<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-830/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0830</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:552">EU:C:2021:552</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20210708">8.7.2021</DATE> – Kawża C‑830/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Région wallonne (Appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20210708">8 ta’ Lulju 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Fond Agrikolu Ewropew għall‑Iżvilupp Rurali (FAEŻR)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1305/2013</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ Delega (UE) Nru 807/2014</KEYWORD><KEYWORD>Stabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ</KEYWORD><KEYWORD>Żvilupp tal‑azjendi agrikoli</KEYWORD><KEYWORD>Appoġġ maħsub għall-ħolqien ta’ impriżi għal bdiewa żgħażagħ</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet għall-aċċess</KEYWORD><KEYWORD>Ekwivalenza</KEYWORD><KEYWORD>Installazzjoni bħala kap mhux uniku ta’ azjenda</KEYWORD><KEYWORD>Limiti massimi</KEYWORD><KEYWORD>Iffissar</KEYWORD><KEYWORD>Kriterji</KEYWORD><KEYWORD>Produzzjoni standard tal-azjenda agrikola</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑830/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-tribunal de première instance de Namur (il‑Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Namur, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20191106">6 ta’ Novembru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20191115">15 ta’ Novembru 2019</DATE>, fil‑proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">C.J.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Région Wallonne,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot, President tal-Awla, L. Bay Larsen (Relatur), C. Toader, M. Safjan u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez‑Bordona,</P><P>Reġistratur: V. Giacobbo, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20201125">25 ta’ Novembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal C.J., minn A. Grégoire, avocat,</P></ITEM><ITEM><P>għar-Région wallonne, minn X. Drion, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn X. Lewis u M. Kaduczak, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20210204">4 ta’ Frar 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 5 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="487" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 487</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="130" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 130, p. 1</REF.DOC.OJ>), ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal‑<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE> li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="227" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 227, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn C.J. u r-Région wallonne (ir-Reġjun ta’ Wallonie, il-Belġju) dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jħallsu l-appoġġ għall‑istabbiliment previst fl-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 1305/2013 favur bdiewa żgħażagħ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1305/2013</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 17 ta’ dan ir-regolament tistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>[…] Miżura għall-iżvilupp tal-azjendi agrikoli u n-negozji għandha tiffaċilita l-istabbiliment inizjali ta’ bdiewa żgħażagħ u l-aġġustament strutturali tal-azjenda agrikola tagħhom wara l-istabbiliment inizjali. […] Għandu jiġi inkuraġġut ukoll l-iżvilupp ta’ azjendi żgħar, li potenzjalment huma ekonomikament vijabbli. […] L-appoġġ għal bidu ta’ negozju għandu jkopri biss il-perijodu inizjali tal-ħajja ta’ tali negozju u ma għandux isir għajnuna għall-operat. […]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(n) ta’ dan ir-regolament:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, […] għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(n)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>bidwi żagħżugħ<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> tfisser persuna li jkollha anqas minn 40 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, li jkollha ħiliet u kompetenzi tax-xogħol adegwati u li tkun qiegħda tistabbilixxi lilha nnifisha għall-ewwel darba f’azjenda agrikola bħala l-kap ta’ dik l-azjenda […]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ żvilupp rurali li jikkontribwixxu għall-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, għandhom jiġu segwiti s-sitt prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, li jirriflettu fl-Objettivi Tematiċi rilevanti tal‑[Qafas Strateġiku