|
1.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/72/PESK
tal-31 ta’ Jannar 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1). |
|
(2) |
Il-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/72/PESK japplikaw sal-31 ta' Jannar 2013. Abbażi ta' reviżjoni ta' dik id-Deċiżjoni, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sal-31 ta' Jannar 2014. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK huwa b'dan sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2014. Għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Tista' tiġġedded jew tiġi emendata, kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON