1992L0042 — MT — 21.03.2008 — 004.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/42/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 (ĠU L 167, 22.6.1992, p.17) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 220 |
1 |
30.8.1993 |
||
|
ID-DIRETTIVA 2004/8/KE TAL-PALAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Frar 2004 |
L 52 |
50 |
21.2.2004 |
|
|
ID-DIRETTIVA 2005/32/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta' Lulju 2005 |
L 191 |
29 |
22.7.2005 |
|
|
DIRETTIVA 2008/28/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Marzu 2008 |
L 81 |
48 |
20.3.2008 |
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/42/KEE
tal-21 ta’ Mejju 1992
dwar il-ħtiġiet ta’ effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b’karburanti likwidi jew gassużi
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunita Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
B’koperazzjoni mal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),
Billi d-Deċiżjoni 91/565/KEE ( 4 ) tipprovdi għall-promozzjoni ta’ effiċjenza ta’ l-enerġija fil-Komunità’ taħt il-programm SAVE;
Billi huwa meħtieġ li jiġu mħeġġa miżuri bil-għan li jiġi stabbilit b’mod progressiv is-suq intern fil-perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern jikkomprendi żona mingħajr fruntieri interni, fejn il-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa assigurat;
Billi r-resoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 1985 dwar it-titjib ta’ programmi għall-konservazzjoni ta’ l-enerġija fl-Istati Membri ( 5 ) tistieden lill-Istati Membri sabiex ikomplu u fejn ikun meħtieġ iżidu l-isforzi tagħhom sabiex jippromwovu użu iktar razzjonali ta’ enerġija permezz ta’ żvilupp ulterjuri tal-politika integrata ta’ konservazzjoni ta’ enerġija;
Billi r-resoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 1986 tirrigwarda għanijiet ġodda tal-politika Komunitarja dwar l-enerġija għall-1995 u l-konverġenza tal-politika ta’ l-Istati Membri ( 6 ), u b’mod partikolari l-għan li tittejjeb l-effiċjenza tad-domanda finali ta’ enerġija mill-inqas bi 20 %;
Billi l-Artikolu 130r tat-Trattat jipprovdi li l-azzjoni Komunitarja li għandha x’taqsam ma’ l-ambjent għandu jkollha l-għan li tiżgura li jkun hemm użu prudenti u razzjonali ta’ risorsi naturali;
Billi huwa xieraq li jittieħed bħala bażi livell għoli ta’ protezzjoni fi proposti għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati mill-liġi, minn regolamenti jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri, u li jirrigwardaw is-saħħa, is-sigurta’, il-ħarsien ta’ l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur;
Billi r-resoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 1989 tiddikjara li ‘l-Komunità’ għandha tqis sew il-bidla klimatika potenzjali konnessa ma’ l-effett tas-serer ( 7 ) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1990 jistqarru li l-emissjonijiet ta’ CO2 fis-sena 2000 għandhom ikunu stabbilizzati matul il-Komunità kollha fuq il-livelli ta’ l-1990;
Billi l-importanza tas-settur domestiku u terzjarju, li jassorbi proporzjon kbir tal-konsum finali ta’ enerġija fil-Komunità, hija konsiderevoli;
Billi dan is-settur ser isir iktar importanti minħabba tendenzi lejn sistemi ta’ iktar sħana ċentrali u żjieda ġenerali fil-kumdità termali;
Billi t-titjib fl-effiċjenza tal-kaldaruni huwa fl-interess tal-konsumatur; billi l-konservazzjoni ta’ l-enerġija għandha twassal għal inqas importazzjonijiet ta’ idrokarburi; billi tnaqqis fid-dipendenza tal-Komunità fir-rigward ta’ l-enerġija għandu jkollu impatt posittiv fuq il-bilanċ tal-kummerċ tagħha;
Billi d-Direttiva tal-Kunsill 78/170/KEE tat-13 ta’ Frar 1978 dwar kif jaħdmu l-ġeneraturi tas-sħana li jsaħħnu l-ispazju u l-produzzjoni ta’ misħun f’bini industrijali ġdid jew eżistenti u dwar l-insulazzjoni tas-sħana u d-distribuzzjonioni domestika tal-misħun f’bini ġdid mhux industrijali ( 8 ), wasslet sabiex ikun hemm livelli ta’ effiċjenza li huma sostanzjalment differenti bejn Stat Membru wieħed u ieħor;