Komuni]:</P><P>[…]</P><P>it-titjib tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli u l-kompetittività tat-tipi kollha ta’ agrikoltura fir-reġjuni kollha u l-promozzjoni ta’ teknoloġiji agrikoli innovattivi u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-faċilitazzjoni tad-dħul ta’ bdiewa b’ħiliet adegwati fis-settur agrikolu u, b’mod partikolari, it-tiġdid ġenerazzjonali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 1305/2013 kien jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għajnuna biex jiġi stabbilit negozju għal:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>bdiewa żgħażagħ;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-appoġġ skont il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1 għandu jingħata lil bdiewa żgħażagħ</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-limiti massimi u minimi biex l-azjendi agrikoli jingħatalhom aċċess għal appoġġ skont il-punti (a)(i) u (a)(iii) tal-paragrafu 1. […] L-appoġġ għandu jkun limitat għall-azjendi li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ impriżi mikro u żgħar.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi baġitarji tal-FAEŻR, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 83 li jistipula l-kontenut minimu tal-pjanijiet tan-negozju u l-kriterji li għandhom jintużaw mill-Istati Membri biex jiġu stabbiliti l-limiti msemmijin fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessi 2 u 5 tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014 jistipulaw:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(2)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-aċċess għall-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ f’każ li ma jkunux qed jiġu stabbiliti bħala kap waħdieni tal-azjenda. Sabiex jiġi assigurat it-trattament indaqs tal-benefiċjarji irrispettivament mill-forma legali li biha jagħżlu li jiġu stabbiliti f’azjenda agrikola, għandu jiġi pprovdut li l-kundizzjonijiet li bihom persuna ġuridika jew forma oħra ta’ sħubija tista’ titqies bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>bidwi żagħżugħ<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk ta’ persuna fiżika. Għandu jkun ipprovdut perijodu ta’ konċessjoni, twil biżżejjed biex jippermetti lill-bdiewa żgħażagħ jiksbu l-kwalifiki meħtieġa.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>[…] Sabiex jiġi assigurat trattament ugwali bejn il-benefiċjarji madwar l-Unjoni u sabiex jiġi faċilitat il-monitoraġġ, il-kriterju li għandu jintuża għall-istabbiliment tal-limiti msemmija fl-Artikolu 19(4) [tar-Regolament Nru 1305/2013] għandu jkun il-potenzjal ta’ produzzjoni ta’ dik l-azjenda agrikola.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament ta’ delega kien jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi għall-aċċess għall-appoġġ meta bidwi żagħżugħ kif definit fl-Artikolu 2(1)(n) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ma jkunx qiegħed jistabbilixxi ruħu bħala kap waħdieni tal-azjenda, irrispettivament mill-forma legali tagħha. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk meħtieġa minn bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu bħala kap waħdieni ta’ azjenda. Fil-każijiet kollha, il-kontroll fuq l-azjenda għandu jinżamm mill-bdiewa żgħażagħ.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(2) tal-imsemmi regolament ta’ delega jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-limiti msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 f’termini tal-potenzjal ta’ produzzjoni tal-azjenda agrikola, imkejla bħala produzzjoni standard, kif definit fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008 [tat‑<DATE ISO="20081208">8 ta’ Diċembru 2008</DATE> li jistabbilixxi tipoloġija Komunitarja għal azjendi agrikoli (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="355" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 355, p. 3</REF.DOC.OJ>)], jew ekwivalenti.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1242/2008</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1242/2008 kien jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>produzzjoni standard<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser il-valur standard tal-produzzjoni grossa.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet tal-Gvern ta’ Wallonie</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tal-Arrêté du Gouvernement wallon (AGW) du <DATE ISO="20150910">10 septembre 2015</DATE> relatif aux aides au développement et à l’investissement dans le secteur agricole (id-Digriet tal-Gvern ta’ Wallonie tal‑<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE> dwar l-Appoġġ għall-Iżvilupp u l-Investiment fis-Settur Agrikolu) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Digriet tal-Gvern ta’ Wallonie<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) jipprevedi, f’dak li jirrigwarda l-għoti ta’ appoġġ:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-azjenda agrikola ttrasferita jew maħluqa għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>6°</NO.P><TXT>Il-produzzjoni grossa standard fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1242/2008 […] għandha tikkonforma mal-limitu minimu u l-limitu massimu stabbiliti mill-Ministru.