02020R2131 — MT — 18.12.2020 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2020/2131 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerta merkanzija (ĠU L 430 18.12.2020, p. 1) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2020/2131 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Diċembru 2020
dwar l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerta merkanzija
Artikolu 1
Eliminazzjoni tad-dazji doganali
Id-dazji doganali fuq l-importazzjoni applikabbli tat-Tariffa Doganali Komuni għandhom ikunu 0 % (mingħajr dazju) għall-merkanzija kklassifikata fil-linji tariffarji elenkati fit-Taqsima I tal-Anness fuq bażi erga omnes.
Artikolu 2
Kundizzjonijiet għall-eliminazzjoni tad-dazji doganali
L-eliminazzjoni tad-dazji doganali għall-merkanzija kklassifikata fil-linji tariffarji elenkati fit-Taqsima I tal-Anness għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
it-tnaqqis tad-dazji doganali mill-Istati Uniti fuq bażi erga omnes għall-merkanzija kklassifikata fil-linji tariffarji elenkati fit-Taqsima II tal-Anness; u
l-astensjoni tal-Istati Uniti mill-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda kontra l-Unjoni li jimminaw l-objettivi fil-mira tad-Dikjarazzjoni Konġunta.
Artikolu 3
Sospensjoni temporanja
Jekk l-Istati Uniti ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, jew jekk ikun hemm biżżejjed evidenza li l-Istati Uniti ser jonqsu fil-futur milli jikkonformaw ma’ dawk il-kondizzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi l-eliminazzjoni tad-dazji doganali msemmija fl-Artikolu 1 sakemm ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 4(2).
Artikolu 4
Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Taqsima I (Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea)
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
|
0306 11 90 |
Awwista tal-blat u awwist ieħor tal-baħar “Palinurus spp., Panulirus spp. u Jasus spp.” iffriżati, anki affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, inklużi dawk fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma (minbarra dnub tal-awwist) |
|
0306 12 10 |
Awwisti “Homarus spp.” iffriżati, sħaħ, anki affumikati jew imsajra bl-istim jew mgħollijin fl-ilma |
|
0306 12 90 |
Awwisti “Homarus spp.” iffriżati, anki affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, inkluż awwisti fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma (minbarra sħaħ) |
|
0306 32 10 |
Awwisti “Homarus spp.” ħajjin |
Taqsima II (Tariffa Doganali tal-Istati Uniti)
|
Kodiċi Tariffarja |
Deskrizzjoni |
Tariffa tal-pajjiż l-aktar favorit eżistenti |
Rata ġdida tat-tariffa tal-pajjiż l-aktar favorit |
|
1604 20 05 |
Prodotti li fihom laħam ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, ikliet ippreparati |
10 % |
5 % |
|
7013 41 50 |
Oġġetti tal-ħġieġ għall-mejda jew għall-kċina (minbarra tazzi tax-xorb), tal-kristall taċ-ċomb, b’valur ta’ aktar minn 5 USD kull wieħed |
6 % |
3 % |
|
3214 90 50 |
Preparazzjonijiet ta’ kisi mhux refrattivi għal faċċati, ħitan interni, artijiet, soqfa jew bħalhom, mhux ibbażati fuq il-lastku |
6,5 % |
3,25 % |
|
3601 00 00 |
Trabijiet propellanti |
6,5 % |
3,25 % |
|
9613 10 00 |
Lajters tas-sigaretti u lajters simili, li jaħdmu bil-gass, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, għall-but |
8 % |
4 % |
|
9613 90 80 |
Partijiet għal lajters tas-sigaretti mhux elettriċi u lajters simili |
8 % |
4 % |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).