Billi r-rekwiżit ta’ effiċjenza għolja għal kaldaruni tal-misħun għandu jnaqqas il-firxa tal-karatteristiċi tekniċi ta’ l-apparat imqiegħed fis-suq, b’mod li tiġi faċilitata l-produzzjoni ta’ serje u li jkun hemm tifdil proporzjonat billi wieħed juża kwantitajiet ikbar; billi n-nuqqas ta’ miżura li tistipula rekwiżiti ta’ l-enerġija fuq livell li huwa għoli biżżejjed jista’ jrriżulta, mat-tlestija tas-suq intern, fi tnaqqis sinjifikanti fil-livelli ta’ effiċjenza ta’ l-installazzjonijiet li jsaħħnu, u dan minħabba li jinfirxu fuq is-suq kaldaruni ta’ effiċjenza baxxa;
Billi l-kondizzjonijiet klimatiċi lokali u l-karatteristiċi ta’ l-enerġija u ta’ okkupanza tal-bini ivarjaw ħafna fil-Komunità; billi l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw din id-diversità meta jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-użu tal-kaldaruni waqt li jimplimentaw din id-Direttiva; billi dawn iċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw il-fatt li Stati Membri fejn kaldaruni ta’ fuq wara u kaldaruni disinjati biex jiġu installati fiż-żona ta’ l-għixien huma komunament installati fid-data ta’ meta tiġi adottata din id-Direttiva għandhom ikomplu jawtorizzaw, f’limiti speċifiċi, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ dawn il-kaldaruni; billi dawn l-arranġamenti għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza partikolari mill-Kummissjoni;
Billi din id-Direttiva, li hija immirata lejn l-eliminazzjoni ta’ ostakoli tekniċi fir-rigward ta’ l-effiċjenza tal-kaldarun, għandha ssegwi l-metodu l-ġdid stabbilit mir-resoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1985 ( 9 ) li tistipula speċifikament li l-armonizzazzjoni leġislattiva hija limitata għall-adozzjoni, permezz ta’ direttivi ibbażati fuq l-Artikolu 100 tat-Trattat tal-KEE, tal-ħtiġiet essenzjali li magħhom għandhom jikkonformaw il-prodotti mqiegħda fis-suq u li ‘dawn il-ħtiġiet essenzjali għandhom jinkitbu bi kliem preċiż biżżejjed li joħloq obbligazzjonijiet li jorbtu legalment li jistgħu jiġu enforzati u li jippermettu lill-korpi ta’ ċertifikazzjoni li jiċċertifikaw li l-prodotti jikkonformaw, waqt li jingħata kont ta’ dawk il-ħtiġiet fin-nuqqas ta’ standards;
Wara li kkunsidra d-Direttiva 83/189/KEE ( 10 ) li tistipula proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards tekniċi u regolamenti;
Wara li kkunsidra id-Deċiżjoni 90/683/KEE ( 11 ) li tirrigwarda l-moduli għad-diversi fażijiet tal-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni ta’ konformità li huma intenzjonati biex jintużaw fid-direttivi ta’ armonizzazzjoni teknika;
Billi l-kaldaruni li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ effiċjenza għandhom juru l-marka KE u, fejn xieraq, sinjali sabiex ikunu jistgħu jiċċaqalqu liberament u sabiex ikunu jistgħu jintużaw b’mod konformi ma’ l-iskop intenzjonat tagħhom ġewwa l-Komunità;
Wara li kkunsidra d-Direttiva 89/106/KEE ( 12 ) dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattvi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti tal-bini;
Billi l-ħtiġiet ta’ effiċjenza li jinkoraġġixxu l-użu razzjonali ta’ l-enerġija, kif stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 90/396/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’ jaqsmu ma’ apparati li jaħarqu karburanti gassużi ( 13 ) għandhom jiġu stabbiliti għall-kaldaruni tal-gass imsemmija f’din id-Direttiva,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Din id-Direttiva, li taqa’ taħt il-programm SAVE li jirrigwarda l-promozzjoni ta’ effiċjenza fir-rigward ta’ l-enerġija fil-Komunità, tistabbilixxi l-ħtiġiet ta’ effiċjenza applikabbli għal kaldaruni ġodda tal-misħun li jitħaddmu b’karburanti likwidi jew gassużi bi produzzjoni ratata ta’ mhux inqas minn 4 kW u mhux iktar minn 400 kW, minnhawn iżjed ‘l quddiem imsejjħa “kaldaruni’.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
— kaldarun: l-unità kombinata tal-body-burner tal-kaldarun, disinjat biex jitrasmetti fl-ilma s-sħana li tinħoloq mill-ħruq,
— apparat:
—— il-korp tal-kaldarun disinjat b’mod li għandu jintramalu burner,
— il-burner ddisinjat b’mod li jista’ jiġi armat mal-korp tal-kaldarun,
