12.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1466

tal-11 ta' Awwissu 2017

li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tat-tariffi Komunitarji għall-inbejjed li joriġinaw mill-Kosovo (*1)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda u l-Kosovo (*1), min-naħa l-oħra (2), (“l-FSA”) ġie ffirmat fis-27 ta' Ottubru 2015 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2016.

(2)

Il-Protokoll II tal-FSA jistipula l-arranġamenti applikabbli għall-inbejjed u x-xarbiet alkoħoliċi msemmija fih u fl-Anness I tiegħu jipprevedi Ftehim dwar il-konċessjonijiet kummerċjali preferenzjali reċiproku għal ċerti nbejjed li joriġinaw mill-Kosovo. Dak il-ftehim japplika mill-1 ta' April 2016.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 (3) jipprevedi kwoti tariffarji tal-importazzjoni annwali għal ċerti prodotti li joriġinaw mit-territorju doganali tal-Kosovo. Wara d-dħul fis-seħħ tal-FSA, dawn il-miżuri awtonomi tal-kummerċ jiġu aġġustati mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1464 (4). B'mod partikolari, il-kwoti tariffarji speċifiċi għall-inbid ma għadhomx applikabbli skont ir-reġim awtonomu previst mir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 peress li dawn il-konċessjonijiet ġew inklużi fir-reġim tal-FSA.

(4)

Skont l-Anness I tal-Protokoll II tal-FSA, l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-inbejjed li joriġinaw mill-Kosovo huma soġġetti għal kwoti li jibbenefikaw minn eżenzjoni totali mid-dazji tal-importazzjoni. Dawn il-kwoti jikkonsistu f'40 000 hl għall-inbid ta' għeneb frisk klassifikat fil-kodiċi tan-NM ex 2204 21 u ex 2204 29, u 10 000 hl għall-inbid effervexxenti ta' kwalità u għall-inbid ta' għeneb frisk klassifikati fil-kodiċi tan-NM ex 2204 10 u ex 2204 21. Dan il-protokoll japplika mill-1 ta' April 2016, u għaldaqstant il-kwoti tariffarji l-ġodda għall-2016 huma kkalkulati bħala prorata tal-volumi bażiċi annwali speċifikati fil-Protokoll.

(5)

Sabiex jiġu implimenti l-kwoti tariffarji tal-Unjoni previsti fl-Anness I tal-Protokoll II tal-FSA, huwa meħtieġ li jinfetħu l-kwoti tariffarji għall-2016 u għas-snin li ġejjin abbażi tal-kwantitajiet mogħtija fl-FSA, u jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni tagħhom. Il-volum tal-kwota tariffarja għandu jitnaqqas permezz tal-kwantità importata fl-2016 u 2017, skont il-kwota tariffarja 09.1560, sabiex jitqiesu l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-inbejjed Kosovari skont il-miżuri kummerċjali awtonomi stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1215/2009.

(6)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 (5) stabilixxa r-regoli ta' ġestjoni għall-kwoti tariffarji mfassla biex jintużaw skont l-ordni kronoloġika tad-dati ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali.

(7)

Peress li l-Protokoll II tal-FSA japplika mill-1 ta' April 2016, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet ta' inbid li jistgħu jiġu importati fl-Unjoni mill-Kosovo bl-eżenzjoni totali mid-dazju tal-importazzjoni għall-2016 u mill-2017, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Id-dazju b'rata żero għandu jiġi applikat soġġett għal dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

l-inbejjed importati għandhom jiġu akkumpanjati minn prova tal-oriġini kif previst fil-Protokoll II tal-FSA;

(b)

l-inbejjed importati ma jibbenefikawx minn sussidji ta' esportazzjoni.

Artikolu 3

Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' April 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-11 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(*1)  Dan l-isem hu mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 71, 16.3.2016, p. 3.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1464 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 fir-rigward tal-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija lill-Kosovo * wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


ANNESS

Kwoti tariffarji għall-2016 għall-inbejjed li joriġinaw mill-Kosovo importati fl-Unjoni

Nru tal-ordni

Kodiċi tan-NM (1)

Estensjoni TARIC

Deskrizzjoni

Volum tal-kwota annwali (f'hl) (2)

Dazju tal-kwota tariffarja

09.1572

2204 10 93

 

Inbid effervexxenti ta' kwalità; inbid ta' għeneb frisk, f'kontenituri li jesgħu żewġ litri jew anqas

7 500

Eżenzjoni

2204 10 94

 

2204 10 96

 

2204 10 98

 

2204 21 06

 

2204 21 07

 

