<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-258/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0258</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:663">EU:C:2018:663</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>26</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>26</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Bobek – Kawża C-258/17</HT></P><P>E.B.</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bobek</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20180905">5 ta’ Settembru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑258/17</HT></P><P>E.B.</P><P>vs</P><P>Versicherungsanstalt öffentlich Bediensteter BVA</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Referenza għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-orjentament sesswali</KEYWORD><KEYWORD>Relazzjonijiet omosesswali ma’ minuri</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet dixxiplinari meħuda kontra uffiċjal tas-servizz pubbliku impjegat mill-pulizija wara kundanna kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Żamma tal-effetti tad-deċiżjoni dixxiplinari</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>E.B. (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>appellant<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) twieled fl-1942. Fl-1974, meta kien impjegat fil-korp tal-pulizija Awstrijak, huwa kien ikkundannat kriminalment minħabba attentat ta’ atti omosesswali ma’ persuni li kellhom erbatax u ħmistax-il sena. Fl-1975, l-appellant irċieva sanzjoni dixxiplinari fir-rigward tal-istess atti, li kienet tikkonsisti fl-irtirar kmieni obbligatorju mill-korp tal-pulizija bi tnaqqis ta’ 25 % tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>F’dak iż-żmien, id-dritt Awstrijak kien jipprevedi żewġ reati kriminali separati: il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>korruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> (atti sesswali ma’ persuni <HT TYPE="ITALIC">taħt l-età ta’ 14-il sena</HT>); u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>l-indeċenza<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (l-atti omosesswali <HT TYPE="ITALIC">maskili</HT> ma’ persuni <HT TYPE="ITALIC">taħt l-età ta’ 18-il sena</HT>). Fl-2002, dan ir-reat tal-aħħar tqies li jammonta għal diskriminazzjoni mhux iġġustifikata abbażi tal-orjentament sesswali. Dan ir-reat tħassar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, l-appellant essenzjalment jikkontesta l-fatt li huwa għadu qed jirċievi pensjoni mnaqqsa, fuq il-bażi li r-reat kriminali u s-sanzjoni dixxiplinari imposta fuqu kienu diskriminatorji, abbażi tal-orjentament sesswali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Huwa f’dan l-isfond legali u fattwali li l-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija) qiegħda tistaqsi jekk it-tnaqqis fid-drittijiet għall-pensjoni tal-appellanti huwiex kompatibbli mal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-orjentament sesswali, taħt l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/78<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE> li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.).</P></NOTE>, anki jekk id-deċiżjoni dixxiplinari oriġinali saret finali qabel ma din id-direttiva daħlet fis-seħħ. Il-qorti tar-rinviju tagħmel ukoll għadd ta’ domandi dwar kif u minn liema mument ikollha tiġi rrimedjata, jekk ikun il-każ, din id-diskriminazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/78 isemmi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, l-orjentament sesswali bħala raġuni ta’ diskriminazzjoni inaċċettabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) u 2(2)(a), l-Artikolu 3(1)(c) u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/78 jistabbilixxu li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-Artikolu 2</TI.ART><STI.ART>Il-kunċett ta’ diskriminazzjoni</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, ‘il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament’ għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-Artikolu 1</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli milli kienet tiġi trattata oħra f’sitwazzjoni simili, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART>L-Artikolu 3</TI.ART><STI.ART>Il-kamp ta’ applikazzjoni</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-limiti tal-kompetenzi konferiti lill-Komunità, din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, inklużi korpi pubbliċi, f’dak li jirrigwarda:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-kundizzjonijiet għall-impjieg u tax-xogħol, inklużi sensji u paga;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></ARTICLE><P>[…]</P><ARTICLE IDENTIFIER="017"><TI.ART>L-Artikolu 17</TI.ART><STI.ART>Is-Sanzjonijiet</STI.ART><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati. Is-sanzjonijiet, li jistgħu jinvolvu l-pagament ta’ kumpens lill-vittma, għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kumissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijet sa mhux aktar tard mit-<DATE ISO="20031202">2 ta’ Diċembru 2003</DATE> u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 18 teħtieġ li d-Direttiva, bħala prinċipju, tiġi trasposta sat-<DATE ISO="20031202">2 ta’ Diċembru 2003</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt kriminali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="19740225">25 ta’ Frar 1974</DATE>, l-Artikoli 128 u 129 tal-iStrafgesetz (il-Liġi Kriminali, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>iStG<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) kienu applikabbli fil-verżjoni mdaħħla fis-seħħ mill-Bundesgesetz (il-Liġi Federali) ippubblikata fil-BGBl. Nru 273/1971 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Liġi Federali tal-1971<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. Dawn kienu jistabbilixxu li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Korruzzjoni</P><P>Artikolu 128</P><P>Kull persuna li, […] għall-finijiet ta’ gratifikazzjoni sesswali, tabbuża sesswalment tifel jew tifla taħt l-età ta’ 14-il sena b’mod ieħor għajr dak imsemmi fl-Artikolu 127 jikkommetti r-reat ta’ korruzzjoni, li għandu jkun punibbli b’sentenza ta’ priġunerija ta’ minn 1 sa 5 snin, ta’ mhux iktar minn 10 snin f’każ ta’ ċirkustanzi aggravanti serji, u ta’ mhux iktar minn 20 sena fil-każ ta’ xi waħda mill-konsegwenzi msemmija fil-Paragrafu 126.</P><P>Reat ta’ indeċenza</P><P>[…]</P><P>Artikolu 129</P><P>Dawn il-forom ta’ indeċenza għandhom ikunu punibbli ukoll bħala reat kriminali:</P><P><NP><NO.P>I.</NO.P><TXT>Indeċenza imwettqa minn persuni tal-istess sess minn kwalunkwe persuna tas-sess maskili li għalaq l-età ta’ tmintax-il sena ma’ persuna li għadha ma għalqitx l-età ta’ tmintax-il sena.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq għalhekk ipprevedew etajiet differenti ta’ kunsens għal relazzjonijiet omosesswali bejn l-irġiel (18-il sena) u għal relazzjonijiet eterosesswali jew leżbjani (14-il sena) rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-istess kien jgħodd għall-pożizzjoni legali skont l-Artikoli 207 u 209 tal-iStrafgesetzbuch (il-Kodiċi Kriminali, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>iStGB<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="19750101">1 ta’ Jannar 1975</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>B’sentenza tas-<DATE ISO="20020621">21 ta’ Ġunju 2002</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenza tal-VfGH tal-<DATE ISO="20020621">21 ta’ Ġunju 2002</DATE>, G 6/02 ECLI:AT:VFGH:2002:G6.2002.</P></NOTE>, il-Verfassungsgerichtshof (il-Qorti Kostituzzjonali, l-Awstrija), iddikjarat li l-Artikolu 209 tal-iStGB (li jikkorrispondi mal-Artikolu 129(I) tal-iStG) ma kienx kostituzzjonali. Dan l-artikolu tħassar b’seħħ mit-<DATE ISO="20030228">28 ta’ Frar 2003</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Bil-verżjoni tal-iStGB li ddaħħlet fis-seħħ bil-Bundesgesetz (il-Liġi Federali) ippubblikata fil-BGBl I Nru 134/2002 (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>il-Liġi Federali Nru 134/2002<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), b’effett mill-<DATE ISO="20020813">13 ta’ Awwissu 2002</DATE>, il-leġiżlatur Awstrijak ħassar l-Artikolu 209 tal-iStGB qabel ma t-tħassir ordnat mill-Verfassungsgerichtshof (il-Qorti Kostituzzjonali) sar effettiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Awstrija kienet is-suġġett ta’ sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kontra tagħha marbuta mal-applikazzjoni tal-Artikolu 209 tal-iStGB. Fil-kawża L. u V. vs L-Awstrija, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem qieset, essenzjalment, li l-Artikolu 209 tal-iStGB kien jikser l-Artikolu 8 u l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), peress li l-leġiżlatur kien naqas milli jipprovdi ġustifikazzjoni adegwata għall-etajiet differenti ta’ kunsens applikabbli għal relazzjonijiet omosesswali maskili mal-adulti, minn naħa, u r-relazzjonijiet mal-adulti eterosesswali jew leżbjani, min-naħa l-oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza tal-Qorti EDB tad-<DATE ISO="20030109">9 ta’ Jannar 2003</DATE>, L. u V. vs L-Awstrija, (CE:ECHR:2003:0109JUD003939298); ara wkoll is-sentenzi tad-<DATE ISO="20030109">9 ta’ Jannar 2003</DATE>, S. L. vs L-Awstrija (CE:ECHR:2003:0109JUD004533099); u tal-<DATE ISO="20041021">21 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Woditschka u Wilfling vs L-Awstrija (CE:ECHR:2004:1021JUD006975601).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt dwar is-servizz pubbliku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13(1) tal-Beamten-Dienstrechtsgesetz 1979 (il-Liġi tal-1979 dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Servizz ta’ Uffiċjali tas-Servizz Pubbliku, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>BDG 1979<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), fil-verżjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet li ddaħħlet fis-seħħ bil-Bundesgesetz (il-Liġi Federali) ippubblikata fil-BGBl I Nru 119/2002 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Liġi Federali Nru 119/2002<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), kien il-każ sat-<DATE ISO="20161230">30 ta’ Diċembru 2016</DATE> li l-uffiċjali tas-servizz pubbliku kienu obbligati jirtiraw fi tmiem il-65 sena tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Għall-appellant, li twieled fl-1942, dan — li kieku ma kienx hemm deċiżjoni dixxiplinari meħuda fil-konfront tiegħu — kien ikun l-<DATE ISO="20080101">1 ta’ Jannar 2008</DATE>. F’dak iż-żmien, id-dispożizzjonijiet ewlenin applikabbli għall-evalwazzjoni tal-pensjonijiet kienu jinsabu fil-Pensionsgesetz (PG) 1965 (il-Liġi tal-1965 dwar il-Pensjonijiet) fil-verżjoni li ddaħħlet fis-seħħ bil-Bundesgesetz (il-Liġi Federali) ippubblikata fil-BGBl.I Nru 53/2007 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Liġi Federali tal-2007<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). Dawk id-dispożizzjonijiet stabbilixxew regoli dwar kif il-pensjonijiet għandhom ikunu kkalkolati, inkluż it-teħid inkunsiderazzjoni tad-data tad-dħul fis-servizz u t-tul tas-servizz.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament dwar is-Servizz tal-Pulizija</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni dixxiplinari kontra l-appellant tal-<DATE ISO="19750610">10 ta’ Ġunju 1975</DATE> kienet meħuda abbażi tad-Dienstpragmatik li kien japplika dakinhar (ir-Regolament dwar is-Servizz tal-Pulizija, RGBl Nru 15/1914, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>DP<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>). L-Artikolu 24 u l-Artikolu 87 tad-DP kienu jipprovdu kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Imġiba</P><ARTICLE IDENTIFIER="024"><TI.ART>Artikolu 24</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Uffiċjal tas-servizz pubbliku għandu, fi ħdan u barra s-servizz tiegħu, iżomm ir-reputazzjoni tal-professjoni, iġib ruħu f’kull ħin skont ir-regoli tar-rekwiżiti tal-imġiba u jevita kwalunkwe ħaġa li tista’ tippreġudika l-istima u l-kunfidenza meħtieġa mill-pożizzjoni tiegħu.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><P>[…]</P><P>Sanzjonijiet dixxiplinari</P><?PAGE NO="5"?><ARTICLE IDENTIFIER="087"><TI.ART>Artikolu 87</TI.ART><ALINEA>L-uffiċjali tas-servizz pubbliku li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi uffiċjali u professjonali tagħhom għandhom ikunu suġġetti, bla ħsara għar-responsabbiltà kriminali tagħhom, għal sanzjonijiet amministrattivi jew dixxiplinari, skont jekk il-ksur ta’ dover jikkostitwixxix sempliċi ksur tar-regoli amministrattivi jew jekk, minħabba d-dannu jew il-ksur tal-interessi tal-Istat, in-natura jew is-serjetà tal-ksur, ir-reċidiva jew ċirkustanzi aggravanti oħra, dan il-ksur huwiex kkunsidrat bħala ksur tal-obbligi tas-servizz.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-appellant, li twieled fl-<DATE ISO="19420101">1 ta’ Jannar 1942</DATE>, huwa rtirat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="19740910">10 ta’ Settembru 1974</DATE>, l-appellant, li f’dak iż-żmien kien jaqdi l-funzjonijiet ta’ uffiċjal tal-pulizija, instab ħati ta’ attentat ta’ reat ta’ indeċenza bejn persuni tal-istess sess skont l-Artikolu 129(I) tal-iStG. Huwa ġie kkundannat għal tliet xhur priġunerija sospiżi għal tliet snin. Appell ippreżentat mill-appellant minn dik id-deċiżjoni tal-ewwel istanza kien ġie miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="19750610">10 ta’ Ġunju 1975</DATE> tal-Kumitat Dixxiplinari tal-Bundespolizeidirektion Wien (il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija Federali, Vjenna, l-Awstrija) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>BPD-Wien<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), l-appellant kien instab ħati li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>aġixxa bi ksur tad-dmirijiet professjonali tiegħu (l-Artikolu 24(1) tad-[DP] peress li, fid-<DATE ISO="19740225">25 ta’ Frar 1974</DATE>, filgħaxija, filwaqt li kien bil-frank, huwa talab, fi Vjenna, fil-park Prater, lil W ta’ 15-il sena u lil H ta’ 14-il sena, sabiex jagħmlulu att ta’ rilaxx sesswali manwali, li għalih kien instab ħati ta’ attentat ta’ att ta’ indeċenza bejn persuni tal-istess sess ma’ persuni ta’ età żgħira fis-sens tal-Artikoli 8 u 129(I) tal-iStG.</P><P>Huwa b’hekk ikkommetta reat dixxiplinari (l-Artikolu 87 tad- DP). Dan il-Kumitat għaldaqstant jimponi fuqu l-piena dixxiplinari ta’ rtirar permanenti obbligatorju b’pensjoni mnaqqsa, filwaqt li t-tnaqqis mid-drittijiet għall-pensjoni standard qed jiġi ffissat bħala 25 % (l-Artikolu 93(1)(d) flimkien mal-Artikolu 97(1) tad-DP).<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-appell ippreżentat mill-appellanti ġie miċħud b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="19760324">24 ta’ Marzu 1976</DATE>. Għaldaqstant, l-appellant kien imġiegħel jirtira b’effett mill-<DATE ISO="19760401">1 ta’ April 1976</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="19760517">17 ta’ Mejju 1976</DATE>, il-pensjoni li għaliha l-appellant kien intitolat kienet ikkalkolata fuq il-bażi tal-irtirar tiegħu b’effett mill-<DATE ISO="19760401">1 ta’ April 1976</DATE>, filwaqt li tqies it-tnaqqis ta’ 25 % impost mill-awtorità dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Ġie kkonfermat fis-seduta għas-sottomissjonijiet orali li l-appellant beda jirċievi pensjoni mnaqqsa minn dik id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Kif spjegat iktar ’il fuq fil-punti 11 u 12, permezz ta’ deċiżjoni tal-Verfassungsgerichtshof (il-Qorti Kostituzzjonali) tal-<DATE ISO="20020621">21 ta’ Ġunju 2002</DATE>, ġie deċiż li l-Artikolu 209 tal-iStGB (li jikkorrispondi mal-Artikolu 129(I) tal-iStG) kien antikostituzzjonali u tħassar mil-leġiżlatur Awstrijak iktar tard dik is-sena.