— produzzjoni ratata effettiva (espressa bħala kW): il-produzzjoni massima kalorifika stabbilita u garantita mill-manifattur bħala li tista’ tiġi konsenjata waqt ħidma kontinwa u waqt li tikkonforma ma’ l-effiċjenza utli indikata mill-manifattur,
— effiċjenza utli (espressa bħala %): il-proporzjon bejn l-produzzjoni ta’ sħana trasmessa fl-ilma tal-kaldarun u l-prodott tal-valur nett kalorifiku bi pressjoni kostanti tal-karburanti għal kull unità ta’ ħin,
— tagħbija parzjali (espressa bħala %): il-proporzjon bejn il-produzzjoni effettiva ta’ kaldarun li jaħdem b’mod intermettenti jew bi produzzjoni iktar baxxa mill-produzzjoni effettiva ratata u l-istess produzzjoni effettiva ratata,
— it-temperatura medja ta’ l-ilma tal-kaldarun: il-medja tat-temperaturi ta’ l-ilma fid-dħul u fil-ħruġ tal-kaldarun,
— kaldarun standard: kaldarun li fir-rigward tiegħu t-temperatura medja ta’ l-ilma tista’ tiġi ristretta mid-disinn,
— kaldarun ta’ wara: kaldarun disinjat biex jissupplixxi sistema ċentrali li ssaħħan u biex jiġi installat f’alkova ta’ fuklar bħala parti minn kombinazzjoni ta’ kaldarun ta’ fuq wara/nar bil-gass,
— kaldarun ta’ temperatura baxxa: kaldarun li jista’ jaħdem kontinwament b’temperatura ta’ provvista ta’ l-ilma ta’ 35 sa 40 °C, u li possibilment jipproduċi l-fwar f’ċerti ċirkostanzi, inklużi kaldaruni li jikkondensaw li jużaw karburanti likwidi,
— kaldarun li jikkondensa bil-gass: kaldarun disinjat biex jikkondensa b’mod permanenti il-parti kbira tal-fwar li jkun jinsab fil-gass ta’ kombustjoni,
— kaldarun li għandu jiġi installat fl-ispazju ta’ l-għijxien: kaldarun bi produzzjoni ratata effettiva ta’ inqas minn 37 kW, disinjat biex jipprovdi s-sħana lill-parti ta’ l-ispazju ta’ l-għixien fejn ikun installat permess ta’ l-emissjoni ta’ sħana mill-qoxra ta’ barra li jkollu kompartiment miftuħ ta’ espansjoni, li jissupplixxi l-misħun permezz ta’ ċirkolazzjoni li taħdem bil-gravità; kaldaruni ta’ din ix-xorta għandhom juru fuq il-qoxra ta’ barra tagħhom li għandhom jiġu installati fl-ispazju ta’ l-għixien.
Artikolu 3
1. Dawn li ġejjin għandhom ikunu esklużi minn din id-Direttiva:
— kaldaruni tal-misħun li jistgħu jitħaddmu minn karburanti differenti, inklużi karburanti solidi,
— apparat għat-tħejjija instantanja ta’ misħun,
— kaldaruni maħsuba li jitħaddmu b’karburanti li l-proprjetajiet tagħhom ivarjaw b’mod sostanzjali mill-proprjetajiet tal-karburanti likwidi u gassużi li komunament jinsabu fis-suq (gass minn skart industrijali, biogass, eċċ),
— kukers u apparat disinjati prinċipalment sabiex isaħħnu l-post fejn ikunu installati u li, bħala funzjoni sussidjarja, jissupplixxu misħun għas-sistema tas-sħana ċentrali u misħun sanitarju,
— apparat bi produzzjoni ratata ta’ inqas minn 6 kW li jużaw ċirkolazzjoni li taħdem bil-gravità u li huma disinjati biss għall-produzzjoni ta’ misħun sanitarju maħżun,
— kaldaruni manifatturati f’unit sħiħ,
— unitajiet ta' koġenerazzjoni kif definiti fid-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar il-promozzjoni ta' koġenerazzjoni bbażata fuqid-domanda għal sħana utli fis-suq intern ta' l-enerġija(20).
2. Fil-każ ta’ kaldaruni b’funzjoni doppja, dik li jsaħħnu l-fond u li jipprovdu wkoll misħun sanitarju, il-ħtiġiet ta’ effiċjenza msemmija fl-Artikolu 5(1) jirrigwardaw il-funzjoni ta’ sħana biss.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirristrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq jew id-dħul fis-servizz fi ħdan it-territorji tagħhom ta’ strumenti u kaldaruni li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u li għandhom l-immarkar CE li hemm provdut għalih fl-Artikolu 7 li jaffermaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva li jinkludu proċeduri ta’ stima ta’ konformità stabbiliti fl-Artikolu 7 u 8, għajr jekk mhux stabbilit b’mod ieħor fit-Trattat jew Direttivi oħra jew dispożizzjonijiet tal-Komunità.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li l-kaldaruni ma jintużawx sakemm ma jissodisfawx l-ħtiġiet ta’ effiċenza stipulati fl-Artikolu 5(1) u l-kondizzjonijiet għal użu li l-Istati Membri jistgħu jistipulaw fuq il-bażi ta’ kondizzjonijiet lokali klimatiċi u l-karatteristiċi ta’ enerġija u ta’ okkupanza tal-bini.
