27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 130/2019

tat-8 ta’ Mejju 2019

li temenda l-Anness XIX (Il-Protezzjoni tal-Konsumatur) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2027]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istandards tekniċi regolatorji marbutin mal-ammont monetarju minimu tal-assikurazzjoni ta' indennizz professjonali jew ma' garanzija komparabbli li għandu jkollhom l-intermedjarji tal-kreditu (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 7h (id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“7ha.

32014 R 1125: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istandards tekniċi regolatorji marbutin mal-ammont monetarju minimu tal-assikurazzjoni ta' indennizz professjonali jew ma' garanzija komparabbli li għandu jkollhom l-intermedjarji tal-kreditu (ĠU L 305, 24.10.2014, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2014 bl-Iżlandiż u n-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2019, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2019 tat-8 ta’ Mejju 2019 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 305, 24.10.2014, p. 1.

(*)  Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)   ĠU L 321, 12.12.2019, p. 176