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20080602">2 ta’ Ġunju 2008</DATE>, l-appellant ippreżenta lill-awtorità dixxiplinari, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, rikorsi sabiex id-deċiżjoni dixxiplinari tad-<DATE ISO="19750610">10 ta’ Ġunju 1975</DATE> tkun annullata, il-proċeduri dixxiplinari kontrih jitwaqqfu u, alternattivament, l-effetti legali ta’ dik id-deċiżjoni dixxiplinari jiġu ddikjarati estinti mill-<DATE ISO="20020621">21 ta’ Ġunju 2002</DATE>. Huwa talab ukoll il-ħlas ta’ salarji għal perijodi speċifiċi ta’ servizz u, sussidjarjament, sostna li t-tnaqqis tal-pensjoni tiegħu ma kellux iseħħ mill-<DATE ISO="20020621">21 ta’ Ġunju 2002</DATE> ’il quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Dawn ir-rikorsi ġew miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20090211">11 ta’ Frar 2009</DATE>, l-appellant ippreżenta rikors lill-awtorità tas-servizz pubbliku u tal-pensjonijiet għall-evalwazzjoni u għall-ħlas b’lura ta’ salarji u benefiċċji tal-pensjoni ogħla. Huwa esprima l-opinjoni, primarjament, li, sabiex tiġi evitata d-diskriminazzjoni (li kienet għadha għaddejja), huwa għandu jiġi ttrattat, mill-perspettiva ta’ paga u drittijiet għall-pensjoni, daqslikieku kien f’impjieg attiv sakemm laħaq l-età statutorja tal-irtirar. Alternattivament, huwa sostna li kien intitolat, mill-inqas, għall-pensjoni tiegħu mingħajr it-tnaqqis ta’ 25 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Dawk ir-rikorsi ġew miċħuda. Kontestazzjoni kontra din iċ-ċaħda quddiem il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, l-Awstrija) ġiet miċħuda. Sar appell straordinarju kontra dik is-sentenza quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva), li hija l-qorti tar-rinviju f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tassumi li, wara li d-Direttiva 2000/78 saret effettiva fid-dritt Awstrijak, deċiżjoni dixxiplinari avversa bħal dik mogħtija fir-rigward tal-appellant ma kinitx tkun iktar permessa. Fl-assenza ta’ kwalunkwe raġuni (ġdida) ta’ ġustifikazzjoni għal etajiet differenti ta’ kunsens għal relazzjonijiet omosesswali maskili ma’ adulti, minn naħa, u għal relazzjonijiet eterosesswali u leżbjani mal-adulti, min-naħa l-oħra, ma għandux ikun ammissibbli li ssir distinzjoni, anki għall-finijiet ta’ azzjoni dixxiplinari, bejn l-inċitament ta’ minuri minn adult sabiex iwettaq atti omosesswali maskili, minn naħa, u l-inċitament minn adult sabiex iwettaq atti eterosesswali jew leżbjani, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, ma kien hemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>assolutament l-ebda dubju<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li d-deċiżjoni dixxiplinari inkwistjoni saret fuq il-bażi ta’ din id-distinzjoni, u li l-bażi ċentrali tagħha kienet li l-aġir li bih ġie akkużat l-appellant kien (f’dak iż-żmien) reat kriminali ssanzjonat mil-liġi. Għalkemm ma huwiex inkonċepibbli li tali inċitament sabiex jitwettqu atti eterosesswali jew leżbjani kien jiġi interpretat bħala abbandun ta’ dmirijiet, kwalunkwe deċiżjoni dixxiplinari magħmula fl-assenza tal-elementi kostituttivi tar-reat previst fl-Artikolu 129(I) tal-iStG kienet tkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>inkomparabbilment inqas iebsa<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-qorti tar-rinviju tistaqsi x’inhuma l-effetti tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2000/78 u tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-orjentament sesswali fuq il-pagamenti li għadhom għaddejjin tal-pensjoni lill-appellant. Il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva [2000/78] jipprekludi ż-żamma ta’ effetti legali ta’ deċiżjoni amministrattiva finali fil-qasam tal-liġi li tirregola d-dixxiplina tal-uffiċjali (deċiżjoni dixxiplinari) li tordna l-irtirar ta’ uffiċjal flimkien ma’ tnaqqis fil-pensjoni, meta</TXT><P>fil-mument tal-adozzjoni tagħha, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva [2000/78], ma kinux applikabbli għal din id-deċiżjoni amministrattiva, iżda</P><P>deċiżjoni (ipotetika) komparabbli tikser din id-direttiva li kieku ġiet adottata fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ din?</P></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, sabiex terġa’ tiġi stabbilita sitwazzjoni ħielsa minn kull diskriminazzjoni,</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>id-dritt tal-Unjoni jeħtieġ li għall-finijiet tal-kalkolu tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni, l-uffiċjal għandu jitqies, bejn id-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni amministrattiva u l-okkorrenza tal-età tal-irtirar, mhux bħala li kien irtirat iżda f’sitwazzjoni ta’ servizz attiv jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>huwa suffiċjenti għal dan il-għan li jiġi rikonoxxut li huwa għandu dritt għal pensjoni sħiħa bir-rata applikabbli minħabba l-irtirar tiegħu fil-mument indikat fid-deċiżjoni amministrattiva?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Ir-risposta għad-domanda 2 tiddependi fuq jekk, qabel l-età tal-irtirar, l-uffiċjal <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> talab fuq inizjattiva tiegħu stess xogħol attiv fis-servizz pubbliku federali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li d-dritt tal-Unjoni jeħtieġ biss l-annullament tat-tnaqqis perċentwali tal-ammont tal-pensjoni (u, skont il-każ, skont iċ-ċirkustanzi msemmija fid-domanda 3):</TXT><P>il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni imposta mid-[Direttiva 2000/78] tista’ tiġġustifika s-supremazija ta’ din fuq kwalunkwe dispożizzjoni kunfliġġenti tad-dritt nazzjonali u li l-qorti nazzjonali għandha tosservaha fil-kalkolu tal-ammont tal-pensjoni, anki għal perijodi qabel mad-Direttiva [2000/78] saret direttament applikabbli fid-dritt nazzjonali?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 4: f’liema mument iseħħ tali “effett retroattiv<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>?</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Tressqu sottomissjonijiet bil-miktub mill-appellant, mill-Gvern Taljan, mill-Gvern Awstrijak u mill-Kummissjoni Ewropea. Instemgħu wkoll is-sottomissjonijiet orali ta’ dawn il-partijiet interessati, ħlief għall-Gvern Taljan, matul is-seduta tad-<DATE ISO="20180529">29 ta’ Mejju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kunsiderazzjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Tista’ dispożizzjoni legali ġdida tiġi invokata sabiex tikkontesta riperkussjonijiet li għadhom għaddejjin ta’ deċiżjoni amministrattiva li ġiet adottata u saret finali qabel din id-dispożizzjoni ġdida saret applikabbli? Din hija l-kwistjoni fundamentali li tqajjem l-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali jien nikkunsidra li r-risposta hija le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta li qiegħed nipproponi għall-ewwel domanda (Taqsima A hawn taħt), il-bqija tad-domandi ma jeħtiġux risposta. Madankollu, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tasal għal konklużjoni differenti, jiena ser niddiskuti wkoll fil-qosor il-kwistjonijiet li jqajmu dawk id-domandi (it-Taqsimiet B u C), kif ukoll ir-rilevanza tal-Artikolu 157 TFUE (li kien l-Artikolu 141 KE) għal din il-kawża. Din l-aħħar dispożizzjoni ma tidhirx fid-domandi tal-qorti tar-rinviju, imma tqajmet mill-appellant (Taqsima D).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Meta deċiżjoni amministrattiva, li tinvolvi diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-orjentament sesswali u li twassal għal tnaqqis fid-drittijiet għall-pensjoni, tkun saret definittiva qabel ma tali diskriminazzjoni ġiet ipprojbita skont id-Direttiva 2000/78, iż-żamma ta’ dan it-tnaqqis fid-drittijiet għall-pensjonijiet hija prekluża issa li d-Direttiva hija fis-seħħ? Dan huwa l-qofol tal-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fid-digriet tar-rinviju huwa indikat li l-ewwel domanda ma tirrigwardax il-validità tad-deċiżjoni li timponi l-irtirar obbligatorju u t-tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni tal-appellanti. Din kienet ġiet ikkontestata fis-snin sebgħin u l-appellant reġa’ pprova jikkontestaha (bla suċċess) wara li d-dispożizzjoni inkwistjoni tal-liġi kriminali kienet tħassret.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Pjuttost, sa fejn id-deċiżjoni amministrattiva kienet tinvolvi d-diskriminazzjoni, l-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk imurx kontra d-Direttiva 2000/78 li <HT TYPE="ITALIC">jinżammu l-effetti</HT> ta’ din id-deċiżjoni f’termini ta’ <HT TYPE="ITALIC">drittijiet li għadhom għaddejjin għall-pensjoni mnaqqsa</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Meta nindirizza din id-domanda, ser nibda billi nfakkar l-approċċ ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ dispożizzjonijiet ġodda fuq effetti li għadhom għaddejjin ta’ sitwazzjonijiet preeżistenti (Taqsima 1). Imbagħad ser indur għall-approċċ tal-Qorti tal-Ġustizzja speċifikament f’każijiet li jinvolvu pensjonijiet (Taqsima 2). Imbagħad, ser nispjega l-ġurisprudenza dwar r-relazzjonijiet li jkunu għadhom għaddejjin (Taqsima 3) u sa fejn jasal l-obbligu ta’ ftuħ mill-ġdid ta’ deċiżjonijiet passati (Taqsima 4). Fl-aħħar nett, ser napplika dawn il-kunsiderazzjonijiet għall-każ ineżami (Taqsima 5).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Madankollu, qabel ma ngħaddi għal dawn il-kwistjonijiet, hemm bżonn li jsiru żewġ osservazzjonijiet preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, jidher li hemm qbil dwar il-fatt li d-differenza fit-trattament <HT TYPE="ITALIC">kriminali</HT> ta’ relazzjonijiet sesswali ma’ minuri skont jekk tali relazzjonjiet humiex ta’ natura omosesswali jew eterosesswali, li kienet tapplika taħt il-liġi Awstrijaka fl-1974, ma tkunx aċċettabbli <HT TYPE="ITALIC">llum</HT>. Loġikament l-istess ikollu mbagħad jingħad dwar ir-riferimenti għas-sesswalità tal-appellant fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni <HT TYPE="ITALIC">dixxiplinari</HT>. L-ebda waħda minn dawn id-dikjarazzjonijiet ma kienet fil-fatt ikkontestata mill-Gvern Awstrijak. Madankollu, u mingħajr ma ġie kkontradett fuq dan il-punt, il-Gvern Awstrijak sostna li kemm is-sanzjonijiet kriminali kif ukoll dawk dixxiplinari kienu kompletament legali taħt id-dritt Awstrijak fl-1974 u fl-1975. Dan il-gvern issuġġerixxa wkoll li huma kienu konformi mal-istandards Ewropej prevalenti ta’ dak iż-żmien, li evolvew minn dak iż-żmien lil hawn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>It-tieni nett, dak li huwa ħafna inqas ċar fil-kuntest ta’ din il-kawża hija r-relazzjoni eżatta bejn is-sanzjonijiet kriminali u s-sanzjonijiet dixxiplinari fil-kawża prinċipali. B’mod partikolari, kien hemm diskussjonijiet pjuttost estensivi, kemm fis-sottomissjonijiet bil-miktub kif ukoll fis-seduta għas-sottomissjonijiet orali, dwar jekk sanzjoni dixxiplinari (ta’ ċertu severità) kinitx jew le konsegwenza meħtieġa tal-kundanna kriminali. Minn naħa, b’differenza mill-Kodiċi Kriminali, ir-regoli dixxiplinari (ifformulati b’mod pjuttost ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Artikolu 24 tad-DP, ikkwotat iktar ’il fuq fil-punt 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>) applikabbli għal uffiċjali tas-servizz pubbliku ma kienu jagħmlu l-ebda distinzjoni formali bejn l-imġiba fuq il-bażi tan-natura omosesswali jew eterosesswali tagħha. Min-naħa l-oħra, fid-digriet tar-rinviju tagħha, il-qorti tar-rinviju qalet li, li kieku ma kienx hemm kundanni kriminali, il-miżuri dixxiplinari imposti kienu jkunu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>inkomparabbilment inqas iebsa<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Bi tweġiba għal mistoqsijiet dwar ir-relazzjoni eżatta bejn is-sanzjonijiet kriminali u s-sanzjonijiet dixxiplinari, il-Gvern Awstrijak qal li, fl-1974, l-eżistenza ta’ sanzjoni kriminali definittiva kontra uffiċjal tal-pulizija ma kinitx neċessarjament <HT TYPE="ITALIC">suffiċjenti</HT> għal tkeċċija awtomatika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Il-Gvern Awstrijak żied li skont ir-regoli nazzjonali attwali, kundanna kriminali finali kontra uffiċjal tas-servizz pubbliku għandha bħala konsegwenza awtomatika tagħha t-terminazzjoni tar-relazzjoni tal-impjieg <HT TYPE="ITALIC">ex lege</HT>, mingħajr ma tkun meħtieġa deċiżjoni dixxiplinari f’dak ir-rigward.</P></NOTE>. Madankollu, lanqas ma kien jidher li tali kundanna kienet <HT TYPE="ITALIC">meħtieġa</HT> sabiex jiġu imposti sanzjonijiet dixxiplinari. L-uffiċjali tal-pulizija Awstrijaċi kienu meħtieġa fl-1974 li jaġixxu f’konformità mal-ogħla standards kemm meta jkunu waqt il-ħin tas-servizz kif ukoll meta ma jkunux. B’hekk, il-fatt li ċerta mġiba ma kinitx is-suġġett ta’ kundanna kriminali (jew tabilħaqq ikkriminalizzata) ma kienx ifisser li hija ma kinitx toħloq problemi taħt ir-regoli dixxiplinari. F’dan ir-rigward, il-Gvern Awstrijak, mingħajr ma ġie<?PAGE NO="9"?> kkontestat fuq dan il-punt, assuma li, b’mod kompletament <HT TYPE="ITALIC">irrispettiv</HT> <HT TYPE="ITALIC">mill</HT>-orjentament sesswali, is-solleċitazzjoni minn uffiċjal tal-pulizija ta’ 32-il sena ta’ persuni ta’ 14 u 15-il sena f’park pubbliku x’aktarx ma kinitx tiġi kkunsidrata bħala mġiba rispettabbli. Tabilħaqq ġie kkonfermat mill-qorti tar-rinviju li s-solleċitazzjoni ekwivalenti eterosesswali ta’ minuri f’parkijiet pubbliċi setgħet tiġi interpretata bħala abbandun tad-dmirijiet, punibbli f’dak iż-żmien b’azzjoni dixxiplinari</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Jiena nislet konklużjoni doppja minn dawn id-dikjarazzjonijiet. L-ewwel nett, nifhem li s-<HT TYPE="ITALIC">sempliċi eżistenza</HT> ta’ deċiżjoni definittiva ta’ kundanna kriminali kontra uffiċjal tal-pulizija kellha minnha nnifisha titqies bħala falliment f’termini tal-obbligi professjonali tiegħu. Huwa pjuttost ċar li l-istandards ta’ mġiba għall-uffiċjali tal-pulizija huma stabbiliti f’livell ogħla milli sempliċement <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>ma jikkommettux reati kriminali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. F’dan is-sens, huwa għalhekk pjuttost loġiku li l-eżistenza ta’ kundanna kriminali kellha, minnha nnifisha, riperkussjonijiet diretti fuq il-firxa ta’ sanzjonijiet possibbli, b’tali mod li kienu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>(in)komparabbilment iktar iebsa<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> milli f’każijiet fejn ma ngħatat l-ebda kundanna kriminali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Kif fil-fatt kien diġà implikat mill-kliem tal-Artikolu 87 tad-DP applikabbli dak iż-żmien (iktar ’il fuq, punt 16).