3. Iżda, l-Istati Membri fejn kaldaruni ta’ fuq wara u kaldaruni disinjati biex jiġu installati fiż-żona ta’ l-għijxien huma komunament installati fid-data ta’ meta tiġi adottata din id-Direttiva, għandhom ikomplu jawtorizzaw l-użu tagħhom, b’dan illi l-effiċjenza tagħhom kemm fir-rigward tal-produzzjoni ratata u fi 30 % ta’ tagħbija parzjali ma tkunx iktar minn 4 % taħt il-ħtiġiet stipulati fl-Arikolu 5 (1) għall-kaldaruni standard.
4. L-effetti tad-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu sorvelljati l-ħin kollu mill-Kummissjoni u analizzati fir-rapport li għandu jingħata taħt l-Artikolu 10. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jinbħatu lill-Kumissjoni kull informazzjoni li hija trid tibgħat lill-Kunsill għall-emendi proposti, stipulati f’dak l-Artikolu, u disinjati biex jiggarantixxu f’kull każ l-effiċjenza ta’ l-enerġija u l-moviment liberu ta’ kaldaruni fil-Komunità.
5.
(a) Fejn il-kaldaruni huma soġġetti għal Direttivi oħra li jikkonċernaw aspetti oħra u li jipprovdu wkoll għat-twaħħil ta’ l-immarkar CE, dan ta’ l-aħħar għandu jindika li l-kaldaruni in kwistjoni huma preżunti wkoll li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi l-oħra.
(b) Iżda, fejn waħda jew aktar minn dawn id-Direttivi jippermettu lill-manifattur, waqt perjodu ta’ transizzjoni, li jagħżel liema arranġamenti japplika, l-immarkar CE għandu jindika l-konformità mad-Direttivi applikati mill-manifattur biss. F’dan il-każ, id-dettalji tad-Direttivi applikati, kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom jingħataw fid-dokumenti, notifiki jew struzzjonijiet meħtieġa mid-Direttivi u li jakkumpanjaw lill-kaldaruni.
Artikolu 5
1. Il-kaldaruni għandhom iħarsu l-ħtiġiet li ġejjin ta’ effiċjenza utli:
— fi produzzjoni ratata, jiġifieri li joperaw bi produzzjoni ratata Pn espressa bħala kW, b’temperatura medja ta’ l-ilma tal-kaldaruni ta’ 70 °C,
— u
— tagħbija parzjali, jiġifieri li joperaw b’tagħbija parzjali ta’ 30 %, b’temperatura medja ta’ l-ilma tal-kaldarun li tvarja skond it-tip ta’ kaldarun.
Il-ħtiġiet ta’ effiċjenza utli li għandhom jiġu mħarsa jinsabu elenkati fil-lista li ġejja:
|
Tip ta’ kaldarun |
Marġni ta’ produzzjoni ta’ enerġija |
Effiċjenza bi produzjoni ratata |
Effiċjenza b’tagħbija parzjali |
||
|
kW |
Temperatura ta’ l-ilma tal-bojler (bħala °C) |
Effiċjenza meħtieġa espressa (bħala %) |
Temperatura medja ta’ l-ilma tal-kaldarun (bħala °C) |
Ħtieġa ta’ l-effiċjenza espressa (bħala %) |
|
|
Kaldaruni standard |
4 sa 400 |
70 |
≥ 84 + 2 logPn |
≥ 50 |
≥ 80 + 3 logPn |
|
Kaldaruni ta’ temperatura baxxa (1) |
4 sa 400 |
70 |
≥ 87,5 +1,5 logPn |
40 |
≥ 87,5 +1,5 logPn |
|
Kaldaruni li jikkondensaw bil-gass |
4 sa 400 |
70 |
≥ 91 +1 logPn |
30 (2) |
≥ 97 +1 logPn |
|
(1) (*)Inklużi kaldaruni li jikkondensaw li jużaw karburanti likwidi. (2) (**)Temperatura tal-provvista ta’ l-ilma tal-kaldarun. |
|||||
2. L-istandards armonizzati li għandhom x’jaqsmu mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, imħejjija taħt mandat mill-Kummissjoni skond id--Direttiva 83/189/KEE u 88/182/KEE ( 14 ) għandhom jistabbilixxu, fost affarijiet oħrajn, il-metodi ta’ verifikazzjoni validi għall-produzzjoni u għall-kejl. Tolleranzi xierqa għandhom jiġu inkorporati fil-livelli ta’ effiċjenza.