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet Ministerjali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tal-arrêté ministériel du <DATE ISO="20150910">10 septembre 2015</DATE> exécutant l’arrêté du gouvernement wallon (id-Digriet Ministerjali tal‑<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE> ta’ Implimentazzjoni tad-Digriet tal-Gvern ta’ Wallonie), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Il-limitu massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 25(6) tad-[Digriet tal-Gvern ta’ Wallonie] għandu jkun ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1000000</FT> meta min jistabbilixxi ruħu jkun bidwi żagħżugħ, u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1500000</FT> meta jistabbilixxu ruħhom żewġ bdiewa żgħażagħ jew iktar fl-istess ħin.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali huwa bidwi żagħżugħ stabbilit fil-Belġju. Permezz ta’ ftehim ta’ trasferiment ta’ azjenda, ħa f’idejh terz mill-azjenda tal-ġenituri tiegħu, sabiex ikompli jħaddem l-impriża agrikola tal-familja. L-attività tiegħu hija eżerċitata fil-forma ta’ assoċjazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> ma’ missieru, li huwa wkoll detentur ta’ terz tal-azjenda, bl-aħħar terz jappartjeni lil omm ir-rikorrent fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20160127">27 ta’ Jannar 2016</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ressaq quddiem ir-Reġjun ta’ Wallonie talba għal appoġġ għall-istabbiliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20161028">28 ta’ Ottubru 2016</DATE>, ir-Reġjun ta’ Wallonie ċaħad din it-talba, minħabba li l-azjenda ttrasferita kellha produzzjoni grossa standard (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>PGS<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) li l-valur tagħha kien jaqbeż il-limitu massimu previst mil-leġiżlazzjoni reġjonali, stabbilit għal EUR 1 miljun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ressaq ilment quddiem l-aġenzija tal-ħlas kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda, fejn talab li, għad-determinazzjoni tal-PGS, jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li ma huwiex stabbilit bħala kap uniku tal-azjenda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20160217">17 ta’ Frar 2016</DATE>, l-aġenzija tal-ħlas ċaħdet dan l-ilment u kkonfermat l-ewwel deċiżjoni tagħha billi qieset li l-valur tal-PGS li kellu jittieħed inkunsiderazzjoni kien dak tal-azjenda kollha kemm hija u li, peress li jammonta għal EUR 1 976 980.45, kien għalhekk jaqbeż il-limitu massimu previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20171012">12 ta’ Ottubru 2017</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali kkontesta din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Dik il-qorti tesprimi dubji dwar l-interpretazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-kisba tal-appoġġ għall-istabbiliment tal-bidwi żagħżugħ li ma huwiex stabbilit bħala kap uniku tal-azjenda, previsti fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tribunal de première instance de Namur (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Namur, il-Belġju) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>L-Artikoli 2, 5 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 […], moqrija flimkien mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 […], jipprekludu li, fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istati Membri jieħdu inkunsiderazzjoni l-ażjenda kollha u mhux biss sehem il-bidwi żagħżugħ fiha u/jew l-unitajiet ta’ xogħol (UX) sabiex jiġu ddeterminati l-limiti minimi u massimi meta l-ażjenda agrikola tkun organizzata taħt forma ta’assoċjazzoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> li minnha l-bidwi żagħżugħ jakkwista sehem indiviż u jsir il-kap tal-ażjenda iżda mhux b’mod eżklużiv?