|
18.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/4 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Ottubru 2016
dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid
(Bürgstadter Berg (DOP))
(2016/C 384/04)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ġermanja applikat għall-protezzjoni tal-isem “Bürgstadter Berg” skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar il-protezzjoni ta’ deżinjazzjonijiet tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid. Skont l-Artikolu 97(2) ta’ dak ir-Regolament, l-applikazzjoni tad-Danimarka ġiet eżaminata mill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli minn 93 sa 96, l-Artikolu 97(1) u l-Artikoli minn 100 sa 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġew issodisfati. |
|
(3) |
Sabiex ikunu jistgħu jitressqu d-dikjarazzjonijiet tal-oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandu jippubblika d-dokument uniku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li saret waqt il-proċedura preliminari nazzjonali għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Bürgstadter Berg”, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Id-dokument uniku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-isem “Bürgstadter Berg” (DOP) huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti l-eċċezzjoni tal-oġġezzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
ANNESS
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet li se jiġi/jiġu reġistrat(i)
Bürgstadter Berg
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ oriġini protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Bürgstadter Berg (inbid), abjad, rosé
Proprjetajiet organolettiċi:
F’Bürgstadter Berg jiġi prodott inbid abjad, inbid aħmar, blanc de noirs u inbid rosé (rosé, weissherbst).
Il-karatteristiċi tipiċi ta’ prodotti bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Bürgstadter Berg” huma:
|
— |
togħma qawwija u intensa u fl-istess ħin eleganti; |
|
— |
eleganza u finezza tal-istruttura tal-aċidu, minħabba n-nuqqas ta’ koeżjoni tal-ħamrija u l-valur ta’ pH aktar baxx minn dak tas-soltu fil-ħamrija Frankonjana; |
|
— |
mineralità li tiġi mill-ġebel ramli ftit varjegat — ħamrija residwa; Minħabba l-kundizzjonijiet ġeoloġiċi l-inbejjed qatt ma jkunu lussużi u rikki, li hija preċiżament ir-raġuni għala jkollhom karatteristiċi minerali; |
|
— |
togħma ta’ frott u fina speċifika għall-varjetà ta’ nbid fil-parti l-kbira tal-inbejjed dry. |
Għall-inbejjed ħelwin li huma tradizzjonali iżda rarament jiġu prodotti (Auslese, Beerenauslese, Trockenbeerenauslese u Eiswein) japplikaw il-valuri dominanti tad-DOP Franken.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’volum %) |
15 |
|
Qawwa alkoħolika attwali minima (f’volum %) |
7 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espress bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru) |
200 |
Bürgstadter Berg (inbid), aħmar
Proprjetajiet organolettiċi:
F’Bürgstadter Berg jiġi prodott inbid abjad, inbid aħmar, blanc de noirs u inbid rosé (rosé, weissherbst).
Il-karatteristiċi tipiċi ta’ prodotti bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Bürgstadter Berg” huma:
|
— |
togħma qawwija u intensa u fl-istess ħin eleganti; |
|
— |
eleganza u finezza tal-istruttura tal-aċidu, minħabba n-nuqqas ta’ koeżjoni tal-ħamrija u l-valur ta’ pH aktar baxx minn dak tas-soltu fil-ħamrija Frankonjana; |
|
— |
mineralità li tiġi mill-ġebel ramli ftit varjegat — ħamrija residwa; Minħabba l-kundizzjonijiet ġeoloġiċi l-inbejjed qatt ma jkunu lussużi u rikki, li hija preċiżament ir-raġuni għala jkollhom karatteristiċi minerali; |
|
— |
togħma ta’ frott u fina speċifika għall-varjetà ta’ nbid fil-parti l-kbira tal-inbejjed dry. |
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’volum %) |
15 |
|
Qawwa alkoħolika attwali minima (f’volum %) |
7 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espress bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
|
Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru) |
150 |
Bürgstadter Berg (inbid spumanti ta’ kwalità)
Kontenut ta’ diossidu tal-karbonju:
Il-kontenut tad-dijossidu tal-karbonju tal-inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti jridu juru ħafna pressjoni, minħabba d-dijossidu tal-karbonju f’soluzzjoni, ta’ mhux anqas minn 3,5 bar meta jinżamm f’temperatura ta’ 20 °C f’kontenituri magħluqa.
Proprjetajiet organolettiċi:
F’Bürgstadter Berg jiġi prodott inbid abjad, inbid aħmar, blanc de noirs u inbid rosé (rosé, weissherbst). Id-dwieli bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Bürgstadter Berg” jista’ jintuża għall-produzzjoni tal-inbid spumanti ta’ kwalità.