▼M3 —————
Artikolu 7
1. L-Istati Membri għandhom iqisu li kaldaruni li jikkonformaw ma’ l-istandards armonizzati, li n-numri ta’ referenza tagħhom ikun ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u li fir-rigward tagħhom l-Istati Membri jkun ppubblikaw in-numri ta’ referenza ta’ l-istandards nazzjonali li jirrtrasponu dawk l-istandards armonizzati, li jkun f’konformità mal-ħtiġiet essenzjali ta’ effiċjenza stipulati fl-Artikolu 5(1). Dawn il-kaldaruni għandhom juru ►M1 immarkar CE ◄ msemmija fl-Anness 1, taqsima 1, u għandu jiġu akkumpanjati b’dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE.
2. Il-konformità ta’ kaldaruni manifatturati f’serje għandha tiġi ċertifikata minn:
— eżami ta’ l-effiċjenza tat-tip ta’ kaldarun skond il-modulu B kif deskritt fl-Anness III,
— dikjarazzjoni ta’ konformità mat-tip approvat b’mod konformi mal-modulu Ċ, D jew E kif deskritt fl-Anness IV.
Fir-rigward ta’ kaldaruni li jaħarqu karburanti gassużi, il-proċeduri sabiex tiġi evalwata l-konformità tagħhom għandhom ikunu dawk użati biex jevalwaw il-konformità mal-ħtiġiet tas-sigurta’ stipulati fid-Direttiva 90/396/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’ jaqsmu ma’ apparat li jaħraq karburanti gassużi.
3. Meta apparati li jkunu marketed separatament jitqiegħdu fis-suq, dawn għandhom juru ►M1 immarkar CE ◄ u għandhom jiġu akkumpanjati b’dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE, li tiddefinixxi l-parametri li jippermettulhom li jiksbu wara l-irmuntar il-livelli ta’ effiċjenza utli stipulati fl-Artikolu 5(1).
4. L-immarkar ta’ konformità CE mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u mad-dispożizzjonijiet l-oħra li jikkonċernaw l-għoti ta’ l-immarkar CE, u anki l-iskrizzjonijiet speċifikati fl-Anness I, għandhom jitwaħħlu mal-kaldaruni b’mod li jidher, li jinqara faċilment u li ma jitħassarx. It-twaħħil ta’ kull immarkar fuq dawn il-prodotti li jaf iqarraq b’terzi persuni fejn jidħol it-tifsir u l-forma ta’ l-immarkar CE għandu jiġi projbit. Tista’ titwaħħal kull marka oħra mal-kaldaruni u strumenti sakemm il-visibilità u l-leġibilità ta’ l-immarkar CE ma jkunux b’hekk imnaqqsa.
5.
(a) Fejn Stat Membru jew korp notifikat jistabbilixxi li l-immarkar CE ġie mwaħħal bla raġuni, il-manifattur jew l-aġent tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jkun obbligat li jagħmel il-kaldarun konformi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-immarkar CE u li jwaqqaf il-ksur tar-regolament taħt il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru;
(b) fejn in-nuqqas ta’ konformità jissokta, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jirristrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-prodott in kwistjoni jew li jiżgura li jitneħħa mis-suq, u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.
Artikolu 8
1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi li huma nnominaw sabiex iwettqu l-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7 flimkien ma’ xogħlijiet speċifiċi li dawn il-korpi ġew nominati sabiex iwettqu u n-numri ta’ identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista tal-korpi notifikati flimkien man-numri ta’ identifikazzjoni tagħhom u x-xogħlijiet li għalihom ġew notifikati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata.
2. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-kriterji minimi stipulati fl-Anness V għall-ħatra ta’ dawn il-korpi. Il-korpi li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-istandards armonizzati korrispondenti għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-kriterji stipulati f’dak l-Anness.
3. Stat Membru li jkun innotifika korp partikolari għandu jirtira dik in-notifikazzjoni jekk isib li l-korp konċernat ma jissodisfax il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2. Huwa għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill- Kummissjoni u għandu jirtira n-notifika.
Artikolu 9
1. Sa l-ta’ Jannar 1993, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jgħarrfu bihom minnufih lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 1994.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b’referenza ta’ dan it-tip malli jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.
2. Sal-31 ta’ Diċembru 1997, l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ apparat li jikkonforma mar-regoli nazzjonali u l-iskemi fis-seħħ fit-territorji tagħhom fid-data ta’ meta tiġi adottata din id-Direttiva.
