippermettulhom iwettqu l-proċedura b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li ġeneralment tinftiehem mill-ikbar għadd possibbli ta’ utenti transkonfinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament 2018/1724, meta Stat Membru ma jipprovdix l-informazzjoni, l-ispjegazzjonijiet u l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 9 sa 11 u fl-Artikolu 13(2)(a), b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li ġeneralment tinftiehem mill-ikbar għadd possibbli ta’ utenti transkonfinali, dak l-Istat Membru għandu jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi traduzzjonijiet f’dik il-lingwa, fil-limiti tal-baġit disponibbli għal dan il-għan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20190204">4 ta’ Frar 2019</DATE>, ir-rikorrenti, Vlaamse Gemeenschap (il-Komunità Fjamminga) u Vlaams Gewest (ir-Reġjun Fjamming) bdew din l-azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti separati ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ April u fid-<DATE ISO="20190429">29 ta’ April 2019</DATE> rispettivament, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea eċepixxew l-inammissibbiltà tar-rikors skont l-Artikolu 130 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Ir-rikorrenti ssottomettew l-osservazzjonijiet tagħhom fuq dawn l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà fil-<DATE ISO="20190611">11 ta’ Ġunju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>, il-Kummissjoni talbet li tintervjeni f’din il-kawża insostenn tat-talbiet tal-Parlament u tal-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla r-Regolament 2018/1724;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Parlament u lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Parlament u l-Kunsill jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 130(1) u (7) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk il-konvenut jitolbu, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi dwar l-inammissibbiltà jew in-nuqqas ta’ kompetenza mingħajr ma tidħol fil-mertu tal-kawża. F’dan il-każ, billi l-Parlament u l-Kunsill kienu talbu li tingħata deċiżjoni dwar l-inammissibbiltà, il-Qorti Ġenerali, peress li tqis li għandha biżżejjed informazzjoni mill-atti tal-proċess, tiddeċiedi li taqta’ l-kawża mingħajr ma tkompli l-proċedura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Parlament u l-Kunsill isostnu li r-rikorrenti ma humiex ikkonċernati individwalment mir-Regolament 2018/724, u għaldaqstant ma għandhomx <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> sabiex iressqu kawża għall-annullament tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi rrilevat, minn naħa, li r-rikorrenti huma entitajiet reġjonali Belġjani. Min-naħa l-oħra, hekk kif jirriżulta mill-ewwel u l-ħames kunsiderazzjoni, ir-Regolament 2018/1724 ġie adottat abbażi tal-Artikolu 21(2) u tal-Artikolu 114(1) TFUE u, konsegwentement, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja fis-sens tal-Artikolu 289(1) u tal-Artikolu 294 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, konformement mar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, bħala entitajiet infrastatali, ir-rikorrenti għandhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> sabiex iressqu kawża għall-annullament tar-Regolament 2018/1724 bil-kundizzjoni li jkunu kkonċernati direttament u individwalment minnu fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, rikors ta’ entità reġjonali jew lokali ma jistax jiġi assimilat ma’ rikors ta’ Stat Membru peress li l-kunċett ta’ Stat Membru fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jkopri biss l-awtoritajiet governattivi tal-Istati Membri. Dan il-kunċett ma jistax jiġi estiż għall-gvernijiet tar-reġjuni jew entitajiet infrastatali oħra mingħajr ma jiġi ppreġudikat il-bilanċ istituzzjonali previst mit-Trattat (ara, f’dan is-sens, id-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091126">26 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Região autónoma dos Açores vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/08 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:733">EU:C:2009:733</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li regoli kostituzzjonali nazzjonali li jagħtu l-kompetenza ma jistgħux jiddeterminaw, fis-sens tal-Arikolu 263 TFUE, il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tal-entitajiet reġjonali (ara d-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091126">26 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Região autónoma dos Açores vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/08 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:733">EU:C:2009:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Konsegwentement, is-sempliċi fatt li awtorità reġjonali għandha wħud mill-kompetenzi fil-qasam ikkonċernat mill-att li hija tikkontesta ma jagħtihiex il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> jekk l-att inkwistjoni ma jaffettwahiex direttamet jew, jekk ikun il-każ, individwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Peress li l-Parlament u l-Kunsill jeċepixxu l-inammissibbiltà tar-rikors abbażi ta’ nuqqas ta’ inċidenza individwali tar-rikorrenti, għandu jiġi eżaminat jekk ir-rikors huwiex ammissibbli fir-rigward ta’ din il-kundizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-kundizzjoni, bħal dik prevista fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, li tipprovdi li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ma humiex id-destinatarji ta’ att għandhom ikunu kkonċernati individwalment minnu, teħtieġ li l-miżura kkontestata tolqothom minħabba ċerti kwalitajiet li huma partikolari għalihom jew minħabba sitwazzjoni ta’ fatt li tikkaratterizzahom meta mqabbla mal-persuni l-oħra kollha u, minħabba