</P></NOTE>. It-tieni nett, nifhem ukoll li lil hinn minn din l-implikazzjoni unilaterali (mill-eżistenza tal-kundanna kriminali għas-sanzjoni dixxiplinari) f’termini ta’ severità tas-sanzjoni, kundanna kriminali <HT TYPE="ITALIC">ma kinitx kundizzjoni preliminari neċessarja</HT> għall-adozzjoni ta’ din is-sanzjoni dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-applikabbiltà ratione temporis ta’ regoli ġodda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-approċċ ġenerali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, regoli ġodda japplikaw bħala prinċipju immedjatament għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>effetti futuri ta’ sitwazzjoni li tkun inħolqot taħt ir-reġim tar-regola l-qadima<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma jistax jiġi estiż b’mod li jipprekludi, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ġeneralment, milli tpaplika regola ġdida għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li nħolqu taħt ir-regola qadima<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790516">16 ta’ Mejju 1979</DATE>, <NAME.CASE>Tomadini</NAME.CASE> (<NO.CASE>84/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:129">EU:C:1979:129</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Andersen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑303/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:647">EU:C:2015:647</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex tiġi ggarantita l-osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, id-dispożizzjonijiet tad-dritt sostantiv tal-Unjoni għandhom ikunu interpretati bħala applikabbli għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>sitwazzjonijiet eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> biss sa fejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>mill-kliem, mill-għanijiet jew mill-istruttura tagħhom jirriżulta b’mod ċar li dawn għandhom jingħataw tali effett<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Andersen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑303/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:647">EU:C:2015:647</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Skont formula oħra użata mill-Qorti tal-Ġustizzja, dispożizzjoni legali ġdida <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>ma tapplikax għal sitwazzjonijiet legali li tnisslu u ġew definittivament konklużi taħt is-sistema legali preċedenti [imma fil-fatt] tapplika għall-effetti futuri tagħhom, kif ukoll għal sitwazzjonijiet legali ġodda. Dan ikun differenti, u suġġett għall-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-atti ġuridiċi, jekk ir-regola l-ġdida jkollha magħha dispożizzjonijiet speċifiċi li jiddeterminaw, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tagħha<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Moravia Gas Storage</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑596/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:203">EU:C:2015:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Ir-regoli ġenerali li jirriżultaw minn dawn il-kawżi jistgħu għalhekk jiġu deskritti kif ġej: (i) in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ regoli ġodda għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>sitwazzjonijiet definittivi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, li jkunu nħolqu u ġew aġġudikati skont ir-regoli l-qodma, u (ii) l-applikazzjoni ta’ regoli ġodda għall-effetti futuri ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>sitwazzjonijiet eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, li jipproduċu effetti li jibqgħu għaddejjin. It-teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatti eqdem għal evalwazzjoni legali ġdida skont ir-regoli l-ġodda, barra minn hekk, ser jitwettaq biss jekk tali evalwazzjoni hija prevista jew meħtieġa minn natura jew mill-istruttura tar-regoli l-ġodda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>L-istess approċċ huwa rifless ukoll fil-kuntest tal-adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid mal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Li, b’ċertu mod, ma huwiex differenti bħala prinċipju imma fl-iskala biss (l-ordinament ġuridiku sħiħ huwa effettivament <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>emendat<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>).</P></NOTE>, kemm fir-rigward tal-applikazzjoni nazzjonali ta’ regoli (ġdida) tal-Unjoni kif ukoll tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar talbiet għal deċiżjoni preliminari sabiex tirrispondi domandi dwar sitwazzjonijiet bħal dawn. Fatti tal-passat (jiġifieri, fatti preċedenti għall-adeżjoni) jistgħu jiġu kkunsidrati jekk ikunu rilevanti u jekk ikun hemm bżonn li jiġu evalwati (mill-ġdid) fil-proċess tal-applikazzjoni tal-liġii jew tal-liġijiet il-ġodda wara l-adeżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070614">14 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Telefónica O2 Czech Republic</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑64/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:348">EU:C:2007:348</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) (proċedura quddiem awtorità li kienet għaddejja matul l-adeżjoni, u d-deċiżjoni ttieħdet wara l-adeżjoni); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Bezpečnostní softwarová asociace</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑393/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:816">EU:C:2010:816</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) (talba għall-awtorizzazzjoni qabel l-adeżjoni, deċiżjoni ġdida adottata wara l-adeżjoni); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Circul Globus Bucureşti</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑283/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:772">EU:C:2011:772</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) (kuntratt ta’ liċenzjar qabel l-adeżjoni, ksur allegat tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali wara l-adeżjoni); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Kuso</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑614/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:544">EU:C:2013:544</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) (kuntratt tax-xogħol qabel l-adeżjoni, irtirar wara l-adeżjoni); u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140903">3 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑318/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2133">EU:C:2014:2133</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) (inċident fuq ix-xogħol qabel l-adeżjoni, l-att legali relatat jiġi kkontestat wara l-adeżjoni).</P></NOTE>. B’hekk, pereżempju, ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li essenzjalment tibda tevalwa mill-ġdid b’mod sostantiv, wara l-adeżjoni, jekk xi termini f’kuntratt mal-konsumatur konkluż qabel l-adeżjoni kinux inġusti, anki jekk dan il-kuntratt qed jiġi effettivament eżegwit wara l-adeżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Ynos</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑02/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:9">EU:C:2006:9</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet kompetenti sabiex tevalwa jekk leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-interessi għal ħlasijiet tard li kienu jirrigwardaw tranżazzjoni legali konkluża ferm qabel l-adeżjoni, iżda b’effetti li baqgħu għaddejjin (u l-kalkolu aħħari tagħhom) wara l-adeżjoni, kinitx kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Nemec</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑256/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:954">EU:C:2016:954</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-ġurisprudenza Ciola</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fis-sottomissjonijiet bil-miktub u orali tagħhom, kemm l-appellant kif ukoll il-Kummissjoni bbażaw ruħhom b’mod estensiv fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Ciola<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990429">29 ta’ April 1999</DATE>, <NAME.CASE>Ciola</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑224/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:212">EU:C:1999:212</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dik id-deċiżjoni għandha tabilħaqq tkun eżaminata fid-dettall, għaliex turi kif il-gwida ġenerali deskritta fit-taqsima preċedenti għandha tiġi applikata fil-kuntest ta’ każ speċifiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Id-data maġika fil-kawża Ciola kienet l-<DATE ISO="19950101">1 ta’ Jannar 1995</DATE>, id-data meta l-Awstrija ssieħbet fil-Komunitajiet Ewropej. F’dik id-data, naturalment barra minn kwalunkwe deroga espliċita, id-dritt tal-Komunità Ewropea, inkluż ir-regoli tal-moviment liberu, daħal fis-seħħ b’mod sħiħ u sar applikabbli immedjatament f’dak l-Istat Membru l-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-kumpannija ta’ E. Ciola kienet proprjetarja u kienet tikri 200 irmiġġ għal dgħajjes tad-divertiment, li kienu jinsabu fil-parti Awstrijaka ta’ Bodensee. Deċiżjoni amministrattiva mill-1990 iddikjarat li massimu ta’ 60 irmiġġ setgħu jinkrew lil residenti barranin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990429">29 ta’ April 1999</DATE>, <NAME.CASE>Ciola</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑224/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:212">EU:C:1999:212</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0003">3</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0004">4</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Lista tal-irmiġġi mogħtija lil residenti barranin kellha tiġi pprovduta fuq bażi annwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mischo fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ciola</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑224/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:598">EU:C:1998:598</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0005">5</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="19960710">10 ta’ Lulju 1996</DATE> (18-il xahar wara l-adeżjoni), kienet ġiet adottata deċiżjoni amministrattiva individwali ġdida li sabet lill-kumpannija ħatja li kriet żewġ irmiġġi lil residenti barranin f’Jannar u Mejju 1995, li wassal sabiex inqabżet il-kwota ta’ 60. E. Ciola ġie immultat għal kull wieħed minn dawn iż-żewġ istanzi ta’ ksur tad-deċiżjoni amministrattiva tal-1990<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990429">29 ta’ April 1999</DATE>, <NAME.CASE>Ciola</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑224/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:212">EU:C:1999:212</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); konklużjoniiet tal-Avukat Ġenerali Mischo fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ciola</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑224/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:598">EU:C:1998:598</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0006">6</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. E. Ciola appella mid-deċiżjoni tal-1996 li imponiet multi. Il-kawża kienet is-suġġett ta’ rinivju għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, fejn it-tieni domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju staqsiet espliċitament dwar il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ dik il-preklużjoni, peress li d-deċiżjoni amministrattiva oriġinali kienet saret finali qabel l-adeżjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja bdiet il-motivazzjoni tagħha billi kkonfermat li l-kwota għall-irmiġġi ta’ residenti barranin kienet prekluża mir-regoli dwar il-moviment liberu tas-servizzi. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet tgħid li t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>tilwima ma tikkonċernax id-destin tal-att amministrattiv innifsu, f’dan il-każ id-deċiżjoni tad-<DATE ISO="19900809">9 ta’ Awwissu 1990</DATE>, iżda l-kwistjoni dwar jekk tali att għandux jiġi injorat <HT TYPE="ITALIC">meta tiġi evalwata l-validità ta’ penali imposta</HT> [wara d-data tal-adeżjoni] għan-nuqqas ta’ konformità ma’ obbligu taħtu, minħabba l-inkompatibbilità tiegħu mal-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990429">29 ta’ April 1999</DATE>, <NAME.CASE>Ciola</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑224/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:212">EU:C:1999:212</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), enfasi miżjuda. Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mischo fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ciola</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑224/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:598">EU:C:1998:598</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li tali att għandu jiġi mwarrab.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, l-appellant jiċċita s-sentenza Ciola bħala li effettivament tiddeċiedi li persuna li tbati l-effetti negattivi ta’ deċiżjoni amministrattiva għandha d-dritt li jkollha dawn l-effetti nnewtralizzati jekk, ipotetikament, id-deċiżjoni amministrattiva <HT TYPE="ITALIC">kienet tkun</HT> inkompatibbli ma’ dispożizzjonijiet legali ġodda li kieku ġiet adottata wara d-dħul fis-seħħ ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Madankollu tali konklużjoni ma tirriżultax mis-sentenza Ciola. Fil-kawża li wasslet għas-sentenza Ciola, ir-rikorrent kien qiegħed jikkontesta l-<HT TYPE="ITALIC">validità ta’ multa</HT> li kienet ġiet imposta minn deċiżjoni <HT TYPE="ITALIC">sussegwenti għad-dħul fis-seħħ</HT> tar-regoli dwar il-moviment liberu fl-Awstrija. Barra minn hekk, il-multa kienet imposta <HT TYPE="ITALIC">għal azzjonijiet</HT> imwettqa mill-kumpannija ta’ E. Ciola – il-kiri ta’ rmiġġi f’Jannar u Mejju 1995 — li <HT TYPE="ITALIC">dawn stess</HT> seħħew wara l-adeżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Għaldaqstant huwa pjuttost ċar li, fis-sentenza Ciola, kien hemm applikazzjoni ġdida tal-liġi l-ġdida ta’ wara l-adeżjoni, li loġikament kienet meħtieġa sabiex tkun evalwata sitwazzjoni ġdida. Il-fatti ta’ wara l-adeżjoni (il-kiri ta’ rmiġġi) kellhom jiġu evalwati u mqabbla mal-liġi ta’ wara l-adeżjoni (liġi nazzjonali adattata prospettivament sabiex tkun konformi mar-regoli tal-Unjoni applikabbli reċentement). Barra minn hekk, b’mod ċar ma kienx hemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>newtralizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ta’ effetti (passati) tad-deċiżjoni tal-1990 fis-sens issuġġerit mill-appellant. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma ddikjaratx li din id-deċiżjoni kellha tiġi rriveduta jew li kwalunkwe kumpens għall-eżistenza preċedenti tagħha kellu jitħallas. Minflok, dak li kien meħtieġ kien sempliċement li din id-deċiżjoni antika, li saret inkompatibbli mal-liġijiet il-ġodda wara l-1995, ma setgħetx tibqa’ tiġi applikata f’applikazzjoni ġdida tal-liġi fil-kuntest ta’ impożizzjoni ta’ penali amministrattivi wara l-adeżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ġurisprudenza speċifika fuq il-pensjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>L-approċċ ġenerali deskritt fit-taqsima preċedenti japplika wkoll fil-kuntest tad-Direttiva 2000/78 u tal-iskemi tal-pensjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Maruko</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑267/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:179">EU:C:2008:179</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110510">10 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Römer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑147/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:286">EU:C:2011:286</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Ċerti skemi tal-pensjoni huma, madankollu, esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78 mill-Artikolu 3(3) tagħha.