Artikolu 10
Tlett snin wara l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati miksuba. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti għal kull bidliet li għandhom isiru f’din id-Direttiva fid-dawl ta’ dawk ir-riżultati u ta’ l-avvanzi fit-teknoloġija.
Artikolu 10a
Din id-Direttiva tistabbilixxi miżura ta' implimentazzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija ( 15 ), f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-effiċenza fl-enerġija waqt l-użu, skond dik id-Direttiva, u tista' tiġi emendata jew imħassra ►M4 skond l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2005/32/KE ◄ .
Artikolu 11
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
IMMARKAR TA’ KONFORMITÀ CE U MMARKAR ADDIZZJONALI SPEĊIFIKU
1. Immarkar ta’ konformità CE
L-immarkar ta’ konformità CE għandu jkun magħmul mill-inizjali “CE” li jieħdu l-forma segwenti:
— Jekk il-marka CE tiġi mċekkna jew imkabbra, il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn gradwat ta’ hawn fuq għandhom jiġu rispettati.
— Il-komponenti varji ta’ l-immarkar CE għandu jkollhom sostanzjalment l-istess dimensjoni vertikali li ma tistax tkun anqas minn 5 mm.
▼M3 —————
ANNESS III
Modulu B: Eżami tat-tip KE
|
1. |
Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura li permezz tagħha l-korp notifikat jista’ jivverifika u jiċċertifika li kampjun, li huwa rappresentattiv tal-produzzjoni maħsuba, jissodisfa d-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva. |
|
2. |
L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip KE tintbagħat mill-manifattur jew mir-rappreżentant tiegħu stabbilit fil-Komunità lill-korp notifikat ta’ l-għażla tiegħu. L-applikazzjoni għandha tinkludi: — l-isem u l-indirizz tal-manifattur, jekk l-applikazzjoni tintbagħat mir-rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz b’żieda ma’, — dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazjoni ma tkunx intbagħtet lil xi korp notifikat ieħor, — id-dokumenti tekniċi, kif deskritti fis-taqsima 3. L-applikant għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-korp notifikat eżempju kampjun rappresentattiv tal-produzzjoni maħsuba, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ “tip”. Il-korp notifikat jista’ jitlob aktar kampjuni jekk dawn ikunu meħtieġa għat-twettiq tat-test tal-programm. |
|
3. |
Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li ssir evalwazzjoni tal-konformità ta’ l-apparat mal-ħtiġiet tad-Direttiva. Dawn għandhom, sal-limitu li huwa relevanti għal din l-evalwazzjoni, ikopru d-disinn, il-manifattura u t-tħaddim ta’ l-apparat, u għandu ikun fihom, sal-limitu li jkun relevanti għall-evalwazzjoni: — deskrizzjoni ġenerali tat-tip, — tpinġijiet konċettwali tad-disinn u tal-manifattura u diagrammi tal-komponenti, sub- immuntar, ċirkwiti, eċċ., — id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa sabiex wieħed jifhem it-tpinġijiet u d-diagrammi u kif jaħdem il-prodott, — lista ta’ l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5(2), applikati bi sħiħ jew f’parti, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet addottati sabiex jiġu mħarsa l-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5 ma jkunux ġew applikati, — ir-riżultati ta’ kalkoli magħmula fuq id-disinn, l-eżamijiet imwettqa, eċċ., — rapporti tat-testijiet. |
|
4. |
Il-korp notifikat għandu:
|
|
5. |
Meta t-tip jissodisfa d-dispożizzjonijiet relevanti ta’ din id-Direttiva, l-korp notifikat joħroġ ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat juri l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjoni ta’ l-eżami u l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Lista tal-partijiet relevanti tad-dokumenti tekniċi hija annessa maċ-ċertifikat u għandha tinżamm kopja mill-korp notifikat. Jekk il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jkun stabbilit fil-Komunità jiġi miċħud ċertifikat tat-tip, il-korp notifikat għandu jagħti r-raġunijiet dettaljati għal din iċ-ċaħda. Għandu jsiru provvedimenti dwar proċedura ta’ appell. |
|
6. |
L-applikant jinforma lill-korp notifikat li jżomm id-dokumenti tekniċi li jirrigwardaw iċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip tal-KE, dwar il-modifikazzjonijiet kollha għall-applikazzjoni approvata li trid tirċievi approvazzjoni addizzjonali kull meta dawn il-bidliet jistgħu jaffettwaw il-konformità mal-ħtiġiet essenzjali jew mal-kondizzjonijiet preskritti għall-użu tal-prodott. Din l-approvazjoni addizzjonali hija mogħtija fil-forma ta’ żieda maċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-eżami tat-tip tal-KE. |
|
7. |
Kull korp notifikat għandu jikkomunika lill-korpi notifikati l-oħrajn l-informazzjoni relevanti li tirrigwarda ċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE u ż-żidiet maħruġa u rtirati. |
|
8. |
Il-korpi notifikati l-oħrajn jistgħu jirċievu kopji taċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip tal-KE u/jew taż-żiediet tagħhom. L-Annessi li jinsabu maċ-ċertifikati għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-korpi notifikati l-oħrajn. |