2204 21 08

 

2204 21 09

 

ex 2204 21 93

19 , 29 , 31 , 41 u 51

ex 2204 21 94

19 , 29 , 31 , 41 u 51

2204 21 95

 

ex 2204 21 96

11 , 21 , 31 , 41 u 51

2204 21 97

 

ex 2204 21 98

11 , 21 , 31 , 41 u 51

09.1570

2204 21 06

 

Inbid ta' għeneb frisk

30 000  (3)

Eżenzjoni

2204 21 07

 

2204 21 08

 

2204 21 09

 

ex 2204 21 93

19 , 29 , 31 , 41 u 51

ex 2204 21 94

19 , 29 , 31 , 41 u 51

2204 21 95

 

ex 2204 21 96

11 , 21 , 31 , 41 u 51

2204 21 97

 

ex 2204 21 98

11 , 21 , 31 , 41 u 51

2204 29 10

 

2204 29 93

 

ex 2204 29 94

11 , 21 , 31 , 41 u 51

2204 29 95

 

ex 2204 29 96

11 , 21 , 31 , 41 u 51

2204 29 97

 

ex 2204 29 98

11 , 21 , 31 , 41 u 51

Kwoti tariffarji għall-2017 għall-inbejjed li joriġinaw mill-Kosovo importati fl-Unjoni

Nru tal-ordni

Kodiċi tan-NM (4)

Estensjoni TARIC

Deskrizzjoni

Volum tal-kwota annwali (f'hl) (5)

Dazju tal-kwota tariffarja

09.1572

2204 10 93

 

Inbid effervexxenti ta' kwalità; inbid ta' għeneb frisk, f'kontenituri li jesgħu żewġ litri jew anqas

10 000

Eżenzjoni

2204 10 94

 

2204 10 96

 

2204 10 98

 

2204 21 06

 

2204 21 07

 

2204 21 08

 

2204 21 09

 

ex 2204 21 93

19 , 29 , 31 , 41 u 51

ex 2204 21 94

19 , 29 , 31 , 41 u 51

2204 21 95

 

ex 2204 21 96

11 , 21 , 31 , 41 u 51

2204 21 97

 

ex 2204 21 98

11 , 21 , 31 , 41 u 51

09.1570

2204 21 06

 

Inbid ta' għeneb frisk

40 000  (6)

Eżenzjoni

2204 21 07

 

2204 21 08

 

2204 21 09

 

ex 2204 21 93

19 , 29 , 31 , 41 u 51

ex 2204 21 94

19 , 29 , 31 , 41 u 51

2204 21 95

 

ex 2204 21 96

11 , 21 , 31 , 41 u 51

2204 21 97

 

ex 2204 21 98

11 , 21 , 31 , 41 u 51

2204 22 10

 

2204 22 93

 

ex 2204 22 94

11 , 21 , 31 , 41 u 51

2204 22 95

 

ex 2204 22 96

11 , 21 , 31 , 41 u 51

2204 22 97

 

ex 2204 22 98

11 , 21 , 31 , 41 u 51

2204 29 10

 

2204 29 93

 

ex 2204 29 94

11 , 21 , 31 , 41 u 51

2204 29 95

 

ex 2204 29 96

11 , 21 , 31 , 41 u 51

2204 29 97

 

ex 2204 29 98

11 , 21 , 31 , 41 u 51


(1)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn ikunu indikati ex kodiċijiet tan-NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti flimkien.

(2)  Iċ-ċertifikat V I 1 stabbilit skont l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta' programmi ta' appoġġ, kummerċ ma' pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1), għandu jsemmi l-konformità ma' dan ir-rekwiżit kif ġej: “Il-prodotti elenkati f'dan iċ-ċertifikat ma jibbenefikawx mis-sussidji ta' esportazzjoni”.

(3)  Il-volum tal-kwota tariffarja għandu jitnaqqas mill-kwantità importata, fl-2016, skont il-kwota tariffarja 09.1560.

(4)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn ikunu indikati ex kodiċijiet tan-NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti flimkien.

(5)  Iċ-ċertifikat V I 1 stabbilit skont l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta' programmi ta' appoġġ, kummerċ ma' pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1), għandu jsemmi l-konformità ma' dan ir-rekwiżit kif ġej: “Il-prodotti elenkati f'dan iċ-ċertifikat ma jibbenefikawx mis-sussidji ta' esportazzjoni”.

(6)  Il-volum tal-kwota tariffarja għandu jitnaqqas mill-kwantità importata, fl-2017, skont il-kwota tariffarja 09.1560.