</P></NOTE>. Madankollu, preċiżament <HT TYPE="ITALIC">kif</HT> dawn ir-regoli japplikaw f’każijiet individwali ma huwiex neċessarjament ovvju. Il-karatteristiċi partikolari tal-iskemi tal-pensjonijiet ma jistgħux jiġu injorati. Id-drittijiet jakkumulaw u l-pensjonijiet jitħallsu għal diversi snin, perijodu ta’ żmien li matulu l-liġijiet jistgħu jinbidlu b’mod sinjifikattiv. Il-fatt li tilwim relatat mal-pensjoni jista’ jinvolvi somom ta’ flus tant sinjifikattivi għall-individwu u, b’mod aggregat, għall-fondi tal-pensjonijiet tal-istat u privati, jagħmel dan is-suġġett iktar sensittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Din hija tabilħaqq karatteristika sinjifikattiva li wieħed jista’ jaraha għaddejja fis-sentenzi li ser jiġu diskussi f’din it-taqsima fir-rigward tal-pensjonijiet. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-każijiet jinvolvu deċiżjonijiet dwar pensjonijiet li ġew adottati <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> li daħlu fis-seħħ regoli ġodda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fatti qodma, liġi ġdida u l-ħtieġa ta’ deċiżjoni ġdida</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Hemm ħafna sentenzi relatati speċifikament mal-pensjonijiet fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li, meta jiġi stabbilit id-dritt għal pensjoni, għandhom jiġu kkunsidrati fatti preċedenti għad-dħul fis-seħħ ta’ regoli ġodda li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni (b’mod partikolari, perijodi ta’ servizz).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għalhekk, pereżempju, il-kawżi Bruno u O’Brien<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Bruno <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑395/08 u C‑396/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:329">EU:C:2010:329</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>O’Brien</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑393/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:110">EU:C:2012:110</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> kienu jirrigwardaw it-trattament ugwali ta’ ħaddiema part-time u full-time, li huwa previst fid-Direttiva 97/81<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE> li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267).</P></NOTE>. F’dawn is-sentenzi l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fid-determinazzjoni ta’ jekk individwu jikkwalifikax għal pensjoni, il-perijodi ta’ servizz part-time preċedenti għad-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva kellhom jiġu kkunsidrati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Bruno <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑395/08 u C‑396/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:329">EU:C:2010:329</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>O’Brien</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑393/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:110">EU:C:2012:110</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fiż-żewġ sentenzi Bruno u O’Brien l-intitolament għal pensjoni kellu jiġi ddeterminat <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> d-dħul fis-seħħ tal-imsemmija direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Fil-kawża O’Brien, fl-2005. Fir-rigward tas-sentenza Bruno, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tikkonfermax dan espliċitament, iżda l-fatt li ebda wieħed mir-rikorrenti ma kien irtirat huwa impliċitu fil-punt 12 tas-sentenza. Fil-konklużjonijiet tagħha fil-kawża Bruno, l-Avukat Ġenerali Sharpston iddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>id-Direttiva 97/81 tirregola l-kalkolu tal-ġimgħat li jikkwalifikaw għat-teħid tal-pensjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, inkwantu l-ebda waħda mir-rikorrenti ma kienet irtirat definittivament qabel ma daħlet fis-seħħ id-direttiva. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi jekk dan huwiex il-każ<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> (konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bruno <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑395/08 u C‑396/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:28">EU:C:2010:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Enfasi miżjuda.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Dan kien il-każ ukoll fil-kawżi Barber<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900517">17 ta’ Mejju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Barber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑262/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:209">EU:C:1990:209</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u Ten Oever<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931006">6 ta’ Ottubru 1993</DATE>, <NAME.CASE>Ten Oever</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑109/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:833">EU:C:1993:833</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, fejn kienet inkwistjoni l-allegata diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess bi ksur tal-Artikolu 119 KE. F’dawn il-kawżi, l-intitolament għal pensjoni ġie ddeterminat <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> d-dħul fis-seħħ tal-Artikolu 119 KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Fil-kawża Ten Oever, id-dritt allegat għall-pensjoni tas-superstiti rriżulta wara l-mewt tal-konjuġi fl-1988. D. Barber kien ingħata s-sensja fl-1980.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fil-kawża Maruko<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Maruko</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑267/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:179">EU:C:2008:179</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> il-kwistjoni kienet iċ-ċaħda ta’ dritt għal pensjoni tas-superstiti li rriżultat minn allegata diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentament sesswali, bi ksur tad-Direttiva 2000/78. Bħal fil-kawża Ten Oever<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931006">6 ta’ Ottubru 1993</DATE>, <NAME.CASE>Ten Oever</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑109/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:833">EU:C:1993:833</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-ġrajja rilevanti seħħet, u d-deċiżjoni l-ġdida (il-mewt tas-sieħeb u d-deċiżjoni li tiġi miċħduda pensjoni tas-superstiti) ittieħdet <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> li skada t-terminu għat-traspożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Maruko</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑267/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:179">EU:C:2008:179</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Il-kawżi Kauer u Duchon kienu effettivament jinvolvu diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ nazzjonalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020207">7 ta’ Frar 2002</DATE>, <NAME.CASE>Kauer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑28/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:82">EU:C:2002:82</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020418">18 ta’ April 2002</DATE>, <NAME.CASE>Duchon</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑290/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:234">EU:C:2002:234</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dawn il-kawżi, ir-rikorrenti applikaw għal pensjoni fl-Awstrija <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> l-adeżjoni u talbu li ċerti fatti li seħħew fi Stati Membri oħra u qabel l-adeżjoni jittieħdu inkunsiderazzjoni (fil-kawża Kauer, perijodi tat-trobbija tat-tfal fil-Belġju, u fil-kawża Duchon, każ ta’ inċident relatat max-xogħol fil-Ġermanja li wassal għal inkapaċità).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fil-qosor, il-każijiet imsemmija hawn fuq dwar il-pensjonijiet kollha jinvolvu sitwazzjonijiet fejn fatti preċedenti għal-liġi l-ġdida huma kkunsidrati fl-adozzjoni ta’ deċiżjoni <HT TYPE="ITALIC">posterjuri</HT> għal-liġi l-ġdida. Dan jaqbel perfettament max-xejra ġenerali tal-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq: hemm sitwazzjoni fattwali għaddejja li fir-rigward tagħha għandha ssir evalwazzjoni legali ġdida wara d-dħul fis-seħħ ta’ liġi ġdida. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, huwa għal kollox loġiku, b’mod partikolari fil-kuntest tas-sigurtà soċjali, li jiġu kkunsidrati l-elementi fattwali rilevanti kollha li ġew qabel il-liġi l-ġdida.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni, din il-ġurisprudenza, fil-fehma tiegħi, ma tistax tiġi trasposta għal dan il-każ, fejn il-fatti, il-liġi applikabbli, kif ukoll id-deċiżjoni amministrattiva nnifisha jippreċedu l-liġi l-ġdida. L-uniċi elementi posterjuri għal-liġi l-ġdida huma l-ħlasijiet ta’ pensjoni li jingħataw lill-appellant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Dan huwa iktar u iktar il-każ għaliex id-deċiżjoni allegatament diskriminatorja f’din il-kawża tinvolvi l-evalwazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi għal fatti li fihom innifishom ma humiex relatati <HT TYPE="ITALIC">direttament</HT> mal-intitolament għall-pensjoni jew mal-kalkolu tal-pensjoni. L-allegata diskriminazzjoni tirrigwarda deċiżjoni dixxiplinari li, wara li kkonfermat il-ħtija tal-appellant, imponiet sanzjoni dixxiplinari doppja fuqu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Il-parti operattiva ta’ dik id-deċiżjoni hija riprodotta iktar ’il fuq fil-punt 19.</P></NOTE>. Ovvjament ma hemm l-ebda dubju li din id-deċiżjoni kellha riperkussjonijiet fuq il-pensjoni tal-appellant<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara l-punti 21 u 22 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Madankollu, kuntrarjament għall-każijiet diskussi f’din it-taqsima, il-kawża ineżami ma tinvolvix, pereżempju, kundizzjonijiet oġġettivi ta’ intitolament li jirrigwardaw sitwazzjonijiet personali jew perijodi ta’ servizz. Minflok, din tikkonċerna deċiżjoni dixxiplinari sottostanti u separata dwar sett speċifiku ta’ fatti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Pensjonijiet eżistenti, liġi ġdida u sitwazzjonijiet kurrenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Is-sentenza fil-kawża Römer<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110510">10 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Römer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑147/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:286">EU:C:2011:286</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li kienet iċċitata mill-partijiet kollha, ma tantx taqbel daqshekk tajjeb mal-approċċ imsemmi iktar ’il fuq. Għaldaqstant ta’ min jikkunsidraha f’iktar dettall.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>F’dik il-kawża, ir-rikorrent kien fil-fatt diġà rtirat u kien jieħu l-pensjoni tiegħu meta fl-2001 (b’hekk qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzoni tad-Direttiva 2000/78) huwa daħal f’unjoni tul il-ħajja mas-sieħeb tiegħu. J. Römer kien miċħud il-klassifikazzjoni fiskali li normalment kienet tiġi applikata f’każ ta’ żwieġ (eterosesswali)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>B’mod aktar speċifiku, il-klassifikazzjoni fiskali tad-dħul nett nozzjonali użat sabiex tiġi kkalkolata l-pensjoni.</P></NOTE>, u kieku kien jirċievi ħlasijiet tal-pensjoni ogħla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment ddeċidiet li, sa fejn kien hemm diskriminazzjoni, J. Römer seta’ jitlob trattament fiskali ugwali <HT TYPE="ITALIC">sa mill-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni</HT> tad-Direttiva 2000/78. B’kuntrast mal-kawżi l-oħra li ċċitajt iktar ’il fuq, madankollu, fil-kawża Römer id-dritt tar-rikorrent għal pensjoni ġie deċiż qabel ma r-regoli l-ġodda daħlu fis-seħħ. Il-kwistjoni kienet dwar id-<HT TYPE="ITALIC">diskriminazzjoni li kienet għadha għaddejja</HT> fir-rigward ta’ pagamenti sussegwenti u l-pożizzjoni fiskali tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Madankollu, dak il-każ huwa differenti minn dak preżenti, b’mod partikolari għal żewġ raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, huwa minnu li l-pożizzjoni tat-taxxa ta’ J. Römer kienet ġiet iddeterminata qabel l-iskadenza tal-perijodu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/78, u b’hekk f’dan is-sens kienet deċiżjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>finali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Madankollu, huwa wkoll il-każ li l-liġi nazzjonali rilevanti kienet tipprevedi <HT TYPE="ITALIC">reviżjoni</HT> tat-trattament fiskali fil-każ ta’ <HT TYPE="ITALIC">bidla fiċ-ċirkustanzi personali</HT>. Għalhekk, kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja, taħt il-liġi nazzjonali applikabbli <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>jekk il-kundizzjonijiet [għal klassifikazzjoni tat-taxxa iktar favorevoli] ikunu sodisfatti biss wara li tibda titħallas il-pensjoni ta’ rtirar, għandha, jekk il-persuna kkonċernata titlob dan, tiġi applikata din l-aħħar dispożizzjoni minn din id-data<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110510">10 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Römer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑147/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:286">EU:C:2011:286</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fil-kawża Römer kien hemm għalhekk mekkaniżmu għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ġodda, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni bidliet fiċ-ċirkustanzi personali li jkunu ġodda u li jkunu rilevanti għall-finijiet ta’ kalkoli ta’ sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>It-tieni nett, u b’mod iktar fundamentali, apparti l-klawżola ta’ reviżjoni msemmija iktar ’il fuq, is-sentenza Römer tikkonċerna l-mod li bih regoli ġodda (id-Direttiva 2000/78) jistgħu japplikaw għas-<HT TYPE="ITALIC">sitwazzjoni personali kurrenti</HT> ta’ individwu, sabiex tiġi eżaminata mill-ġdid <HT TYPE="ITALIC">deċiżjoni fuq id-drittijiet għall-pensjoni tagħhom</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Dan huwa, fl-opinjoni tiegħi, kompletament differenti mit-tip ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> li l-appellant sostna f’din il-kawża. F’din il-kawża, dak li huwa propost ma huwiex it-teħid inkunsiderazzjoni (previst legalment) ta’ ċirkustanzi personali għal aġġustament futur, iżda reviżjoni fid-dawl ta’ dispożizzjonijiet ġodda ta’ <HT TYPE="ITALIC">sett magħluq ta’ fatti</HT> li seħħew ħafna snin ilu u <HT TYPE="ITALIC">deċiżjoni dixxiplinari</HT> meħuda fir-rigward tagħhom, bl-għan li jinbidlu l-effetti konsegwenzjali fuq id-drittijiet għall-pensjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Eċċezzjonijiet għar-regola?