<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑565/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0565</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:250">EU:C:2013:250</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130418">18.4.2013</DATE> — KAWŻA C-565/11</P><P>IRIMIE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Ħlas lura tat-taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Skema nazzjonali li tillimita l-interessi dovuti mill-imsemmi Stat fuq it-taxxa mħallsa lura</KEYWORD><KEYWORD>Interessi kkalkolati mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura tat-taxxa</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ effettività</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-565/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa minn Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110714">14 ta’ Lulju 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Mariana Irimie</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Administraţia Finanţelor Publice Sibiu,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Administraţia Fondului pentru Mediu,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič (Relatur), President tal-Awla, E. Jarašiūnas, A. Ó Caoimh, C. Toader u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20121017">17 ta’ Ottubru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal M. Irimie, minn D. Târşia, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn R. H. Radu kif ukoll minn R. M. Giurescu u A. Voicu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J.-P. Keppenne kif ukoll minn L. Bouyon u C. Barslev, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ skema nazzjonali li tillimita l-interessi mogħtija fil-każ ta’ ħlas lura ta’ taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għal dawk li jiddekorru mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura ta’ dik it-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn M. Irimie, ċittadina Rumena, u l-Administraţia Finanţelor Publice Sibiu (l-Amministrazzjoni tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Sibiu) u l-Administraţia Fondului pentru Mediu (l-Amministrazzjoni tal-Fondi għall-Ambjent), dwar il-ħlas tal-interessi f’każ ta’ ħlas lura ta’ taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt Rumen</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-digriet b’urġenza tal-Gvern Nru 50/2008</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fl-ordinament ġuridiku Rumen, fil-mument meta ġraw il-fatti li taw lok għall-kawża prinċipali, it-taxxa fuq it-tniġġis tal-vetturi bil-mutur kienet irregolata mid-digriet b’urġenza tal-Gvern Nru 50/2008 li jistabbilixxi t-taxxa fuq it-tniġġis tal-vetturi bil-mutur (Ordonanţă de Urgenţă a Guvernului nr. 50/2008 pentru instituirea taxei pe poluare pentru autovehicule), tal-<DATE ISO="20080421">21 ta’ April 2008</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 327 tal-<DATE ISO="20080425">25 ta’ April 2008</DATE>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>OUG Nru 50/2008<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-digriet tal-Gvern Nru 92/2003</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-proċedura fiskali hija stabbilita bid-Digriet tal-Gvern Nru 92 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali (Ordonanţa Guvernului nr. 92 privind Codul de procedură fiscală), tal-<DATE ISO="20031224">24 ta’ Diċembru 2003</DATE>, (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 941, tad-<DATE ISO="20031229">29 ta’ Diċembru 2003</DATE>), kif emendat (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>OG Nru 92/2003<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 70 tal-OG Nru 92/2003, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Terminu għall-ħlas tat-talbiet tal-persuni taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><PARAG IDENTIFIER="070.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità fiskali għandha tiddeċiedi dwar it-talbiet imressqa minn persuna taxxabbli skont dan il-kodiċi f’terminu ta’ 45 jum mir-reġistrazzjoni tat-talba.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="070.001"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk għal dawn il-finijiet, tkun neċessarja informazzjoni addizzjonali, dan it-terminu jista’ jiġi estiż għall-perijodu ta’ bejn id-data tat-talba għal informazzjoni u dik meta din tal-aħħar tiġi riċevuta.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 124 tal-OG Nru 92/2003, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Rati tal-interessi tas-somom imħallsa lura jew rimborsati minn fondi pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-persuni taxxabbli għandhom id-dritt jirċievu, fuq is-somom li għandhom jitħallsu lura jew jiġi rrimborsati minn fondi pubbliċi, l-interessi mill-jum ta’ wara l-iskadenza tat-terminu previst fi [...] l-Artikolu 70, [...] sad-data tal-estinzjoni tad-dejn skont wieħed mill-metodi previsti mil-liġi. L-interessi jitħallsu fuq talba tal-persuni taxxabbli.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-liġi tat-tilwim amministrattiv Nru 554/2004</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>It-tilwim amministrattiv fid-dritt Rumen huwa rregolat mil-liġi dwar it-tilwim amministrattiv Nru 554 (Legea contenciosului administrativ Nru 554), tat-<DATE ISO="20041202">2 ta’ Diċembru 2004</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 1154 tas-<DATE ISO="20041207">7 ta’ Diċembru 2004</DATE>), kif emendata (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>liġi Nru 554/2004<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-liġi Nru 554/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Raġunijiet sabiex il-qorti tassumi l-ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Kull persuna li tqis ruħha ppreġudikata minn awtorità pubblika fir-rigward ta’ wieħed mid-drittijiet jew l-interessi leġittimi tagħha, minn att amministrattiv jew minn nuqqas ta’ pproċessar ta’ talba fit-terminu previst mil-liġi, tistà tipproċedi quddiem il-qorti kompetenti għat-tilwim amministrattiv sabiex tikseb l-annullament tal-att, ir-rikonoxximent tad-dritt invokat jew tal-interess leġittimu, jew il-kumpens għad-danni subiti. [...