|
9. |
Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu iżomm mad-dokumenti tekniċi kopji taċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE u ż-żidiet tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data ta’ manifattura tal-prodott konċernat. Jekk la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkun stabbilit fil-Komunità, l-obbligazzjoni li jinżammu disponibbli d-dokumenti tekniċi hija r-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq tal-Komunità. |
ANNESS IV
Modulu Ċ: Konformità mat-tip
|
1. |
Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura li permess tagħha l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jiżgura u jiddikjara li l-apparati konċernati jikkonformaw mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE, u jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Diretiva li japplikaw għalihom. ►M1 Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull strument u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. ◄ |
|
2. |
Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassigura li l-proċess ta’ manifattura jassigura li l-apparati manifatturati jikkonformaw mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE u mal-ħtiġiet ta’ effiċjenza tad-Direttiva. |
|
3. |
Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu iżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data ta’ manifattura tal-prodott konċernat. Jekk la l-manifatturjew lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkun stabbiliti fil-Komunità, l-obbligazzjoni li jinżammu disponibbli d-dokumenti tekniċi hija r-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq tal-Komunità. |
|
4. |
Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jwettaq jew għandu jkun wettaq l-eżamijiet tal-prodott f’intervalli kif jiġi jiġi. Kampjun addattat tal-prodotti finali, meħuda fuq il-post mill-korp notifikat, għandu jiġi eżaminat u testijiet xierqa, kif definiti skond l-istandard jew standards applikabbli msemmija fl-Artikolu 5(2) jew testijiet ekwivalenti għandhom isiru sabiex tiġi kontrollata l-konformità tal-prodott mal-ħtiġiet tad-Direttiva relattiva. F’kas li kampjun wieħed jew iżjed minn dawk eżaminati ma jikkonformax, il-korp notifikat għandu jieħu l-miżuri xierqa. |
Modulu D: Assigurazzjoni tal-kwalità tal-produzzjoni
|
1. |
Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permess tagħha l-manifattur li jissodisfa l-obbligazzjonijiet tat-taqsima 2 jassigura u jiddikjara li l-apparati konċernati jikkonformaw mat-tip, skond kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżamii tat-tip KE, u li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. ►M1 Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull strument u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. L-immarkar CE huwa akkumpanjat min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-investigazzjonijiet li hemm referenza għalihom fit-Taqsima 4. ◄ |
|
2. |
Il-manifattur għandu jħaddem sistema ta’ kwalità approvata ta’ produzzjoni, spezzjoni u testijiet finali ta’ l-apparat kif speċifikat fit-taqsima 3. Huwa soġġett għall-verifiki msemmija fit-taqsima 4. |
|
3. |
Sistema ta’ kwalità
|
|
4. |
Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat.
|
|
5. |
Il-manifattur għandu, għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data ta’ manifattura tal-prodott, iżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali: — id-dokument imsemmi fit-tieni inċiż ta’ 3.1, — l-aġġornar imsemmi fit-tieni paragrafu ta’ 3.4, — id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li huma msemmija fil-paragrafu finali ta’ 3.4, u fi 4.3 u 4.4. |
|
6. |
Kull korp notifikat għandu jagħti lill-korpi notifikati l-oħrajn l-informazzjoni relevanti li tirrigwarda l-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa u rtirati. |
Modulu E: Assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodotti
|
1. |
Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permess tagħha l-manifattur li jissodisfa l-obbligazzjonijiet tat-taqsima 2 jassigura u jiddikjara li l-kaldaruni u l-apparati konċernati jikkonformaw mat-tip, skond kif huwa deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE. ►M1 Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull kaldarun u strument u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. L-immarkar CE għandu jiġi akkumpanjat min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-inivestigazzjonijiet li hemm referenza għalihom fit-Taqsima 4. ◄ |
|
2. |
Il-manifattur għandu iħaddem sistema ta’ kwalità approvata għall-ispezzjoni u l-ittestjar finali tal-kaldarun u ta’ l-apparati kif speċifikat fit-taqsima 3. Huwa għandu jkun soġġett għall-verifiki msemmija fit-taqsima 4. |
|
3. |
Sistema tal-kwalità
|
|
4. |
Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat.
