28.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/48


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10010 — Investindustrial Group/CSM Ingredients)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 31/08)

1.   

Fit-18 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Global Food Solutions S.àr.l. (il-Lussemburgu), finalment ikkontrollata minn Investindustrial S.A. (“Investindustrial”, il-Lussemburgu);

—

CSM Ingredients (ir-Renju Unit), finalment ikkontrollata minn Rhône Capital L.L.C. (l-Istati Uniti tal-Amerka);

Global Food Solutions takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ parti/partijiet ta’ CSM Ingredients.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Investindustrial: investimenti f’kumpaniji ta’ daqs medju bbażati fl-Ewropa, inklużi l-Italja, il-Portugall, Spanja u r-Renju Unit, li jiffukaw fuq tliet oqsma ewlenin ta’ investiment: il-konsumatur u d-divertiment, il-kura tas-saħħa u s-servizzi, u l-manifattura industrijali;

—

CSM Ingredients: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ ingredjenti tal-forn, tal-ħalib u tal-ġelat nofshom lesti, prinċipalment għall-kummerċ artiġjanali tradizzjonali (ħwienet tal-għaġina u tal-forn) u kanali industrijali;

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

Il-Każ M.10010 — Investindustrial Group/CSM Ingredients

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.