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-liġi Nru 554/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Suġġett tar-rikors<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-persuna ppreġudikata fir-rigward ta’ dritt rikonoxxut mil-liġi jew fir-rigward ta’ interess leġittimu minn att amministrattiv unilaterali, li ma tkunx sodisfatta bir-risposta mogħtija għall-ilment preliminari maħruġ kontra l-awtorità pubblika awtriċi tal-att, jew li ma tkunx irċeviet risposta fit-terminu [...], tistà tippreżenta rikors quddiem il-qorti kompetenti għat-tilwim amministrattiv bil-ħsieb li jinkiseb l-annullament, totali jew parzjali, tal-att, il-kumpens għad-danni subiti u, fejn xieraq, il-kumpens għad-danni morali. Tista’ wkoll tipproċedi quddiem il-qorti kompetenti għat-tilwim amministrattiv kwalunkwe persuna li tqis ruħha ppreġudikata fir-rigward ta’ wieħed mid-drittijiet tagħha rikonoxxuti mil-liġi minħabba pproċessar tardiv jew rifjut mhux iġġustifikat tal-ipproċessar tat-talba tagħha [...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-2007, M. Irimie xtrat vettura bil-mutur irreġistrata fil-Ġermanja. Bil-għan li tirreġistraha fir-Rumanija, hija ħallset, b’mod konformi mad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20080704">4 ta’ Lulju 2008</DATE> tal-Administraţia Finanţelor Publice Sibiu, taxxa fuq it-tniġġis, prevista mill-OUG Nru 50/2008, fl-ammont ta’ RON 6 707.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20090831">31 ta’ Awwissu 2009</DATE>, M. Irimie tat bidu għal proċedura quddiem it-Tribunalul Sibiu (qorti superjuri ta’ Sibiu) bil-għan li l-Administraţia Finanţelor Publice Sibiu u l-Administraţia Fondului pentru Mediu, minn naħa jiġu kkundannati jħallsuha lura s-somma li hija kienet ħallset bħala taxxa fuq it-tniġġis u, mill-oħra, iħallsuha l-interessi fuq dik is-somma mid-data meta din ġiet imħallsa.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-parti tal-kwistjoni li tirrigwarda t-talba għal ħlas lura tas-somma mħallsa bħala taxxa fuq it-tniġġis ma tinvolvix problemi serji, fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20110407">7 ta’ April 2011</DATE>, Tatu (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-402/09" PAGE.ECR="I-2711" YEAR="2011">C-402/09, Ġabra p. I-2711</REF.DOC.ECR>) kif ukoll tal-ġurisprudenza ulterjuri li tikkonferma dik is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, fir-rigward tat-talba għall-ħlas tal-interessi relatati mal-ammont tat-taxxa fuq it-tniġġis, ikkalkolati sa mid-data tal-ħlas ta’ din tal-aħħar, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li din it-talba ma tistax tiġi akkolta minħabba d-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 70 u 124 tal-OG Nru 92/2003. Fil-fatt, kif tippreċiża l-imsemmija qorti, fit-tweġiba tagħha għat-talba għal kjarifiki tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta mill-ġurisprudenza nazzjonali, stabbilita u inekwivoka, li, skont l-imsemmija artikoli, l-interessi fuq is-somom li għandhom jitħallsu lura minn fondi pubbliċi għandhom jingħataw biss sa mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għal ħlas lura.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju qed tiddubita kemm tali regola hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, kif ukoll mad-dritt għall-proprjetà sanċit fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 6 TUE.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunalul Sibiu ddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[Il-prinċipji] ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità tal-azzjonijiet għall-kumpens għal ksur tad-dritt [tal-Unjoni] miġrub [imġarrab] minn individwi minħabba l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni li ma hijiex konformi mad-dritt [tal-Unjoni], [prinċipji li jirriżultaw] mill-ġurisprudenza tal-Qorti [...] u mid-dritt ta’ proprjetà stabbilit bl-Artikolu 6 [TUE] u bl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, [jistgħu jiġu interpretat fis-sens li jipprekludu] dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jillimitaw l-ammont tal-kumpens li jista’ jinkiseb mill-individwu li d-dritt tiegħu jkun ġie miksur?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-domanda magħmula essenzjalment tittratta l-punt dwar jekk id-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi skema nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-interessi mogħtija fil-każ ta’ ħlas lura ta’ taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għal dawk li jiddekorru mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura ta’ dik it-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>M. Irimie u l-Kummissjoni Ewropea jikkunsidraw li dik il-kwistjoni tirrikjedi risposta affermattiva, filwaqt li l-Gvern Rumen, Spanjol u Portugiż isostnu li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix skema bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Preliminarjament, hemm lok li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni li tikkonstata li d-dritt tal-Unjoni jipprekludi taxxa bħal dik stabbilita mill-OUG Nru 50/2008 fil-verżjoni applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali, li għandha l-effett li tiskoraġixxi l-importazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni fir-Rumanija ta’ vetturi użati mixtrija minn Stati Membri oħra (sentenza Tatu, iċċitata iktar ’il fuq, punti 58 u 61).