18.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

Il-Każ M.10478 — CPP INVESTMENTS/BC PARTNERS/CERAMTEC

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 421/04)

1.   

Fit-8 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Canada Pension Plan Investment Board (“CPP Investments”, il-Kanada),

—

BC Partners LLP (“BC Partners”, ir-Renju Unit),

—

CeramTec Topco GmbH (“CeramTec”, il-Ġermanja).

CPP Investments u BC Partner jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ CeramTec kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CPP Investments: organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-investiment li tinvesti l-fondi trasferiti lilha mill-Canada Pension Plan f’ekwitajiet pubbliċi u privati, proprjetà immobbli, infrastruttura u strumenti ta’ introjtu fiss fl-Ewropa, fl-Ameriki u fl-Asja,

—

BC Partners: ditta ta’ ekwità privata internazzjonali li l-unika attività tagħha hija li tipprovdi servizzi ta’ konsulenza. Il-fondi suġġeriti minn BC Partners huma investituri purament finanzjarji, filwaqt li l-kumpaniji ta’ portafoll tagħhom huma attivi f’setturi tas-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, il-konsumatur u l-bejgħ bl-imnut fl-Ewropa u fl-Amerka ta’ Fuq,

—

CeramTec: kumpanija involuta fil-produzzjoni ta’ materjali u prodotti taċ-ċeramika avvanzati ta’ prestazzjoni għolja għall-użu f’varjetà wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, inkluż fis-setturi tal-karozzi, dawk elettroniċi, industrijali u tal-med-tech, fl-Ewropa, l-Amerka t’Isfel, l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Asja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10478 — CPP Investments/BC Partners/CeramTec

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.