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 2, 5 u 19 tar-Regolament Nru 1305/2013, ikkunsidrati flimkien mal-Artikoli 2 u 5 tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-kriterju ta’ determinazzjoni tal-limitu massimu li jippermetti lil bidwi żagħżugħ, li jistabbilixxi ruħu bħala kap mhux uniku tal-azjenda, jaċċedi għall-appoġġ maħsub għall-ħolqien ta’ impriżi huwa dak tal-PGS tal-azjenda agrikola kollha, u mhux biss tal-parti ta’ dan il-bidwi żagħżugħ f’din l-azjenda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li l-Artikolu 2(1)(n) tar-Regolament Nru 1305/2013 jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>bidwi żagħżugħ<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> bħala persuna li jkollha inqas minn 40 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, li jkollha ħiliet u kompetenzi professjonali adegwati u li tkun qiegħda tistabbilixxi lilha nnifisha għall-ewwel darba f’azjenda agrikola bħala l-kap tal-imsemmija azjenda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għalkemm, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, l-impriża inkwistjoni fil-kawża prinċipali tieħu l-forma ta’ assoċjazzjoni mingħajr personalità ġuridika, li tinkludi, minbarra r-rikorrent fil-kawża prinċipali, persuni fiżiċi li ma humiex bdiewa żgħażagħ, għandu jiġi kkonstatat li t-termini ta’ din id-dispożizzjoni la jippreġudikaw il-forma ġuridika li tali azjenda jista’ jkollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Ketelä</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑592/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:673">EU:C:2012:673</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u lanqas il-possibbiltà li wieħed jistabbilixxi ruħu hemmhekk bħala kap tal-azjenda ma’ bdiewa oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament Nru 1305/2013, l-appoġġ għall-iżvilupp tal-azjendi agrikoli u tal-impriżi jkopri b’mod partikolari l-appoġġ maħsub għall-ħolqien ta’ impriżi għall-bdiewa żgħażagħ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(4) ta’ dan ir-regolament jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu b’mod partikolari l-limiti massimi u minimi għall-aċċess tal-azjendi agrikoli għall-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ bis-saħħa tal-Artikolu 19(1)(a)(i) tal-imsemmi regolament, peress li dan l-appoġġ huwa limitat għall-azjendi li jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-impriżi mikro u żgħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalkemm it-termini ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma jittrattawx b’mod espliċitu l-kwistjoni dwar jekk l-Istati Membri jistgħux jiffissaw il-limiti msemmija fihom għal kull azjenda u mhux għal kull bidwi żagħżugħ, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament Nru 1305/2013 ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, li jikkompleta r-Regolament Nru 1305/2013, peress li din l-aħħar dispożizzjoni tistabbilixxi l-kriterju li dawn l-Istati għandhom jikkunsidraw għall-finijiet tal-iffissar tal-limiti msemmija f’dan l-Artikolu 19(4).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-Artikolu 19(8) tar-Regolament Nru 1305/2013, sabiex jiġi żgurat l-użu effikaċi u effettiv tar-riżorsi tal-FAEŻR, il-Kummissjoni hija awtorizzata tadotta atti ddelegati b’mod partikolari għad-definizzjoni tal-limiti msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014 jirriżulta li l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-imsemmija limiti f’termini ta’ potenzjal ta’ produzzjoni tal-azjenda agrikola, imkejla fi produzzjoni standard jew ekwivalenti. L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1242/2008 kien jippreċiża, għal dan il-għan, li l-produzzjoni standard hija ddefinita bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>valur standard tal-produzzjoni grossa<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Sabiex tiġi ddeterminata l-portata tal-kriterju ta’ determinazzjoni tal-limitu għall-aċċess għall-appoġġ maħsub għall-ħolqien ta’ impriża, bis-saħħa tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament Nru 1305/2013, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, għandha tingħata prijorità lill-kliem tad-dispożizzjonijiet interpretati, jekk ikun il-każ, fid-dawl tal-kuntest li jagħmlu parti minnu u tal-għanijiet tar-Regolament Nru 1305/2013 (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Ketelä</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑592/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:673">EU:C:2012:673</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-formulazzjoni tal-Artikolu 19(1) (a)(i) u tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament Nru 1305/2013, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, għandu jiġi rrilevat li dawn id-dispożizzjonijiet ma jeskludux li l-Istati Membri jieħdu inkunsiderazzjoni l-PGS tal-azjenda kollha. L-użu, fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, tat-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>potenzjal ta’ produzzjoni tal-azjenda agrikola<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, li