|
|
5. |
Il-manifattur għandu, għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data tal-manifattura tal-kaldarun jew apparat, iżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali: — id-dokumenti msemmija fit-tieni inċiż ta’ 3.1, — il-bidliet imsemmija fit-tieni paragrafu ta’ 3.4, — id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li huma msemmija fil-paragrafu finali ta’ 3.4, u fl- 4.3 u 4.4. |
|
6. |
Kull korp notifikat għandu jibgħat lill-korpi notifikati l-oħrajn l-informazzjoni relevanti li tirrigwarda l-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa u rtirati. |
ANNESS V
Il-kriterji minimi li għandu jingħata kont tagħhom mill-Istati Membri għan-notifikazzjoni tal-korpi.
|
1. |
Il-korp, id-direttur tiegħu u l-impjegati responsabbli biex iwettqu t-testijiet ta’ verifikazzjoni ma jistgħux ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur jew il-persuna responsabbli għall-installazzjoni ta’ l-apparati li jispezzjonaw, u l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Ma jistgħux jinvolvu ruħhom direttament jew bħala rappreżentanti awtorizzati fid-disinn, fil-kostruzzjoni, fit-tqegħid fis-suq jew fil-manutenzjoni ta’ dawn il-kaldaruni jew apparati. Dan ma jipprekludix il-possibiltà li jsir bdil ta’ informazzjoni teknika bejn il-manifattur u l-korp. |
|
2. |
Il-korp u l-impjegati tiegħu għandhom iwettqu t-testijiet ta’ verifikazzjoni bl-ogħla grad ta’ integrità professjonali u kompetenza teknika u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni jew suġġerimenti, b’mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom tar-riżultati ta’ l-ispezzjoni, speċjalment minn persuni jew minn gruppi ta’ persuni li għandhom interess fir-riżultat tal-verifikazzjonijiet. |
|
3. |
L-organu għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-impjegati meħtieġa u għandu jipposjedi l-faċilitajiet meħtieġa sabiex ikun jista’ jwettaq sew id-dmirijiet amministrattivi u tekniċi marbuta mal-verifikazzjoni; għandu jkollu aċċess ukoll għall-apparat meħtieġ għall-verifikazzjoni speċjali. |
|
4. |
L-impjegati responsabbli għal spezzjoni għandu jkollhom: — taħriġ tekniku u professjonali sod, — għarfien sodisfaċenti tal-ħtiġiet tat-testijiet li jwettqu u l-esperjenza adegwata ta’ dawk it-testijiet, — il-kapaċità li jħejju ċ-ċertifikati, ir-rekords u r-rapporti meħtieġa sabiex jawtentikati it-twettieq ta’ dawk it-testijiet. |
|
5. |
L-imparzjalità ta’ l-impjegati ta’ spezzjoni għandha tiġi garantita. Il-ħlas tagħhom m’ għandux jiddependi fuq in-numru ta’ testijiet imwettqa jew fuq ir-riżultati ta’ dawk it-testijiet. |
|
6. |
Il-korp għandu jagħmel assigurazzjoni dwar ir-responsabbiltà, ħlief jekk ir-responsabbiltà tiegħu taqa’ fuq l-Istat skond il-liġi nazzjonali, jew jekk l-Istat Membru nnifsu jkun direttament responsabbli għat-testijiet. |
|
7. |
L-impjegati tal-korp għandhom ikunu marbuta li josservaw s-segretezza professjonali (ħlief fir-rigward ta’ l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ l-Istat li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu) taħt din id Direttiva jew kull dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali li tagħtiha effett. |
( 1 ) ĠU Ċ 292, 22.11.1990, p. 8.
( 2 ) ĠU Ċ 129, 20.5.1991, p. 97 u ĠU Ċ 94, 13.4.1992.
( 3 ) ĠU Ċ 102, 18.4.1991, p. 46.
( 4 ) ĠU L 307, 8.11.1991, p. 34.
( 5 ) ĠU Ċ 20, 22.1.1985, p. 1.
( 6 ) ĠU Ċ 241, 25.9.1986, p. 1.
( 7 ) ĠU Ċ 183, 20.7.1989, p. 4.
( 8 ) ĠU L 52, 23.2.1978, p. 32. Direttiva emendata mid-Direttiva 82/885/KEE (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 19).
( 9 ) ĠU Ċ 136, 4.6.1985, p. 1.
( 10 ) ĠU L 109, 26.4.1983, p. 8; Direttiva l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 90/230/KEE (ĠU L 128, 18.5.1990, p. 15).
( 11 ) ĠU L 380, 31.12.1990, p. 13.
( 12 ) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.
( 13 ) ĠU L 196, 26.7.1990, p. 15.
( 14 ) ĠU L 81, 26.3.1988, p. 75.
( 15 ) ĠU L 191, tat-22.7.2005, p. 29.