Il-karatteristiċi tipiċi ta’ prodotti bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Bürgstadter Berg” huma:
|
— |
togħma qawwija u intensa u fl-istess ħin eleganti; |
|
— |
eleganza u finezza tal-istruttura tal-aċidu, minħabba n-nuqqas ta’ koeżjoni tal-ħamrija u l-valur ta’ pH aktar baxx minn dak tas-soltu fil-ħamrija Frankonjana; |
|
— |
mineralità li tiġi mill-ġebel ramli ftit varjegat — ħamrija residwa; |
|
— |
togħma ta’ frott u fina speċifika għall-varjetà ta’ nbid fil-parti l-kbira tal-inbejjed spumanti Brut (dry). |
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’volum %) |
14 |
|
Qawwa alkoħolika attwali minima (f’volum %) |
9 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espress bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru) |
185 |
5. Metodi tal-produzzjoni tal-inbid
a. Metodi enoloġiċi essenzjali
Bürgstadter Berg (inbid), inbejjed ta’ kwalità
Metodi enoloġiċi speċifiċi
Il-qawwa alkoħolika minima naturali/il-kontenut minimu ta’ most (espress bħala % vol. ta’ alkoħol/gradi Oechsle)
Inbejjed ta’ kwalità
|
|
Alkoħol % vol. |
°Oechsle |
|
Għal kull varjetà ta’ dielja |
8,0 |
63 |
|
Għall-inbid Bocksbeutel |
9,4 |
72 |
Arrikkiment: l-inbejjed ta’ kwalità jistgħu jiġu arrikiti b’sa 14 % vol. ta’ alkoħol totali. Ġeneralment, l-inbid ma jistax jiġi arrikkit b’most tal-għeneb ikkonċentrat jew b’konċentrazzjoni permezz tat-tkessiħ.
Barra minn hekk, il-prattiċi enoloġiċi awtorizzati stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fir-Regolament (KE) Nru 606/2009 u fil-leġiżlazzjoni nazzjonali japplikaw għall-produzzjoni tal-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Bürgstadter Berg”.
Bürgstadter Berg (inbid), inbid b’attributi speċjali
Metodi enoloġiċi speċifiċi
Il-qawwa alkoħolika minima naturali/il-kontenut minimu ta’ most (espress bħala % vol. ta’ alkoħol/gradi Oechsle)
Inbid b’attributi speċjali
|
|
Alkoħol % vol. |
°Oechsle |
||
|
|
|
||
|
Riesling, Silvaner, |
10,3 |
78 |
||
|
Varjetajiet oħra ta’ inbid abjad, Weissherbst, rosé |
10,6 |
80 |
||
|
Inbid aħmar |
11,4 |
85 |
||
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
Riesling, Silvaner, |
11,7 |
87 |
||
|
|
|
|
||
|
Il-varjetajiet l-oħra kollha ta’ nbid abjad, inbid aħmar u rosé |
12,2 |
90 |
||
|
|
|
||
|
Kull varjetà ta’ dielja |
13,8 |
100 |
||
|
|
|
||
|
Kull varjetà ta’ dielja |
17,7 |
125 |
||
|
|
|
||
|
Kull varjetà ta’ dielja |
21,5 |
150 |
||
|
|
|
||
|
Kull varjetà ta’ dielja |
17,7 |
125 |
L-inbid b’attributi speċjali ma jistax jiġi arrikit.
Barra minn hekk, il-prattiċi enoloġiċi awtorizzati stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fir-Regolament (KE) Nru 606/2009 u fil-leġiżlazzjoni nazzjonali japplikaw għall-produzzjoni tal-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Bürgstadter Berg”.
Bürgstadter Berg (inbid spumanti ta’ kwalità) Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti)
Metodi enoloġiċi speċifiċi
Il-qawwa alkoħolika minima naturali/il-kontenut minimu ta’ most (espress bħala % vol. ta’ alkoħol/gradi Oechsle)
|
|
Alkoħol % vol. |
°Oechsle |
|
Sekt b.A. |
|
|
|
Kull varjetà ta’ dielja |
8,0 |
63 |
b. Produzzjoni massima
Bürgstadter Berg (inbid, Sekt b.A.)
80 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona demarkata
Id-denominazzjoni tal-oriġini protetta tinkludi art li hija awtorizzata biex tkun bid-dwieli jew temporanjament mingħajr dwieli, u art oħra mingħajr dwieli fiż-żona definita Bürgstadt, li tinsab bejn it-tarf t’isfel tal-inklinazzjoni u l-perimetru tal-foresta fuq il-Bürgstadter Berg, fuq ix-xatt tax-xellug tax-Xmara Main.
Iż-żona, inklużi l-mogħdijiet għall-mixi, tkopri 113,808 ettari.
7. Id-dwieli ewlenin tal-inbid
|
|
Blauer Zweigelt |
|
|
Blauer Frühburgunder |
|
|
Weißer Burgunder |
|
|
Grüner Silvaner |
|
|
Blauer Spätburgunder |
|
|
Müller Thurgau |
|
|
Weißer Riesling |
|
|
Chardonnay |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Bürgstadter Berg (inbid, Sekt b.A.)
Il-karatteristiċi distintivi tal-inbid u tas-Sekt b.A. huma marbuta maż-żona tal-Bürgstadter Berg.