dan il-fatt, tindividwalizzahom bl-istess mod bħad-destinatarju ta’ tali att (ara d-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091126">26 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Região autónoma dos Açores vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/08 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:733">EU:C:2009:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-punti 29, 35, 52, 57 u 72 tar-rikors jirriżulta li, minkejja li r-rikorrenti jitolbu formalment l-annullament tar-Regolament 2018/1724 kollu kemm hu, huma jiffokaw l-argumenti tagħhom fuq l-allegati illegalitajiet li bihom huma vvizzjati d-dispożizzjonijiet tiegħu li bis-saħħa tagħhom l-Istati Membri huma obbligati li jagħmlu ċerta informazzjoni aċċessibbli b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li ġeneralment mill-ikbar għadd possibbli ta’ utenti transkonfinali (ara l-punti 15 u 16 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>B’mod korrelattiv, mill-punti 20 u 22 tar-rikors jirriżulta li r-rikorrenti jiddikjaraw li għandhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> sabiex iressqu kawża għall-annullament tar-Regolament 2018/1724 billi jirreferu għall-effetti li ser ikollhom fuq il-kompetenzi tagħhom id-dispożizzjonijiet tiegħu li għandhom l-għan li jimponu l-obbligi msemmija fil-punt 30 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi evalwat jekk ir-rikorrenti għandhomx inċidenza individwali, fis-sens espost fil-punt 29 iktar ’il fuq, mill-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 11(2) u mill-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament 2018/1724.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni jimminaw il-politiki implimentati permezz ta’ diversi atti adottati minnhom u li huma intiżi jikkonfermaw jew jimplimentaw l-użu esklużiv tal-Olandiż fil-komunikazzjonijiet bejniethom u l-pubbliku. Għaldaqstant, sa fejn id-dispożizzjonijiet iċċitati fil-punt 32 iktar ’il fuq iwasslu għall-użu ta’ lingwa oħra differenti mill-Olandiż fir-relazzjonijiet tar-rikorrenti mal-pubbliku, huma jostakolaw lir-rikorrenti milli jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom kif jixtiequ u anki jobbligawhom jeżerċitawhom b’mod kontrarju għal-leġiżlazzjoni applikabbli, li ċerti aspetti minnhom huma ta’ importanza kostituzzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet iċċitati fil-punt 32 iktar ’il fuq jippreġudikaw l-effettività tal-politika ta’ integrazzjoni ċivika, implimentata mir-rikorrenti, li tipprovdi li l-barranin li jistabbilixxu lilhom innifishom fi Vlaanderen (il-Belġju) huma nkoraġġuti jitgħallmu l-Olandiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jżidu jgħidu li l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tagħhom jirriżulta mid-diviżjoni tar-Renju tal-Belġju f’reġjuni lingwistiċi u mit-tqassim ta’ kompetenzi fil-qasam lingwistiku previsti mill-kostituzzjoni Belġjana, hekk stabbiliti fil-kuntest ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kunflitt lingwistiku<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> li ma jeżistix fi ħdan Stati Membri oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li l-obbligu stabbilit skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2018/1724 li jiġi żgurat li l-utenti jkollhom faċilment aċċess online, fuq il-paġni web nazzjonali tagħhom, għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) tal-istess regolament (ara l-punti 11 u 12 iktar ’il fuq) huwa impost fuq l-Istati Membri kollha mingħajr ebda distinzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>It-tieni nett, b’mod simili, mill-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(4) u l-Artikolu 11(2) tar-Regolament 2018/1724 jirriżulta li l-obbligu li l-informazzjoni inkwistjoni tkun aċċessibbli b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li ġeneralment tinftiehem mill-ikbar għadd possibbli ta’ utenti transkonfinali huwa impost, mingħajr ebda eċċezzjoni, fuq l-awtoritajiet nazzjonali kollha li huma kompetenti fil-qasam. Dan huwa wkoll il-każ tal-obbligu li jingħata lill-utenti, konformement mal-Artikolu 13(2)(a) tal-istess regolament, il-possibbiltà li jaċċedu għall-istruzzjonijiet li jippermettulhom iwettqu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) tiegħu b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li ġeneralment tinftiehem mill-ikbar għadd possibbli ta’ utenti transkonfinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li kull awtorità nazzjonali kompetenti sabiex timplimenta r-regoli stabbiliti mir-Regolament 2018/1724 hija affettwata minnu bl-istess mod li huma r-rikorrenti, fil-kwalità tagħhom ta’ awtoritajiet li għandhom tali kompetenzi bis-saħħa tad-dritt Belġjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa minnu li awtorità infrastatali tista’ titqies li hija individwalment ikkonċernata minn att tal-Unjoni meta dan jaffettwa att li tiegħu tkun l-awtriċi u jipprekludiha għaldaqstant milli teżerċita kif tixtieq il-kompetenzi proprji mogħtija lilha mid-dritt nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051005">5 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Land Oberösterreich u l-Awstrija vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑366/03 u T‑235/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:347">EU:T:2005:347</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tad-definizzjoni tal-inċidenza individwali fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE (ara l-punt 29 iktar ’il fuq), dawn iċ-ċirkustanzi ma jistgħux jiġġustifikaw tali inċidenza tal-awtorità infrastatali ħlief f’kuntest li fih l-att ikkontestat ikollu bħala għan esklużiv l-eżerċizzju tal-kompetenza tal-Unjoni fir-rigward ta’ att preċiż adottat mill-imsemmija awtorità (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980430">30 ta’ April 1998</DATE>, <NAME.CASE>Vlaams Gewest vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑214/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:77">EU:T:1998:77</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021023">23 ta’ Ottubru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Diputación Foral de Álava <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑346/99 sa T‑348/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:259">EU:T:2002:259</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051005">5 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Land Oberösterreich u l-Awstrija vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑366/03 u T‑235/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:347">EU:T:2005:347</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, ir-Regolament 2018/1724 ġie adottat fil-kuntest tal-kompetenzi tal-Unjoni intiżi sabiex jintlaħqu l-oġġettivi deskritti fl-Artikoli 21 u 114 TFUE, jiġifieri li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi jiġu ffaċilitati l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet li jirriżultaw minnu. F’dan il-kuntest, hekk kif jirriżulta mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti 36 u 37 iktar ’il fuq, ir-Regolament 2018/1724 jikkonċerna t-tqegħid għad-dispożizzjoni, min-naħa tal-Istati Membri, ta’ ċertu informazzjoni essenzjali għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet għal moviment liberu u għal soġġorn li jisiltu ċ-ċittadini minn ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-għan tal-adozzjoni ta’ dan ir-regolament ma huwiex l-eżerċizzju tal-kompetenza tal-Unjoni fir-rigward tal-atti speċifiċi adottati mir-rikorrenti dwar l-użu tal-Olandiż fir-relazzjonijiet bejn l-amministrazzjoni u ċ-ċittadini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, approċċ fis-sens li kwalunkwe interferenza bejn il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ att tal-Unjoni u dak tal-atti adottati minn awtorità infrastatali jimplika li din tal-aħħar hija persuna affettwata individwalment mill-att tal-Unjoni, prattikament jgħolli lill-awtoritajiet infrastatali hekk ikkonċernati għall-grad tal-Istati Membri destinatarji ta’ atti tal-Unjoni. Tali approċċ kieku jikkomprometti l-bilanċ istituzzjonali previst mit-Trattat (ara l-punt 26 iktar ’il fuq), bir-riżultat li, bil-kontra ta’ dak li jsostnu r-rikorrenti, huwa ma jistax jiġi adottat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex imminata mill-fatt li l-leġiżlazzjoni Belġjana dwar l-użu ta’ lingwi fil-qasam amministrattiv tirriżulta, skont ir-rikorrenti, minn serje ta’ kompromessi li saru wara perijodu twil ta’ negozjati eżiġenti, li llum huma parzjalment riflessi fil-kostituzzjoni ta’ dan l-Istat Membru. Fil-fatt, hekk kif ġie espost fil-punt 27 iktar ’il fuq, il-mod kif il-kompetenzi huma strutturati skont ir-regoli kostituzzjonali nazzjonali li jagħtu l-kompetenza ma jistax jiddetermina l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tal-entitajiet infrastatali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jitfakkar li l-motivi mqajma mir-rikorrenti jkopru esklużivament l-allegati illegalitajiet li bihom huma vvizzjati l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament 2018/1724. Barra minn hekk, ir-rikorrenti jiddikjaraw li għandhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> sabiex iressqu kawża għall-annullament tar-Regolament 2018/1724 billi jirreferu esklużivament għall-effetti li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni ser ikollhom fuq il-kompetenzi tagħhom (ara l-punti 30 u 31 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, hekk kif isostnu l-Parlament u l-Kunsill, ir-Regolament 2018/1724 ma jikkonċernax individwalment ir-rikorrenti, bir-riżultat li r-rikors għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 144(3) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-konvenut iressaq eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà jew ta’ nuqqas ta’ kompetenza skont l-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura, id-deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ma għandhiex tittieħed qabel ma din l-eċċezzjoni tiġi miċħuda jew titħalla għad-deċiżjoni fil-mertu. Fil-każ ineżami, peress li r-rikors huwa miċħud bħala inammissibli fl-intier tiegħu, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni, konformement mal-Artikolu 142(2) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfu, hemm lok li huma jiġu kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament u mill-Kunsill, kif mitlub minn dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 144(10) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk l-istanza fil-kawża prinċipali tingħalaq, bħal fil-każ ineżami, qabel ma tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent, min ressaq it-talba għal intervent u l-partijiet prinċipali għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta<?PAGE NO="8"?> mat-talba għal intervent. Peress li t-talba għal intervent ma ġietx innotifikata lill-partijiet prinċipali u li, għaldaqstant, ma kinux f’sitwazzjoni fejn kellhom iġarrbu spejjeż, il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla)</P><P>tordna:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Vlaamse Gemeenschap u Vlaams Gewest għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mat-talba għal invervent.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>Magħmul fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20191210">10 ta’ Diċembru 2019</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Reġistratur</P><P>E. Coulon</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>President</P><P>M. J. Costeira</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>