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Hemm lok li jitfakkar, bħalma għamel l-Avukat Ġenerali fil-punt 19 tal-konklużjonijiet tiegħu, li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti klassifikazzjoni ġuridika tar-rikors imressaq mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali. F’dan il-każ hija din tal-aħħar li għandha tispeċifika n-natura u l-bażi tar-rikors tagħha taħt l-istħarriġ tal-qorti tar-rinviju (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>, Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-524/04" PAGE.ECR="I-2107" YEAR="2007">C-524/04, Ġabra p. I-2107</REF.DOC.ECR>, punt 109 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li d-dritt għal rimbors ta’ taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni jirriżulta minn u jikkomplementa d-drittijiet mogħtija lill-individwi mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jipprojbixxu tali taxxi. Għaldaqstant, l-Istat Membru huwa fil-prinċipju obbligat li jirrimborsa t-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni (is-sentenzi tas-<DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, Lady &amp; Kid <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-398/09" PAGE.ECR="I-7375" YEAR="2011">C-398/09, Ġabra p. I-7375</REF.DOC.ECR>, punt 17, kif ukoll tad-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C-591/10, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li meta Stat Membru jiġbor taxxi bi ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni, l-individwi għandhom id-dritt mhux biss għar-rimbors tat-taxxa indebitament miġbura, iżda wkoll għall-ammonti mħallsa lil dan l-Istat jew miżmuma minnu b’relazzjoni diretta ma’ din it-taxxa. Dan jinkludi wkoll it-telf ikkostitwit mill-indisponibbiltà ta’ somom ta’ flus wara l-ġbir prematur tat-taxxa (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq tat-<DATE ISO="20010308">8 ta’ Marzu 2001</DATE>, Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/98+C-410/98" PAGE.ECR="I-1727" YEAR="2001"><?PAGE NO="5"?>C-397/98 u C-410/98, Ġabra p. I-1727</REF.DOC.ECR>, punti 87 sa 89; tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Test Claimants in the FII Group Litigation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/04" PAGE.ECR="I-11753" YEAR="2006">C-446/04, Ġabra p. I-11753</REF.DOC.ECR>, punt 205; Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25, kif ukoll tas-<DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, Zuckerfabrik Jülich <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C-113/10, C-147/10 u C-234/10, punt 65).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Jirriżulta li l-prinċipju ta’ obbligu tal-Istati Membri li jħallsu lura bl-interessi l-ammonti tat-taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni jirriżulta minn dan id-dritt (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 26, kif ukoll Zuckerfabrik Jülich <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 66).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jipprovdi għall-kundizzjonijiet li fihom għandhom jitħallsu tali interessi, b’mod partikolari r-rati u l-metodu tal-kalkolu ta’ dawn l-interessi. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom iħarsu l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, jiġifieri, huma la għandhom ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirrigwardaw talbiet simili li huma bbażati fuq dispożizzjonijiet tad-dritt intern u lanqas għandhom ikunu implementati b’mod li jirrendu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punti 27 u 28 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-ebda element ta’ natura li jqajjem dubju fir-rigward tal-konformità miegħu tal-iskema inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jidher li jirriżulta li l-iskema inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti l-interessi biss sa mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għal ħlas lura tat-taxxa mħallsa indebitament, tapplika fir-rigward tas-somom kollha li għandhom jitħallsu lura minn fondi pubbliċi, kemm dawk miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll dawk miġbura bi ksur tad-dritt nazzjonali, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, dan jeżiġi, f’każ ta’ sitwazzjoni ta’ ħlas lura ta’ taxxa miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, li r-regoli nazzjonali, relatati, partikolarment mal-kalkolu tal-interessi eventwalment dovuti, ma jwasslux biex iċaħħdu lill-persuna taxxabbli minn kumpens xieraq minħabba fit-telf ikkawżat mill-ħlas indebitu tat-taxxa (ara s-sentenza Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li skema bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-interessi għal dawk li jiddekorru mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura tat-taxxa miġbura indebitament, ma tissodisfax dik l-eżiġenza.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, dak it-telf jiddependi partikolarment fuq it-tul tan-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-somma mħallsa indebitament bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u għalhekk, fil-prinċipju, jirriżulta fil-perijodu bejn id-data tal-ħlas indebitu tat-taxxa inkwistjoni u d-data tal-ħlas lura ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, jeħtieġ li tingħata risposta għad-domanda magħmula li d-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi skema nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-interessi mogħtija fil-każ ta’ ħlas lura ta’ taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għal dawk li jiddekorru mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura ta’ dik it-taxxa.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi skema nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-interessi mogħtija fil-każ ta’ ħlas lura ta’ taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għal dawk li jiddekorru mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura ta’ dik it-taxxa.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>