jirreferu għall-kriterju oġġettiv tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>azjenda<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jikkorrobora din l-interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntest li fih jaqgħu dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jiġi rrilevat li, kif tistipula l-premessa 5 tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, il-kriterju tal-potenzjal ta’ produzzjoni tal-azjenda agrikola li għandu jintuża fl-iffissar tal-limiti msemmija fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament Nru 1305/2013 ġie stabbilit mil-leġiżlatur tal-Unjoni b’mod partikolari sabiex jiġi ffaċilitat il-kontroll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, teħid inkunsiderazzjoni ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, li tipprovdi li l-limiti għall-aċċess tal-azjendi agrikoli għall-appoġġ jistgħu jiġu ffissati għal kull azjenda, huwa, fir-rigward tal-forom legali differenti li taħthom il-bdiewa jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu ruħhom, l-istess bħar-regoli inerenti għal kull waħda minn dawn il-forom, b’mod partikolari f’termini tat-tqassim tal-ishma tal-azjenda, ta’ natura li jiffaċilitaw il-kontrolli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni mogħtija fil-punt preċedenti hija wkoll ikkorroborata permezz tal-għan imfittex mir-Regolament Nru 1305/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 1305/2013 jistabbilixxi l-għanijiet li għalihom għandha tikkontribwixxi l-politika ta’ żvilupp rurali kif ukoll il-prijoritajiet korrispondenti tal-Unjoni, billi jipprevedi l-miżuri adegwati sabiex jimplimentawha. F’dan il-kuntest, l-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament isemmi sitt prijoritajiet għall-iżvilupp rurali, fosthom it-titjib tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli u tal-kompetittività tat-tipi kollha ta’ agrikoltura, billi jiffaċilita, b’mod partikolari, id-dħul ta’ bdiewa suffiċjentement ikkwalifikati fis-settur tal-agrikoltura u billi jiżgura l-għan tat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>tiġdid ġenerazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-Artikolu 19(1)(a) u (4) tal-imsemmi regolament, l-appoġġ ikkonċernat huwa intiż sabiex jiffavorixxi l-ħolqien ta’ impriżi minn bdiewa żgħażagħ. F’dan ir-rigward, il-premessa 17 tal-istess regolament tippreċiża li s-sostenn għall-ħolqien ta’ impriżi jkopri biss il-perijodu inizjali tal-ħajja ta’ dawn l-impriżi u ma għandux isir appoġġ għall-operat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 73 u 74 tal-konklużjonijiet tiegħu, dan l-appoġġ ma jingħatax sabiex jiffavorixxi, mingħajr distinzjoni, il-ħolqien ta’ kull azjenda agrikola, iżda biss dak tal-azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-kapijiet tal-azjenda, l-attivitajiet jew id-daqsijiet ta’ dawn l-azjendi, li jippermetti lill-Istati Membri li jirregolaw l-għoti tiegħu skont il-karatteristiċi speċifiċi għall-azjendi li l-bdiewa żgħażagħ jieħdu f’idejhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, il-kriterju ta’ eliġibbiltà inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa intiż preċiżament sabiex jissodisfa dawn l-għanijiet, peress li dan, peress li huwa parti mil-loġika tat-titjib tal-vijabbiltà tal-impriżi agrikoli, għandu l-effett li jirriżerva l-aċċess għall-appoġġ agrikolu għall-bdiewa żgħażagħ li jibdew l-attività tagħhom f’azjendi li l-produzzjoni globali tagħhom ma taqbiżx ċertu limitu, u b’hekk tiffaċilita d-dħul ta’ bdiewa fis-settur tal-agrikoltura. Kif irrilevaw, f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni u r-Reġjun ta’ Wallonie matul is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-applikazzjoni ta’ kriterju ta’ eliġibbiltà bħal dak previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali hija fil-fatt intiża sabiex jiġi evitat li l-imsemmi appoġġ jingħata lill-bdiewa żgħażagħ li l-azjenda tagħhom tiġġenera PGS ta’ portata tali li dawn il-bdiewa ma għandhomx, fir-realtà, bżonn ta’ appoġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, li jwassal għad-dubji tal-qorti tar-rinviju f’dan ir-rigward, ma jistax jikkontesta l-possibbiltà għall-Istati Membri li jiffissaw il-limitu għall-aċċess għall-appoġġ ikkonċernat mhux għal kull benefiċjarju, iżda għal kull azjenda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, bis-saħħa tal-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament ta’ delega, ikkunsidrat flimkien mal-premessa 2 ta’ dan, l-Istati Membri jistabbilixxu u japplikaw kundizzjonijiet partikolari għall-aċċess għall-appoġġ, meta bidwi żagħżugħ, kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(n) tar-Regolament Nru 1305/2013, ma