31971R2392



Official Journal L 249 , 10/11/1971 P. 0037 - 0037


Ir-Regolament (KEE) Nru 2392/71 tal-Kunsill

tat-8 ta' Novembru 1971

li jikkonċerna l-applikazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' assoċjazzjoni nru 1,li tirrigwarda t-twaqqif tal-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva fis-settur doganali għall-applikazzjoni tal-ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tat-Tuniżija

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra l-ftehim li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi kien ġie ffirmat ftehim fit-28 ta' Marzu 1969 bejn il-Komunità' Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tat-Tuniżija [1] u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 1969;

Billi skond kif stabbilit fl-Artikolu 16, paragrafu 2, tal-Protokoll li jirrigwarda d-definizzjoni tas-sens ta' "oġġetti oriġinarji" u għall-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, li tifforma parti integrali mill-ftehim imsemmi hawn fuq, fis-26 ta' Settembru 1969 il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fformula ir-rakkomandazzjoni nru 1 li tirrigwarda t-twaqqif tal-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva fis-settur doganali għall-applikazzjoni tal-ftehim: filwaqt li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li jkunu applikati fil-KKomunità d-dispożizzjonijiet li hemm previsti fir-rakkomandazzjoni msemmija hawn fuq.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għal dak li jirrigwarda l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva fis-settur doganali dwar l-applikazzjoni tal-ftehim li joħloq għaqda bejn il-Komunità' Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tat-Tuniżija, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet stipulati fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni nru 1 tas-26 ta' Settembru 1969, annessa ma' dan ir-regolament.

Artikolu 2

Dan ir-regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewopej,

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, illum it-8 ta' Novembru 1971.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Moro

[1] ĠU L 198 tat-8 ta' Awissu 1969, pġ.1 u 89.

--------------------------------------------------