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Huwa minnu li hemm sentenzi iżolati tal-Qorti tal-Ġustizzja fejn id-deċiżjoni dwar l-għoti ta’ pensjoni u l-fatti rilevanti kollha jidhru li seħħew qabel ir-regoli l-ġodda. Fi kliem ieħor, ittieħdet deċiżjoni li tagħti (jew le) pensjoni u dwar il-livell tal-intitolament, iżda apparentement jiġu invokati regoli ġodda sabiex din id-deċiżjoni tiġi eżaminata mill-ġdid, mingħajr ma kien hemm fatti ġodda jew kwalunkwe bidla fiċ-ċirkustanzi personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Madankollu, dawn is-sentenzi huma fil-prattika rari u, b’eżami iktar mill-qrib, dawn jistgħu jiġu distinti faċilment. Fis-sentenza P.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19810205">5 ta’ Frar 1981</DATE>, <NAME.CASE>P. vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>40/79</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:32">EU:C:1981:32</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> ir-rikorrenti kienet iddivorzjata minn uffiċjal tal-Kummissjoni. Meta l-uffiċjal miet, P. ma kellha l-ebda dritt għal pensjoni tas-superstiti għaliex il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>ħtija<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> għal divorzju ma kinitx tqegħdet biss fuq ir-raġel iddeċedut. Ftit xhur biss wara l-mewt, daħlu fis-seħħ regoli ġodda, skont liema P. <HT TYPE="ITALIC">kieku kien ikollha</HT> dritt għall-pensjoni tas-superstiti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Essenzjalment, il-kundizzjoni li l-mejjet biss kellu l-ħtija tneħħiet u kundizzjoni ġdida, li <HT TYPE="ITALIC">mhux</HT> is-superstiti biss kellu ħtija, ħadet postha.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja effettivament applikat ir-regoli l-ġodda, li ħolqu dritt għal P. għal pensjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawk ir-regoli l-ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fil-kawża P. kien hemm madankollu xi karatteristiċi partikolari. Il-Kummissjoni fil-fatt argumentat bil-qawwa favur l-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda (hija kkontestat il-ħlas ta’ pensjoni għal raġunijiet oħra). Istituzzjonijiet oħra applikaw ir-regoli b’effett immedjat, u li kieku dan ma sarx, dan kien jirriżulta, skont il-Kummissjoni, f’diskriminazzjoni bejn l-uffiċjali. Barra minn hekk, id-deċiżjoni inizjali ta’ ċaħda ta’ pensjoni lil P. kienet fil-prattika meħuda xi jiem <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> li r-regoli l-ġodda daħlu fis-seħħ (minkejja li l-mewt tal-ex raġel tagħha seħħet qabel).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fil-kawża Brock, ir-rikorrent kien ingħata pensjoni ta’ invalidità fl-1958. Fl-1961 din ġiet ittrasformata f’pensjoni tax-xjuħija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19700414">14 ta’ April 1970</DATE>, <NAME.CASE>Brock</NAME.CASE> (<NO.CASE>68/69</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1970:24">EU:C:1970:24</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-kwistjoni essenzjalment kienet jekk japplikawx ir-regoli l-ġodda li jeħtieġu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet fi Stati Membri oħra u li daħlu fis-seħħ fl-<DATE ISO="19640101">1 ta’ Jannar 1964</DATE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fl-affermattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi huwa sinjifikattiv li f’dak il-każ il-leġiżlazzjoni rilevanti inkludiet dispożizzjoni li <HT TYPE="ITALIC">espliċitament ipprevediet reviżjoni tal-pensjonijiet li ġew ikkalkolati qabel id-dħul fis-seħħ</HT> ta’ din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Madankollu, l-iktar element importanti li jiddistingwi l-kawżi P. u Brock minn din il-kawża huwa li d-deċiżjonijiet rilevanti f’dawn il-kawżi kienu jikkonċernaw l-evalwazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">kundizzjonijiet għall-għoti tal-pensjoni taħt id-dispożizzjonijiet legali ġodda</HT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Dan huwa ovvjament differenti mill-<HT TYPE="ITALIC">evalwazzjoni ta’ aġir fil-passat skont dispożizzjonijiet legali ġodda</HT>, għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ kemm kienu jkunu differenti deċiżjoni (dixxiplinari) u l-effetti konsegwenzjali tagħha fuq id-drittijiet għall-pensjoni sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>B’hekk, pereżempju, fil-kawża P., id-divorzjata ma talbitx l-evalwazzjoni mill-ġdid tad-divorzju tagħha, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-ex raġel tagħha kienx unikament responsabbli. Fil-kawża Brock, il-parti li ġarrbet invalidità ma talbitx evalwazzjoni mill-ġdid taċ-ċirkustanzi tal-inċident tiegħu sabiex jiġi ddeterminat jekk jistax jiġi kklassifikat bħala inċident fuq il-post tax-xogħol. Kwalunkwe deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà għad-divorzju jew dwar l-inċident kienet finali, kif kienet finali wkoll id-deċiżjoni dixxiplinari f’din il-kawża ineżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fi ftit kliem, sentenzi bħal P. u Brock tassew għandhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>togħma retroattiva iktar qawwija<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> mal-ewwel daqqa ta’ għajn minn każijiet oħra, bħalma huma dawk diskussi iktar ’il fuq. Madankollu, minbarra l-fatt li huma każijiet relattivament qodma u iżolati, dawn is-sentenzi jistgħu jiġu distinti b’mod ċar minn din il-kawża. Fi kwalunkwe każ, fil-fehma tiegħi huwa ċar li tali sentenzi ma jistgħux jinqraw fis-sens li l-adozzjoni ta’ kwalunkwe regoli ġodda tagħti lok għal dritt assolut li kwalunkwe deċiżjoni amministrattiva sottostanti u preċedenti, li altrimenti tkun saret definittiva, tiġi rreveduta fid-dawl ta’ dawn ir-regoli ġodda u sabiex isiru aġġustamenti korrispondenti għall-ħlas tal-pensjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">d)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dispożizzjonijiet tranżitorji</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, linja ġurisprudenzjali oħra fil-kuntest tal-pensjoni li ta’ min tiġi indirizzata tirrigwarda d-Direttiva 79/7/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Direttiva tal-Kunsill tad-<DATE ISO="19781219">19 ta’ Diċembru 1978</DATE> dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5,Vol. 1, p. 215).</P></NOTE>. Din id-direttiva titlob lill-Istati Membri jimplimentaw il-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali. Bħala parti minn dan il-proċess, l-Istati Membri biddlu r-regoli nazzjonali dwar il-benefiċċji sabiex titneħħa d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Dawn il-bidliet leġiżlattivi wasslu għal numru ta’ rinviji għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Sa fejn huwa rilevanti hawnhekk, il-kawżi kienu jikkonċernaw rikorrenti nisa li, fuq il-bażi ta’ regoli nazzjonali diskriminatorji, kienu ġew irrifjutati benefiċċji tas-sigurtà soċjali minn deċiżjoni adottata <HT TYPE="ITALIC">qabel it-terminu għat-traspożizzjoni</HT> tad-Direttiva 79/7. Huma effettivament riedu jiksbu dawn il-benefiċċji <HT TYPE="ITALIC">wara t-terminu għat-traspożizzjoni</HT> billi jiġu applikati r-regoli mhux diskriminatorji ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Is-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja repetutament ikkonfermaw li l-effetti ta’ diskriminazzjoni kellhom jitneħħew wara l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni. Madankollu, jekk jiġu eżaminati iktar mill-qrib, għal darba oħra, dawn il-kawżi huma differenti ħafna minn dik ineżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Pereżempju, fis-sentenza Borrie Clarke<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19870624">24 ta’ Ġunju 1987</DATE>, <NAME.CASE>Borrie Clarke</NAME.CASE> (<NO.CASE>384/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:309">EU:C:1987:309</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-liġi nazzjonali imponiet kundizzjoni addizzjonali fuq in-nisa meta japplikaw għal pensjoni tal-invalidità, meta mqabbla mal-irġiel (l-inabbiltà li jagħmlu x-xogħol tad-dar). Ir-rikorrenti ma kinitx tissodisfa din il-kundizzjoni addizzjonali u t-talba tagħha għal pensjoni ġiet miċħuda fl-1983. Sabiex tikkonforma mad-Direttiva 97/7, il-liġi nazzjonali sussegwentement inbidlet. Il-pensjoni tal-invalidità ġiet issostitwita b’allowance ta’ diżabbiltà u ġew imposti kundizzjonijiet ġodda, li kienu l-istess għaż-żewġ sessi. Madankollu, bħala parti mit-tranżizzjoni, persuni li kienu ngħataw pensjonijiet tal-invalidità qabel il-liġi l-ġdida awtomatikament rċevew allowance ta’ diżabbiltà mingħajr il-ħtieġa li jiġu ssodisfatti il-kundizzjonijiet il-ġodda. Id-dispożizzjonijiet tranżitorji b’hekk effettivament affermaw mill-ġdid u pperpetwaw id-diskriminazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>jekk, mill-[iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni], raġel fl-istess pożizzjoni bħal mara kien awtomatikament intitolat għal allowance għal diżabbiltà severa ġdida taħt id-dispożizzjonijiet tranżitorji msemmijin mingħajr ma jkollu għalfejn jistabbilixxi d-drittijiet tiegħu mill-ġdid, mara kienet intitolata wkoll għal din l-allowance mingħajr ma jkollha għalfejn tissodisfa kundizzjoni addizzjonali applikabbli qabel dik id-data esklużivament għal nisa miżżewġa<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19870624">24 ta’ Ġunju 1987</DATE>, <NAME.CASE>Borrie Clarke</NAME.CASE> (<NO.CASE>384/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:309">EU:C:1987:309</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, is-sitwazzjoni fis-sentenza Borrie Clarke hija simili għal kawżi oħra dwar il-pensjonijiet diġà diskussi iktar ’il fuq fit-Taqsima (a). Id-dispożizzjonijiet tranżitorji effettivament kienu jikkostitwixxu applikazzjoni ġdida (jew tal-inqas tiġdid tad-deċiżjoni mgħoddija skont il-liġi l-ġdida) tar-regoli diskriminatorji għall-futur. B’riżultat ta’ dan, din il-linja ta’ ġurisprudenza wkoll tista’ tiġi distinta b’mod ċar mill-kawża ineżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>L-istess tip ta’ sitwazzjoni tista’ tiġi identifikata f’sentenzi oħrajn, għalkemm relatati ma’ tipi differenti ta’ benefiċċji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880308">8 ta’ Marzu 1988</DATE>, <NAME.CASE>Dik <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>80/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:133">EU:C:1988:133</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Relazzjonijiet li għadhom għaddejjin</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha, il-Kummissjoni rreferiet ukoll għall-kawża Österreicher Gewerkschaftsbund<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001130">30 ta’ Novembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Österreichischer Gewerkschaftsbund</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑195/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:655">EU:C:2000:655</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> billi għamlet xebh mad-diskriminazzjoni li għadha għaddejja rigward il-ħlas tas-salarji mensili. Dan jaqbel mal-argumenti tal-appellant, li repetutament jirreferi għad-diskriminazzjoni li għadha għaddejja fil-forma ta’ ħlasijiet tal-pensjoni mnaqqsa, li jsiru fuq bażi regolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Sa fejn ir-riferiment għal din il-ġurisprudenza jista’ jiġi kkunsidrat bħala li jappoġġja argument differenti minn dak eżaminat fit-taqsima preċedenti, ma narax kif dan jista’ jgħin il-pretensjonijiet magħmula mill-appellant. Fil-fehma tiegħi, din il-ġurisprudenza hija, għal darba oħra, sempliċiment differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Fil-kawża Österreicher Gewerkschaftsbund<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001130">30 ta’ Novembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Österreichischer Gewerkschaftsbund</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑195/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:655">EU:C:2000:655</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, għall-finijiet tal-kalkolu tal-pagi għal għalliema b’kuntratt, id-dritt Awstrijak kien jikkunsidra kompletament l-esperjenza preċedenti fit-tagħlim miksuba fl-Awstrija. Esperjenza fit-tagħlim fi Stati Membri oħra kienet tiġi kkunsidrata biss b’mod limitat. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din il-limitazzjoni kienet tmur kontra l-moviment liberu tal-ħaddiema. Hija ddeċidiet ukoll li, sabiex tirrimedja d-diskriminazzjoni, l-esperjenza ta’ tagħlim fi Stati Membri oħra kellha tiġi kkunsidrata kompletament, anki jekk din inkisbet <HT TYPE="ITALIC">qabel l-adeżjoni tal-Awstrija</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Is-sentenza Österreicher Gewerkschaftsbund hija fil-fatt waħda minn numru ta’ sentenzi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja effettivament iddeċidiet li, f’relazzjonijiet ta’ impjieg, fatti preċedenti għad-dħul fis-seħħ ta’ regoli ġodda jista’ jkun hemm bżonn li jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-paga għall-impjegati jekk huma rilevanti għal din l-evalwazzjoni taħt l-ordinament ġuridiku ġdid<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Köbler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑224/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑371/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:668">EU:C:2006:668</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Hütter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑88/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:381">EU:C:2009:381</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’hekk, pereżempju, f’serje ta’ kawżi li jibdew bis-sentenza Hütter, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-regoli Awstrijaċi li kienu jqisu l-esperjenza professjonali miksuba qabel l-età ta’ 18-il sena fl-iffissar<?PAGE NO="17"?> tal-gradi tal-paga tal-uffiċjali tas-servizz pubbliku kienu jiksru l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età skont id-Direttiva 2000/78<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Hütter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑88/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:381">EU:C:2009:381</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150128">28 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Starjakob</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑417/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:38">EU:C:2015:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180314">14 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Stollwitzer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑482/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:180">EU:C:2018:180</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-gradi ta’ ħlas kellhom jiġu aġġustati sabiex titneħħa d-diskriminazzjoni, inkluż fejn l-esperjenza rilevanti kienet miksuba qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi ma huwiex possibbli li jsir paragun dirett bejn każijiet bħal dawn, li jinvolvu aġġustamenti tas-salarji sabiex jinstab rimedju għad-diskriminazzjoni u każijiet bħal dan inkwistjoni għal raġuni sempliċi: ir-relazzjoni ta’ impjieg f’każijiet bħal Österreicher Gewerkschaftsbund kienet waħda li kienet <HT TYPE="ITALIC">għaddejja</HT>, bi drittijiet u obbligi reċiproċi attwali. L-impjegat għandu grad jew pożizzjoni u numru speċifiku ta’ snin ta’ esperjenza rilevanti, li jintużaw kull xahar bħala bażi għall-kalkolu tas-salarju tiegħu. Għaldaqstant, hemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>tiġdid<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> kull xahar, jiġifieri applikazzjoni mġedda tal-liġijiet eżistenti għall-finijiet ta’ kalkoli ta’ salarju xieraq, li jeħtieġ aġġustamenti kontinwi fid-dawl ta’ liġi ġdida u ta’ tibdil fis-sitwazzjoni personali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Jekk wieħed isegwi għal darba oħra r-regoli ġenerali li l-kontenut speċifiku tad-drittijiet u l-obbligi reċiproċi f’relazzjonijiet legali li għadhom għaddejjin, bħal pereżempju kuntratti konklużi taħt ir-reġim legali preċedenti, ikollhom jiġu <HT TYPE="ITALIC">prospettivament</HT> immodifikati sabiex jikkonformaw mal-liġi l-ġdida - ara iktar, pereżempju, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Nemec</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑256/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:619">EU:C:2016:619</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, point 41).