jkunx stabbilit bħala kap uniku tal-azjenda. Mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 2 jirriżulta wkoll li dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk li japplikaw għal bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu bħala kap uniku tal-azjenda u japplikaw indipendentement mill-forma ġuridika li taħtha l-benefiċjarji jiddeċiedu li jistabbilixxu ruħhom f’azjenda agrikola. Fil-każijiet kollha, il-kontroll fuq l-azjenda għandu jinżamm mill-bdiewa żgħażagħ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, minn naħa, jindirizza l-bidwi żagħżugħ, bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li jistabbilixxi ruħu flimkien ma’ persuni fiżiċi oħra u, min-naħa l-oħra, il-bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu, waħdu, bħala kap uniku tal-azjenda agrikola. Skont din id-dispożizzjoni, il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-appoġġ agrikolu mitlub minn dawn iż-żewġ kategoriji ta’ bdiewa għandhom ikunu ekwivalenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, leġiżlazzjoni li tikkundizzjona l-benefiċċju tal-appoġġ għall-ħolqien ta’ impriżi għal bdiewa żgħażagħ għall-PGS tal-azjenda kollha tissuġġetta lill-bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu waħdu u dak li jistabbilixxi ruħu ma’ bdiewa oħra li ma jaqgħux taħt din il-kategorija għal rekwiżiti identiċi. Konsegwentement, tali leġiżlazzjoni tissodisfa <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> r-rekwiżit ta’ ekwivalenza stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi rrilevat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistabbilixxi l-limitu massimu tal-PGS tal-azjenda għal EUR 1.5 miljun fil-każ fejn żewġ bdiewa żgħar jew iktar jistabbilixxu ruħhom fl-istess ħin, minflok EUR 1 miljun fil-każ fejn bidwi żagħżugħ jistabbilixxi ruħu waħdu jew, bħalma huwa l-każ fil-kawża prinċipali, ma’ kapijiet oħra tal-azjenda li ma jappartjenux għal din il-kategorija. Madankollu, il-limitu massimu hekk miżjud jieħu inkunsiderazzjoni differenza oġġettiva tas-sitwazzjoni. Fil-fatt, żewġ bdiewa żgħażagħ jew iktar li jistabbilixxu ruħhom flimkien bħala kapijiet tal-azjenda, bħala prinċipju, huma f’pożizzjoni li jipproduċu iktar minn bidwi żagħżugħ li jinstalla ruħu waħdu. Din hija r-raġuni għaliex ir-rekwiżit ta’ ekwivalenza fil-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal appoġġ għall-istabbiliment bejn il-bdiewa żgħażagħ, skont jekk jinstallawx ruħhom waħedhom jew ma’ bdiewa żgħażagħ oħra, ma huwiex miksur bl-introduzzjoni ta’ tali limitu miżjud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Ċertament, din il-leġiżlazzjoni tipprevedi wkoll kundizzjonijiet ta’ aċċess differenti għall-appoġġ għall-istabbiliment, skont jekk il-bidwi żagħżugħ jinstallax ruħu ma’ bdiewa żgħażagħ oħra jew ma’ bdiewa oħra li ma jappartjenux għal din il-kategorija. Madankollu, l-ebda dispożizzjoni tar-Regolament Nru 1305/2013, u lanqas tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, ma timponi li l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-appoġġ għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ li jinsabu f’żewġ sitwazzjonijiet distinti jkunu ekwivalenti. Barra minn hekk, huwa konformi mal-għan tal-appoġġ għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ li l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal dan l-appoġġ ikunu iktar favorevoli għal bdiewa żgħażagħ li jinstallaw ruħhom flimkien milli għal bidwi żagħżugħ li jinstalla ruħu ma’ bdiewa li ma jaqgħux taħt din il-kategorija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 2, 5 u 19 tar-Regolament Nru 1305/2013, ikkunsidrati flimkien mal-Artikoli 2 u 5 tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-kriterju ta’ determinazzjoni tal-limitu massimu li jippermetti lil bidwi żagħżugħ, li jistabbilixxi ruħu bħala kap mhux uniku tal-azjenda, jaċċedi għall-appoġġ maħsub għall-ħolqien ta’ impriżi huwa dak tal-PGS tal-azjenda agrikola kollha, u mhux biss tal-parti ta’ dan il-bidwi żagħżugħ f’din l-azjenda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 2, 5 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, ikkunsidrati flimkien mal-Artikoli 2 u 5 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal‑<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE> li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-kriterju ta’ determinazzjoni tal-limitu massimu li jippermetti lil bidwi żagħżugħ, li jistabbilixxi ruħu bħala kap mhux uniku tal-azjenda, jaċċedi għall-appoġġ maħsub għall-ħolqien ta’ impriżi huwa dak tal-produzzjoni grossa standard tal-azjenda agrikola kollha, u mhux biss tal-parti ta’ dan il-bidwi żagħżugħ f’din l-azjenda.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>