Il-Bürgstadter Berg hija ż-żona fejn jitkabbru d-dwieli fil-Lbiċ taż-żona tal-produzzjoni Frankonjana. Din hija żona inklinata li tħares lejn in-Nofsinhar u ffurmata b’mod konsistenti minn ħamrija residwa b’ġebel ramli varjegat. Dan kollu jagħti l-karattru eleganti lil dawn l-inbejjed u jagħmilhom speċifiċi ħafna u, flimkien mal-valur baxx ta’ pH, jikkostitwixxu karatteristika speċjali fid-DOP tal-inbid Frankonjan (fejn il-ħamrija fil-parti l-kbira hija koerenti). Is-sitwazzjoni tal-inklinazzjoni f’baċir u l-pożizzjoni tagħha bejn l-għoljiet ta’ Spessart u Odenwald joħolqu mikroklima li hija kkaratterizzata minn medji annwali tat-temperatura kif ukoll tal-preċipitazzjoni (650 mm) kemxejn ogħla minn dawk tad-DOP Frankonjana. Il-kombinament ta’ dawn il-fatturi jifforma nbid li huwa distintiv fost l-inbejjed tad-DOP Frankonjana f’termini ta’ eleganza u struttura. Dawn il-fatturi abijotiċi kollha jorqmu l-profil tat-togħma tal-inbejjed ta’ Bürgstadter Berg u jiddistingwuhom mill-inbejjed tad-DOP Frankonjana. L-inbejjed ta’ Bürgstadter Berg qatt ma jkunu lussużi u rikki. Il-finezza delikata fl-istruttura aċiduża tagħhom, li hija aktar definita milli fl-inbejjed Frankonjani miż-żona prinċipali tal-produzzjoni, hija tipika għall-parti l-kbira tal-inbejjed tad-DOP Bürgstadter Berg, minħabba n-nuqqas ta’ koeżjoni tal-ħamrija u l-valur ta’ pH aktar baxx minn dak tas-soltu fil-ħamrija Frankonjana. L-aroma sabiħa ta’ frott, pereżempju l-aroma sottili ta’ ħawħ fir-Rieslings u l-ħjiel ħafif ta’ lewż fis-Spätburgunder, hija attribwibbli bl-istess mod għall-kundizzjonijiet ġeoloġiċi u klimatiċi speċjali. Il-kompożizzjoni kimika tal-ħamrija u l-ilma tal-ħamrija jagħtu n-nutrijenti/minerali lill-għeruq tad-dwieli. Il-most tal-Bürgstadter Berg għandu kontenut għoli ta’ aċidu u għalhekk għandu valuri baxxi ta’ pH. Dan ġej mill-ammonti baxxi ta’ ġir fil-ħamrija. Billi l-valur ta’ pH jirrappreżenta l-“impressjoni tal-aċidu” tal-inbid, l-inbejjed tal-Bürgstadter Berg għandhom togħma aktar ibbażata fuq l-aċidu, reduttiva, lineari u fina meta mqabbla ma’ nbejjed simili minn ħamrija bil-ġir. L-aċidità u valuri tal-pH fl-inbejjed ta’ Bürgstadter Berg jinfluwenzaw l-istabbiltà mikrobjali u l-livell ta’ kemm jistgħu jiżviluppaw l-esteri, li għandhom effett fuq l-aroma, u l-antoċjanini, li fl-inbejjed ħomor għandhom effett li jagħti l-kulur. Għaldaqstant, l-aroma sabiħa ta’ frott, pereżempju l-aroma sottili ta’ ħawħ fir-Rieslings u l-ħjiel ħafif ta’ lewż fis-Spätburgunder, hija attribwibbli bl-istess mod għall-kundizzjonijiet ġeoloġiċi u klimatiċi speċjali msemmija iktar ‘il fuq.
L-inbejjed spumanti huma kkaratterizzati bl-istess mod minn karatteristiċi partikolari taż-żona żgħira minn fejn joriġinaw.
9. Kundizzjonijiet essenzjali oħra
Bürgstadter Berg (inbid, Sekt b.A.)
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Biex jintużaw id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta u t-terminu tradizzjonali fuq it-tikketta, l-inbid l-ewwel irid jgħaddi minn spezzjoni uffiċjali. Huwa biss wara li jkun ġie kkonfermat permezz ta’ din l-ispezzjoni uffiċjali li dak l-inbid jissodisfa ċerti rekwiżiti speċifiċi, li l-inbid jinħariġlu numru tal-ispezzjoni mulidiġitali uffiċjali (in-Nru A.P.). L-inbid ta’ kwalità u s-Sekt b.A. bl-isem protett “Bürgstadter Berg” irid jiġi prodott fil-Frankonja. Il-Burgunderflasche (il-flixkun tal-burgundy), is-Schlegelflasche (il-flixkun tawwali u rqiq) u l-Bocksbeutel (il-flixkun b’żaqqu boċċa u ċatta) huma l-fliexken tradizzjonali għall-inbid “Bürgstadter Berg”.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
http://www.ble.de/DE/04_Programme/09_EU-Qualitaetskennzeichen/02_EUBezeichnungenWein/Antraege.html