</P></NOTE>. Dan huwa tabilħaqq f’ċertu mod simili għax-xenarju fil-kawża Römer, fejn dispożizzjonijiet leġiżlattivi speċifiċi dwar bidla fis-sitwazzjoni personali tar-rikorrent ippermettew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>tiġdid<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> simili<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Iktar ’il fuq, punti 67 sa 74.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>B’kuntrast, f’każijiet bħal dan ineżami, ir-relazzjoni tal-impjieg kienet intemmet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Id-digriet tar-rinviju jispjega li, teknikament, ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>relazzjoni ta’ impjieg fis-servizz<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> kienet inbidliet f’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>relazzjoni ta’ impjieg b’pensjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>. Il-punt huwa li l-uffiċjal tas-servizz pubbliku ma kienx għadu fis-servizz.</P></NOTE>, id-drittijiet għall-pensjoni kollha kienu ġew akkumulati ferm qabel dak iż-żmien u deċiżjoni dixxiplinari fuq it-tnaqqis ta’ 25 % kienet ittieħdet fl-1975 fuq il-bażi ta’ avvenimenti fil-passat u saret definittiva. L-effetti prattiċi ta’ din id-deċiżjoni għadhom jinħassu, kif jista’ jkun il-każ għal kwalunkwe u kull avveniment li seħħ fil-passat, iżda ma għadx hemmx relazzjoni li għadha għaddejja li tkun teħtieġ evalwazzjoni (mill-ġdid) taħt il-liġi l-ġdida. Ma hemm l-ebda fatti tal-passat kontinwament rilevanti. F’dan is-sens, l-effetti ġuridiċi ta’ fatti tal-passat tassew ġew eżawriti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-ftuħ mill-ġdid ta’ deċiżjonijiet tal-passat</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, sabiex tiġi pprovduta stampa kompluta, ta’ min iżid li hemm ukoll, skont id-dritt tal-Unjoni, minbarra r-regoli dwar l-applikabilità <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ regoli ġodda għal fatti tal-passat u/jew għal relazzjonijiet legali li jkunu għadhom għaddejjin, id-dmir limitat tal-ftuħ mill-ġdid ta’ deċiżjonijiet tal-passat jekk ikunu inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tenfasizza l-importanza tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> għal raġunijiet tal-istabbiltà tad-dritt u tar-relazzjonijiet legali, kif ukoll l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. Deċiżjonijiet li jkunu saru finali wara li jkunu ġew eżawriti d-drittijiet kollha ta’ appell jew wara li jiskadu t-termini previsti f’dan ir-rigward ma jkunux jistgħu jiġu kkontestati iktar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151111">11 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Klausner Holz Niedersachsen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑505/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:742">EU:C:2015:742</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Dan huwa minnu anki meta, jekk isir dan, qorti nazzjonali tkun tista’ tirrimedja ksur tad-dritt tal-Unjoni bid-deċiżjoni inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990601">1 ta’ Ġunju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Eco Swiss</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑126/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:269">EU:C:1999:269</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060316">16 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>Kapferer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑234/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:178">EU:C:2006:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Huwa veru li deċiżjonijiet finali jistgħu jerġgħu jinfetħu, iżda dan huwa l-każ biss jekk ikun hemm ċirkustanzi tassew eċċezzjonali. Dawn iċ-ċirkustanzi jinkludu l-fatt li d-dritt tal-Unjoni ġie interpretat b’mod żbaljat, mingħajr ma tkun saret talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, u li l-persuna kkonċernata tkun ilmentat lill-korp amministrattiv hekk kif saret taf b’din id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Dawn iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali huma kkunsidrati fis-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040113">13 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Kühne &amp; Heitz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑453/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:17">EU:C:2004:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Lucchini</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑119/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:434">EU:C:2007:434</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Madankollu, indipendentement mill-kwistjoni dwar fejn eżattament ikun il-limitu ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>eċċezzjonalità<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, id-denominatur komuni għal dawk il-ftit każijiet fejn tali obbligu kien impost kien naturalment li l-inkompatibbiltà <HT TYPE="ITALIC">kienet diġà teżisti</HT> fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni fuq livell nazzjonali. B’hekk, id-deċiżjoni oriġinali kienet diġà tikser id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, f’dan il-każ, fiż-żmien meta ġew adottati d-deċiżjonijiet rilevanti (kemm id-deċiżjoni dixxiplinari kif ukoll id-deċiżjoni li tat pensjoni lill-appellant) l-Awstrija ma kinitx Stat Membru, u d-Direttiva 2000/78 kienet għadha ma ġietx adottata. Barra minn hekk, skont il-Gvern Awstrijak, fehma li l-appellant ma jikkontradixxix, id-deċiżjoni dixxiplinari kienet kompatibbli mal-liġi nazzjonali meta ġiet adottata fl-1974.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Għalhekk ma hemm l-ebda ċirkustanza eċċezzjonali li tiġġustifika l-ftuħ mill-ġdid ta’ deċiżjonijiet amministrattivi finali f’dan il-każ, u inqas u inqas li tista’ tiġġustifika regola iktar ġenerali u estensiva dwar l-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tad-dritt tal-Unjoni mmirata sabiex jinkiseb l-istess riżultat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">5.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Applikazzjoni għal din il-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Il-konklużjonijiet ewlenin li jiena nislet mid-diversi linji ta’ ġurisprudenza msemmija iktar ’il fuq huma dawn li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-effetti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ liġi ġdida fuq drittijiet għall-pensjoni hija ffukata ferm fuq sitwazzjonijiet fejn l-intitolament għall-pensjoni ġie deċiż <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> li daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-ġurisprudenza dwar relazzjonijiet (ta’ impjiegi) li għadhom għaddejjin u l-aġġustament tal-gradi tal-pagi u s-salarji mensili ma tistax tiġi trasposta għall-ħlas ta’ pensjonijiet, ikkalkolati u diġà mħallsa (ferm) qabel daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>It-tielet nett, ma hemmx bażi soda fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-proposta estensiva li l-effetti li jibqgħu għaddejjin fuq il-ħlasijiet tal-pensjoni ta’ deċiżjonijiet amministrattivi, li saru definittivi <HT TYPE="ITALIC">qabel</HT> id-dħul fis-seħħ tal-liġi l-ġdida, għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid, filwaqt li jitiqies il-mod kif il-liġi l-ġdida kienet tkun applikata. Barra minn hekk, proposta bħal din tmur kontra ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-<HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Jien diġà pprovajt niddistingwi din il-kawża u nispjega għaliex ma taqax taħt xi waħda minn dawk il-kategoriji f’kull waħda mit-taqsimiet rilevanti ta’ hawn fuq. Fi ftit kliem, nikkunsidra li f’din il-kawża l-irtirar obbligatorju u l-iffissar ta’ drittijiet għall-pensjoni mnaqqsa kienu diġà saru <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>sitwazzjoni definittiva<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq fil-punt 46 qabel ma skada l-perijodu tranżitorju tad-Direttiva 2000/78. Il-ħlas li għadu jsir ta’ pensjoni lill-appellant ma jistax jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>effetti futuri<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> ta’ sitwazzjoni li qamet qabel din id-direttiva, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’tali mod li l-imsemmija effetti għandhom ikunu preklużi jew immodifikati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni dixxiplinari kienet diġà ġiet appellata mingħajr suċċess fis-snin sebgħin. Il-kwistjoni legali tal-istatus tal-appellant bħala uffiċjal tal-pulizija rtirat u t-tnaqqis tal-pensjoni tiegħu kienu ġew irregolati sa dak iż-żmien. L-appellant ilu jieħu l-pensjoni tiegħu mill-1976. Ma hemm l-ebda deċiżjoni ġdida li ttieħdet jew li jkollha tittieħed wara l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatti kollha rilevanti f’dan il-każ, li kienu l-bażi tad-deċiżjoni dixxiplinari, seħħew fis-snin sebgħin. Għaldaqstant, b’differenza minn dak li ġara fil-kawża Römer, bħalissa ma jeżistu l-ebda fatti marbuta mas-sitwazzjoni personali li għadha għaddejja tal-appellant li huma suġġetti għal evalwazzjoni mill-ġdid skont id-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>Ma nqisx li sentenzi bħal Brock u P. jistgħu jservu bħala bażi għall-proposta ġenerali li hemm dritt għal reviżjoni tal-ħlasijiet tal-pensjoni, li jikkonsisti f’applikazzjoni retroattiva ta’ regoli ġodda għal deċiżjoni li kienet teżisti preċedentement li taffettwa l-intitolament għal dawn il-ħlasijiet u l-livell tagħhom. Barra minn hekk, is-sentenzi Brock u P., fil-fehma tiegħi, huma differenti ħafna minn din il-kawża. F’dawn iż-żewġ kawżi d-deċiżjoni amministrattiva li kienet diġà teżisti ttieħdet b’applikazzjoni ta’ għadd ta’ kundizzjonijiet pjuttost speċifiċi u oġġettivi fir-rigward tal-intitolament għall-pensjoni u tal-livell tagħha. Dak jikkuntrasta mal-kawża preżenti, fejn dak li qed jiġi propost huwa effettivament repetizzjoni ta’ proċedura dixxiplinari minn 40 snin ilu fid-dawl ta’ regoli ġodda dwar id-diskriminazzjoni u evalwazzjoni kwalitattiva ta’ jekk u kif dik id-deċiżjoni kinitx tinbidel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>Fis-sottomissjonijiet tiegħu, l-appellant insista fuq in-natura li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>għadha għaddejja<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> tad-diskriminazzjoni fil-forma ta’ pagamenti fix-xahar mnaqqsa. Madankollu, mid-diskussjoni tal-każijiet dwar relazzjonijiet legali li attwalment għadhom għaddejjin u dwar il-ħtieġa tal-aġġustament gradwali tagħhom fid-dawl tar-regoli l-ġodda, bħas-sentenzi Österreicher Gewerkschaftsbund jew Römer, huwa ċar li s-sempliċi fatt li jiġi rċevut pagament kull xahar abbażi ta’ deċiżjonijiet finali mill-1975 u mill-1976 ma jeħtieġ l-ebda evalwazzjoni ġdida ta’ xi fatt rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Dak li fil-fatt huwa mitlub f’din il-kawża hija evalwazzjoni ġdida ta’ deċiżjoni dixxiplinari finali sottostanti, bl-applikazzjoni ta’ standards ġodda ta’ nondiskriminazzjoni għad-determinazzjoni tal-effetti konsegwenzjali fuq il-pagamenti tal-pensjoni ta’ kull xahar. In-natura vera ta’ dak li qiegħed jiġi mitlub hija forsi deskritta l-aħjar mill-kliem Ġermaniż tal-aħħar sentenza tal-ewwel domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju, li tirreferi għall-adozzjoni ta’ tip ġdid ta’ deċiżjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>gedachte<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> li, kieku kellha tiġi adottata fiż-żmien meta d-Direttiva 2000/78 kienet fis-seħħ, kienet tikser din id-direttiva. <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>Gedachte<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> tista’ tabilħaqq tiġi tradotta bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>nozzjonali<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, iżda t-tifsira vera tagħha fil-kuntest attwali hija pjuttost (kompletament) <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>immaġinarja<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, f’każ bħal dan ineżami, huwa ċar li d-dritt tal-Unjoni ma jagħtix lill-individwi dritt li jitolbu r-reviżjoni, fid-dawl ta’ kwalunkwe liġi ġdida, ta’ kull deċiżjoni amministrattiva meħuda fir-rigward tagħhom matul ħajjithom, u li għandha jew li seta’ kellha impatt negattiv fuq il-pensjoni tagħhom (jew benefiċċji oħra). Ma hemm sempliċiment l-ebda bażi fid-dritt tal-Unjoni għal proposta daqshekk wiesgħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, sabiex jingħata kreditu sħiħ lill-argumenti mressqa mill-appellanti, hemm, parzjalment marbuta ma’ xulxin iżda wkoll parzjalment indipendenti mill-argument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>tekniku<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> dwar l-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ regoli ġodda, l-argument <HT TYPE="ITALIC">morali</HT> ferm iktar profond preżenti fis-sottomissjonijiet magħmula mill-appellant. Jekk jitqies separatament, kif fil-fatt issuġġerit mill-appellanti matul is-seduta, dan l-argument morali isir fil-biċċa l-kbira indipendenti minn kwalunkwe reviżjoni ta’ deċiżjoni dixxiplinari mill-1975. Dak li l-Awstrija imbagħad tiġi kkritikat għalih ma jkunx in-nuqqas li tirrevedi l-imgħoddi, imma n-nuqqas sabiex b’mod attiv u b’mod prospettiv tikkumpensa għall-aġir ħażin tal-passat, wara l-2003, meta d-Direttiva 2000/78 kienet diġà fis-seħħ u sentenzi mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kienu ngħataw kontra<?PAGE NO="20"?> l-Awstrija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nerġa’ ngħid sempliċement li ma nara l-ebda tali obbligu li jirriżulta bħala <HT TYPE="ITALIC">kwistjoni tad-dritt tal-Unjoni</HT>. L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/78, li jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jadottaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi huwa loġikament marbut mal-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, deċiżjonijiet amministrattivi huma adottati f’kuntesti speċifiċi għaż-żmien tagħhom. L-oqfsa kriminali, dixxiplinari u morali fl-Awstrija, kif ukoll fi bnadi oħra fl-Ewropa, inibdlu b’mod kunsiderevoli mill-1975 lil hawn. Għalhekk, pereżempju, fl-Awstrija, sanzjonijiet dixxiplinari issa jiġu imposti biss fuq uffiċjali tal-pulizija li l-atti tagħhom jimminaw il-kunfidenza pubblika fil-pulizija. Madankollu, kundanni kriminali jwasslu għal tkeċċija awtomatika, u għandi nifhem mingħajr ebda dritt għal pensjoni. L-età tal-kunsens fl-Awstrija issa hija ta’ 14-il sena kemm għal persuni omosesswali u kemm għal persuni eterosesswali. Madankollu, hemm ukoll eċċezzjonijiet espliċiti għal tfal taħt l-età ta’ 16-il sena li huma kkunsidrati bħala mhux maturi biżżejjed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117.</NO.P><TXT>Fi ftit kliem, il-moralità hija bersall li jiċċaqlaq. Barra minn hekk, l-argumenti morali ħafna drabi jkollhom vantaġġi u żvantaġġi. F’każijiet fattwalment kumplessi, li jinvolvu l-ħtieġa li jingħataw sentenzi morali multipli, bħal dan ineżami, huma jistgħu jkollhom żewġ aspetti. B’hekk, apparti minn sitwazzjonijiet estremi ta’ nuqqas ta’ rispett ovvju u sfaċċat għall-valuri bażiċi tal-umanità, li jista’ jingħad li jiskatta l-obbligu morali sabiex jiġu rrimedjati l-inġustizzji tal-passat irrispettivament miż-żmien<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Meta jintlaħaq tali grad ta’ tensjoni insopportabbli bejn il-ġustizzja u ċ-ċertezza legali din tal-aħħar trid iċċedi għal tal-ewwel u l-liġi proposta (żbaljata) inkwistjoni ddikjarata <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT> ineżistenti – Gustav Radbruch, Gesetzliches Unrecht und übergesetzliches Recht, <HT TYPE="ITALIC">Süddeutsche Juristen-Zeitung</HT>, 1946, volum 1, ħarġa 5, paġni 105 sa 108.</P></NOTE>, is-soċjetajiet u l-liġijiet tagħhom għandhom jitħallew jevolvu gradwalment, bl-imgħoddi jibqa’ l-imgħoddi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">6.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni dwar l-ewwel domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti nipproponi li r-risposta għall-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju tkun kif ġej:</TXT><P>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/78 ma jipprekludix iż-żamma tal-pożizzjoni legali maħluqa permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva, li saret finali skont id-dritt nazzjonali, fil-qasam tal-liġi li tirregola azzjoni dixxiplinari fis-servizz pubbliku (deċiżjoni dixxiplinari), li tirtira obbligatorjament u li t-tnaqqas il-benefiċċji tal-pensjoni ta’ uffiċjal fis-servizz pubbliku, f’sitwazzjoni</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fejn din id-deċiżjoni amministrattiva ma kinitx għadha suġġetta għal dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, id-Direttiva 2000/78, fil-mument meta ġiet adottata, iżda</P></ITEM><ITEM><P>deċiżjoni (ipotetika) fl-istess sens kienet tikser id-Direttiva 2000/78 li kieku kellha tiġi adottata fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ din id-direttiva.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domanda</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta proposta għall-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju, ma hemmx ħtieġa li tingħata risposta għat-tieni u għat-tielet domanda. Madankollu, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tasal għal konklużjoni differenti, ser inqis fil-qosor dawn id-domandi iktar ’l isfel.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120.</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-effetti tad-deċiżjoni dixxiplinari diskriminatorji ma jistgħux jinżammu, il-kwistjoni mbagħad issir preċiżament xi jfisser li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>ma jinżammux dawn l-effetti<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> f’każ bħal dak ineżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121.</NO.P><TXT>Sakemm ir-risposta għal din id-domanda ma tinqatax mid-deċiżjonijiet meħuda fis-sebgħinijiet, li jiddikjaraw, b’mod simili għal dak li għadu kif ġie diskuss fir-rigward tad-dmir attiv u prospettiv sabiex jingħata kumpens (preżumibbilment bi ħlasijiet ta’ somma f’daqqa), il-qorti nazzjonali jkollha bżonn tikkunsidra l-kontenut tad-deċiżjoni dixxiplinari sabiex tara jekk kinitx ġiet adottata b’mod li jkun kompatibbli mad-Direttiva 2000/78, u d-data li minnha dik id-deċiżjoni immaġinarja ġdida tkun applikabbli. Nagħmel riferiment għal dan iktar ’il quddiem bħala l-approċċ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>li kieku?<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ir-rikostruzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ 40 sena ilu u l-effetti tagħha hija problematika ħafna. Madankollu, il-qorti tar-rinviju hija pjuttost speċifika fit-tieni u fit-tielet domanda, partikolarment dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>linji tat-trama<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> f’tali xogħol ta’ finzjoni ġuridika. Bħala riżultat, sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma tgħidx sempliċiment li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>l-effetti ma jistgħux jinżammu<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> u tħalli f’idejn il-qorti nazzjonali sabiex tiddeċiedi kif jiġu identifikati u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>nnewtralizzati<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> dawn l-effetti, il-Qorti tal-Ġustizzja inevitabbilment issir il-koawtur tagħhom. Ser nippreżenta hawnhekk xi kunsiderazzjonijiet dwar kif tista’ tiżvolġi l-istorja.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni dixxiplinari poġġiet lill-appellant f’irtirar kmieni u naqqset id-drittijiet tiegħu għall-pensjoni b’25 %. Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, sabiex tirrimedja d-diskriminazzjoni inerenti fid-deċiżjoni amministrattiva, huwiex biżżejjed li jitwarrab il-25 % tnaqqis fil-pensjoni jew jekk il-pensjoni għandhiex tkun ikkalkolata bħallikieku l-appellant kien ħadem fil-perijodu wara l-irtirar obbligatorju tiegħu. Huwa biżżejjed li jiġu nnewtralizzati l-effetti futuri <HT TYPE="ITALIC">tat-tnaqqis ta’ 25</HT> % jew huwa neċessarju wkoll li jiġu nnewtralizzati l-effetti futuri ta’ <HT TYPE="ITALIC">rtirar obbligatorju bikri</HT>?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124.</NO.P><TXT>Fis-sottomissjonijiet tiegħu, l-appellant isostni li t-tnaqqis ta’ 25 % għandu jiġi annullat għal kollox u d-drittijiet għall-pensjoni tiegħu għandhom jiġu kkalkolati daqslikieku kien ħadem matul il-perijodu fl-intervall fil-korp tal-pulizija. Fi kliem ieħor, li tinħoloq is-sitwazzjoni li kienet teżisti kieku d-deċiżjoni dixxiplinari qatt ma ġiet adottata (jew l-ebda sanzjoni qatt ma ġiet imposta).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tipproponi approċċ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>li kieku?<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> biss fir-rigward tat-tnaqqis ta’ 25 %, billi tirrikonoxxi li anki mingħajr ebda preġudizzju omofobiku, seta’ kien hemm tnaqqis tal-pensjoni tal-appellant bħala sanzjoni għall-imġiba tiegħu. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tqis li ma huwiex xieraq l-approċċ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>li kieku?<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> għall-irtirar innifsu. It-tnaqqis fil-pensjoni li jirriżulta mill-irtirar kmieni ma huwiex fil-fatt <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>effett futur<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> ta’ sitwazzjoni li tkun qamet fil-passat u li għalih għandhom japplikaw regoli l-ġodda. L-effetti legali tal-irtirar kienu, fil-fehma tal-Kummissjoni, eżawriti meta r-relazzjoni tal-impjieg ġiet fi tmiemha. Għal din ir-raġuni, l-effetti li jikkonsistu f’assenza ta’ żieda fid-drittijiet għall-pensjoni, li rriżultat minn irtirar kmieni, jistgħu jinżammu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126.</NO.P><TXT>Nagħmel dawn l-osservazzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127.</NO.P><TXT>Li kieku d-deċiżjoni dixxiplinari, fl-1975, ġiet adottata b’tali mod li <HT TYPE="ITALIC">kienet</HT> kompatibbli mal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-orjentament sesswali introdotta fl-2000, ma huwiex ċar jekk l-appellant kienx ser ikun imġiegħel jirtira. Fil-fatt, in-natura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>inkomparabbilment inqas iebsa<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> tas-sanzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Diskussa iktar ’il fuq fil-punt 41.</P></NOTE> msemmija mill-qorti tar-rinviju tista’ tinftiehem ukoll bħala li tissuġġerixxi li l-appellant ma kienx ser jiġi mġiegħel jirtira.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128.</NO.P><TXT>Jekk dan huwa l-każ, mela skont ir-risposta għall-ewwel domanda, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>effetti futuri ta’ rtirar obbligatorju bikri<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> ma jkunux jistgħu jinżammu. Dawn l-effetti żgur jinkludu l-fatt li l-appellant ma baqax jaħdem fil-korp tal-pulizija, ma baqax jakkumula benefiċċji tal-pensjoni u ma kellux dawn is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>snin mitlufa<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> meħuda inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-pensjoni tiegħu. F’dan is-sens, l-effetti ta’ din is-sanzjoni verament <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>għadhom għaddejjin<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>. In-newtralizzazzjoni tal-effetti futuri ta’ rtirar obbligatorju bikri għandha għalhekk tieħu inkunsiderazzjoni (b’xi mod) dawn is-snin mitlufa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din il-konklużjoni. Hija tikkunsidra li l-effetti li ma wasslu għal ebda żieda fid-drittijiet għall-pensjoni, li rriżultaw minn irtirar kmieni, jistgħu jinżammu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130.</NO.P><TXT>Nammetti li nsib impossibbli li nirrikonċilja r-raġunament tal-Kummissjoni fuq dan il-punt mal-pożizzjoni tagħha li t-tnaqqis ta’ 25 % impost mid-deċiżjoni dixxiplinari fil-fatt <HT TYPE="ITALIC">jikkostitwixxi</HT> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>effetti futuri<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, fis-sens iċċitat iktar ’il fuq. Iż-żewġ sanzjonijiet – l-irtirar forzat u t-tnaqqis ta’ 25 % – kienu imposti fuq il-bażi tal-istess sett ta’ fatti u mill-istess deċiżjoni dixxiplinari. Fiż-żewġ każijiet, il-kwistjoni ta’ prinċipju hija x’kienu jkunu l-effetti tad-deċiżjoni dixxiplinari kieku ġiet adottata b’mod li huwa kompatibbli mad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131.</NO.P><TXT>Fil-fatt, li kieku kellha tiġi adottata d-distinzjoni tal-Kummissjoni bejn effetti differenti, dan ikun jimplika li l-appellant effettivament seta’ tkeċċa mill-impjieg tiegħu u ma kien ikollu l-ebda rimedju għal kwalunkwe kontestazzjoni potenzjali. Għall-kuntrarju tal-irtirar, tkeċċija assoluta, bħala prinċipju, kienet iġġib fi tmiem ir-relazzjoni legali mingħajr l-ebda effetti li jibqgħu għaddejjin fil-forma ta’ pagamenti tal-pensjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tikkonkludi li l-effetti tad-deċiżjoni dixxiplinari diskriminatorja ma jistgħux jinżammu u jiġi adottat l-approċċ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>li kieku?<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>, dan l-approċċ għandu jikkontempla storja alternattiva fejn l-appellanti ma jirtirax kif ukoll oħra fejn it-tnaqqis ta’ 25 % fil-pensjoni tal-appellant ma huwiex applikat (kompletament).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133.</NO.P><TXT>Ninnota li tali konklużjoni ovvjament tqajjem sensiela ta’ mistoqsijiet ikkumplikati ulterjuri. Sabiex jiġu nnewtralizzati l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>effetti futuri<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> tal-irtirar obbligatorju fl-1976, għandu jiġi preżunt li l-appellant ħadem fis-snin kollha li għaddew mill-1976 lil hawn, jew fis-snin kollha mill-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/78 lil hawn? Kull żieda korrispondenti fil-pensjoni għandha tiġi paċuta minn dħul ta’ pensjoni minn sorsi oħra ta’ xogħol mill-appellant f’dawk is-snin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Kien ikkonfermat fis-sottomissjonijiet bil-miktub u waqt is-seduta li wara li telaq mill-korp tal-pulizija, l-appellant kien impjegat fis-settur privat u għal dan jirċievi pensjoni.</P></NOTE>? Għandha kwalunkwe żieda korrispondenti tal-pensjoni tiġi paċuta minn dħul minn pensjoni tal-korp tal-pulizija li diġà rċieva l-appellant mid-data tal-irtirar obbligatorju tiegħu (li huwa ovvjament ma kienx jirċievi li kieku baqa’ jaħdem)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Kif ġie kkonfermat waqt is-seduta, l-appellant ilu jirċievi pensjoni mill-korp tal-pulizija sa mill-irtirar forzat tiegħu fl-1976.</P></NOTE>?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward speċifikament tat-tnaqqis ta’ 25 %, it-tieni domanda tal-qorti tar-rinviju impliċitament tieħu bħala premessa li dan it-tnaqqis huwa għal kollox konsegwenza tan-natura diskriminatorja ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135.</NO.P><TXT>Madankollu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>li kieku?<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> għandu fil-verità jfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>li kieku?<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>. Għalhekk, għandha tiġi prevista l-possibbiltà li, anki fl-assenza ta’ kundanna kriminali, l-appellant xorta waħda jiġi ssanzjonat fil-kuntest tal-proċedura dixxiplinari bbażata fuq l-istess sett ta’ fatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Ara l-punt 42 iktar ’il fuq, u s-sottomissjonijiet tal-Gvern Awstrijak fis-sens li uffiċjal tal-pulizija li jitlob laqgħat sesswali ma’ minuri jkun issanzjonat fi proċeduri dixxiplinari <HT TYPE="ITALIC">irrispettivament mill-orjentament sesswali</HT> tal-atturi involuti.</P></NOTE>, u l-pensjoni tal-appellant xorta kienet titnaqqas, iżda b’inqas minn 25 %. Dan huwa fil-fatt l-approċċ li ħadet il-Kummissjoni fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha. B’hekk, jekk fin-nuqqas ta’ diskriminazzjoni l-appellant xorta kien ikollu l-pensjoni tiegħu mnaqqsa, imma, pereżempju b’5 jew b’10 %, allura l-effetti ta’ dan it-tnaqqis ta’ 5 jew 10 % għandhom jibqgħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136.</NO.P><TXT>Għalhekk, li kieku kellu jitħaddan l-approċċ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>li kieku?<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> fir-rigward tat-tnaqqis ta’ 25 %, naqbel mal-Kummissjoni li l-finzjoni trid tittieħed sal-konklużjoni loġika tagħha. Għal darba oħra, kif eżattament id-deċiżjoni dixxiplinari kienet tkun differenti kieku kienet ġiet adottata b’mod mhux diskriminatorju hija kwistjoni (fil-fatt pjuttost diffiċli) li għandha tittratta l-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tielet domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ir-risposta għat-tieni domanda tiddependix minn jekk il-persuna attivament fittxitx impjieg fis-servizz pubbliku federali qabel ma laħqet l-età tal-irtirar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138.</NO.P><TXT>Ikolli nammetti li jiena perpless dwar ir-rilevanza ta’ domanda bħal din fid-dawl tal-fatti fil-kawża prinċipali. Imma, peress li aħna diġà qegħdin nittrattaw xenarji <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>li kieku?<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>, huwa pjuttost diffiċli li ngħidu li tali domanda hija ipotetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139.</NO.P><TXT>Il-fatti ta’ din il-kawża huma siekta dwar il-kwistjoni jekk l-appellant effettivament qattx ipprova jfittex impjieg (mill-ġdid) fis-servizz pubbliku federali. Forsi huwa raġonevoli li wieħed jassumi li jekk persuna kienet tkeċċiet minn dan is-servizz f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, li jipprova jerġa’ jissieħeb fl-istess servizz kien ikun pjuttost inutli (jekk dan qatt kien legalment possibbli). Jekk dan huwa effettivament il-każ u l-appellant ma kienx fittex iktar tard impjieg mill-ġdid fis-servizz pubbliku federali, x’konklużjonijiet jista’ wieħed jiġbed minn dan il-fatt? L-appellant jista’ jiġi kkritikat talli ma għamilx dan? Imbagħad, minħabba f’hekk, jista’ jitqiegħed fi żvantaġġ potenzjali?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140.</NO.P><TXT>Madankollu, nixtieq inżid ngħid li, kif ġie innotat iktar ’il fuq fil-punt 133, sa fejn l-effetti tal-irtirar obbligatorju bikri għandhom jiġu nnewtralizzati, dan iqajjem serje ta’ mistoqsijiet dwar kif għandu jiġi ttrattat il-perijodu tal-intervall. Fil-kostruzzjoni tal-istorja alternattiva, fil-fehma tiegħi hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina liema dettalji speċifiċi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, sabiex jinstab bilanċ bejn, minn naħa, li jiġu injorati għal kollox dawn is-snin fl-intervall u, min-naħa l-oħra, jittieħdu inkunsiderazzjoni għal kollox daqslikieku l-appellant kien ħadem fis-settur pubbliku f’dak iż-żmien.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-raba’ u l-ħames domanda</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta proposta għall-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju, lanqas ma huwa meħtieġ li tingħata risposta għar-raba’ u għall-ħames domanda. Madankollu, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tasal għal konklużjoni differenti, jiena se inżid xi suġġerimenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142.</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ u tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi minn liema mument l-annullament (parzjali) eventwali ta’ tnaqqis ta’ 25 % għandu jieħu effett. Dawn id-domandi huma limitati għall-mument li minnu l-effetti tat-tnaqqis ta’ 25 % jridu jkunu nnewtralizzati. Dawn id-domandi ma jkoprux l-effetti tal-irtirar kmieni obbligatorju. Madankollu, kif intqal iktar ’il fuq fil-punt 133, jiena nqis li approċċ differenti għall-effetti futuri tat-tnaqqis ta’ 25 % u l-effetti futuri ta’ rtirar obbligatorju jqajjem problemi ta’ inkonsistenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ir-risposta għal din id-domanda tirriżulta mill-ġurisprudenza ppreżentata fil-qosor iktar ’il fuq fil-punti 44 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. Huwa ttamat li l-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78 xorta tkun – minkejja l-approċċ potenzjalment estensiv għall-eliminazzjoni tal-effetti futuri diskussi iktar ’il fuq – suġġetta għall-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività. Għalhekk, irrispettivament mir-risposta għall-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju, din tista’ f’kull każ tintuża bħala bażi sabiex isir l-argument li l-effetti tat-tnaqqis ta’ 25 % għandhom ikunu nnewtralizzati mill-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, u mhux iktar kmieni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="24"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-portata tad-domandi tal-qorti tar-rinviju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fis-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu, l-appellant argumenta li s-sanzjoni imposta permezz tad-deċiżjoni dixxiplinari ammontat (ukoll) għal diskriminazzjoni minħabba s-sess, bi ksur tal-Artikolu 157 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 119 KEE, u mbagħad l-Artikolu 141 KE). Skont l-appellant, din id-dispożizzjoni, li daħlet fis-seħħ l-ewwel darba fl-1979, tista’ għalhekk tintuża sabiex teskludi l-effetti futuri ta’ deċiżjoni dixxiplinari b’mod simili għal dak previst fl-ewwel domanda tal-qorti nazzjonali fir-rigward tad-Direttiva 2000/78. Madankollu, hija tagħmel dan minn data ħafna qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145.</NO.P><TXT>Jien nagħmel is-segwenti osservazzjonijiet f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ma tirreferixxix għall-Artikolu 157 TFUE (jew għall-predeċessuri tiegħu). Fil-fatt, l-appellant huwa l-unika parti li jqajjem il-kwistjoni f’sottomissjonijiet bil-miktub. Jista’ jingħad li l-indirizzar tal-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 157 TFUE jista’ jkun utli għall-qorti nazzjonali. Madankollu, fil-fehma tiegħi, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex tagħmel hekk, partikolarment għar-raġunijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hemm nuqqas totali ta’ riferiment għal din id-dispożizzjoni kemm f’xi waħda minn dawn id-domandi tal-qorti tar-rinviju u kif ukoll fid-digriet tar-rinviju b’mod iktar ġenerali. Li kieku l-qorti nazzjonali kkunsidrat li dan huwa rilevanti, fil-fehma tiegħi hija kienet tal-inqas issemmih. Jista’ jkun hemm bosta raġunijiet għal dan in-nuqqas u jkun żbaljat li wieħed jassumi li n-nuqqas ta’ riferiment kien <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/><HT TYPE="ITALIC">lapsus</HT><QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>. Il-kwistjoni hawnhekk ma hijiex jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex tindika d-dettalji u r-rilevanza ta’ biċċa leġiżlazzjoni teknika oskura li setgħet ġiet minsija. L-Artikolu 157 TFUE huwa dispożizzjoni tat-Trattat importanti. Pjuttost, peress li argumenti dwar l-Artikolu 157 TFUE fil-fatt huma ċentrali għas-sottomissjonijiet bil-miktub tal-appellant, huwa ugwalment plawżibbli li l-appellant ippropona lill-qorti nazzjonali li jsiru domandi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar din id-dispożizzjoni, imma li din il-proposta kienet ġiet miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jeħtieġ li-rinviju għal deċiżjoni preliminari jinkludi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-fatti u d-dritt nazzjonali rilevanti u r-raġunijiet li wasslu lill-qorti nazzjonali sabiex tagħmel id-domandi speċifiċi lill-Qorti tal-Ġustizzja. F’dan il-każ, il-qorti nazzjonali abbozzat id-digriet tar-rinviju mingħajr ma qatt semmiet l-Artikolu 157 TFUE (jew il-predeċessuri tiegħu), u lanqas ma indikat fatti jew liġi nazzjonali potenzjalment rilevanti għal din id-dispożizzjoni. F’ċirkustanzi bħal dawn, fl-opinjoni tiegħi jkun inkoerenti mal-ġurisprudenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>L-iktar reċenti ara, pereżempju, id-digrieti tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Bán</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑24/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:376">EU:C:2018:376</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.); tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>easyJet Airline</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑241/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:421">EU:C:2018:421</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.), u tas- <REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Filippi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑589/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:417">EU:C:2018:417</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE> dwar l-Artikolu 94 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja li dawn l-omissjonijiet jiġu injorati u, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, b’mod proattiv tiġi pprovduta gwida fuq domanda li ma saritx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149.</NO.P><TXT>Madankollu, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tindirizza dawn l-argumenti mqajma mill-appellant fir-rigward tal-Artikolu 157 TFUE, ser nagħmel xi kummenti fil-qosor fit-taqsima li jmiss.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="25"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-Artikolu 157 TFUE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150.</NO.P><TXT>Diġà spjegajt fir-risposta li pproponejt għall-ewwel domanda għaliex id-Direttiva 2000/78 ma tipprekludix iż-żamma tal-effetti tad-deċiżjoni dixxiplinari. Din id-deċiżjoni ma kinitx taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tad-Direttiva 2000/78. Din id-direttiva ma tistax tintuża sabiex tinfetaħ mill-ġdid din id-deċiżjoni sabiex jiġu nnewtralizzati wħud mill-effetti tagħha. Dawn l-argumenti japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-Artikolu 157 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151.</NO.P><TXT>Sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tasal għal konklużjoni differenti, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina l-eżistenza potenzjali ta’ diskriminazzjoni bħal din. Madankollu, nifhem li l-argument bażiku huwa li l-omosesswali rġiel kienu ttrattati b’mod inqas favorevoli minn nisa omosesswali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980217">17 ta’ Frar 1998</DATE>, <NAME.CASE>Grant</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑249/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:63">EU:C:1998:63</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Kien issuġġerit mill-appellant li uffiċjal tal-pulizija mara involuta f’atti omosesswali ma’ minorenni ta’ iktar minn 14-il sena ma kienet tirċievi l-ebda sanzjoni dixxiplinari (jew fi kwalunkwe każ sanzjoni iktar ħafifa) milli kien jirċievi uffiċjal tal-pulizija omosesswali raġel involut f’atti paragunabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152.</NO.P><TXT>Sal-punt li tali proposta tkun fattwalment preċiża (fid-dawl tal-prassi dixxiplinari tal-pulizija Awstrijaka fis-seħħ fis-sebgħinijiet), li hija ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti nazzjonali, l-Artikolu 157 TFUE jipprojbixxi d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess fir-rigward ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>paga<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>. Skont ġurisprudenza stabbilita, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0074" ID="QS0074"/>paga<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> f’dan is-sens <HT TYPE="ITALIC">ma tinkludix</HT> pagamenti magħmula b’applikazzjoni ta’ skemi tal-pensjoni statutorji, li huma pjuttost ikklassifikati bħala benefiċċji tas-sigurtà soċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940928">28 ta’ Settembru 1994</DATE>, <NAME.CASE>Beune</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑7/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:350">EU:C:1994:350</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Waqt is-seduta, il-Gvern Awstrijak sostna li l-iskema tal-pensjoni f’dan il-każ hija statutorja. Jekk dan huwiex tassew il-każ (skont it-tifsira mogħtija lill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940928">28 ta’ Settembru 1994</DATE>, <NAME.CASE>Beune</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑7/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:350">EU:C:1994:350</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161124">24 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Parris</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑443/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:897">EU:C:2016:897</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>) għal darba oħra hija suġġetta għall-verifika mill-qorti nazzjonali. Madankollu, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni pprovduta mill-Gvern Awstrijak dwar dan il-punt, dawn it-tipi ta’ ħlasijiet bħala prinċipju jaqgħu barra mill-Artikolu 157 TFUE, li jirrendi din id-dispożizzjoni inapplikabbli f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153.</NO.P><TXT>Jekk, madankollu, dan ma jkunx il-każ, ikollha tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-Artikolu 157 TFUE (u l-predeċessuri tiegħu). F’dan ir-rigward nirreferi għall-osservazzjonijiet tiegħi fir-rigward tar-raba’ u tal-ħames domanda, li japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>. Barra minn hekk, skont is-sentenzi Barber<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900517">17 ta’ Mejju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Barber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑262/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:209">EU:C:1990:209</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u Ten Oever<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931006">6 ta’ Ottubru 1993</DATE>, <NAME.CASE>Ten Oever</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑109/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:833">EU:C:1993:833</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0075" ID="QS0075"/>l-effett dirett tal-Artikolu 119 tat-Trattat KEE jista’ jiġi invokat, għall-fini li jintalab trattament ugwali fil-materja ta’ pensjonijiet tax-xogħol, fir-rigward biss ta’ benefiċċji pagabbli <HT TYPE="ITALIC">fir-rigward ta’ perijodi ta’ impjieg sussegwenti għas-<DATE ISO="19900517">17 ta’ Mejju 1990</DATE></HT> [id-data tas-sentenza Barber], bla ħsara għall-eċċezzjoni favur ħaddiema jew l-aventi kawża taghom li, qabel dik id-data, bdew proċeduri legali jew għamlu talba ekwivalenti taħt il-liġi nazzjonali applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066"><P>Ara l-parti operattiva tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931006">6 ta’ Ottubru 1993</DATE>, <NAME.CASE>Ten Oever</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑109/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:833">EU:C:1993:833</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Enfasi miżjuda.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154.</NO.P><TXT>Madankollu, mill-fatti hekk kif stabbiliti fit-talba tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-ebda perijodu rilevanti ta’ impjieg ma seħħ wara s-<DATE ISO="19900517">17 ta’ Mejju 1990</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="26"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155.</NO.P><TXT>Nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi l-ewwel domanda magħmula mill-Vervaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija) kif ġej:</TXT><P>L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE> li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ma jipprekludix iż-żamma tal-pożizzjoni legali maħluqa permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva, li saret finali skont id-dritt nazzjonali, fil-qasam tal-liġi li tirregola azzjoni dixxiplinari fis-servizz pubbliku (deċiżjoni dixxiplinari), li tirtira obbligatorjament u li tnaqqas il-benefiċċji tal-pensjoni ta’ uffiċjal fis-servizz pubbliku, f’sitwazzjoni</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fejn din id-deċiżjoni amministrattiva ma kinitx għadha suġġetta għad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, id-Direttiva 2000/78, fil-mument meta ġiet adottata, iżda</P></ITEM><ITEM><P>deċiżjoni (ipotetika) fl-istess sens kienet tikser id-Direttiva 2000/78 li kieku kellha tiġi adottata fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ din id-direttiva.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>