16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/82


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/744

tal-10 ta’ Mejju 2022

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (EUAM UKRAINE/1/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta’ Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 2014/486/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine), inkluż id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fl-4 ta’ Ġunju 2019, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/992 (2) li taħtar lis-Sur Antti HARTIKAINEN bħala Kap tal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.

(3)

Fit-8 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/754 (3) li testendi l-mandat tas-Sur Antti HARTIKAINEN bħala l-Kap tal-Missjoni sal-31 ta’ Mejju 2021.

(4)

Fl-20 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/813 (4) li testendi l-mandat tal-EUAM Ukraine sal-31 ta’ Mejju 2024.

(5)

Fl-20 ta’ Mejju 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/868 (5) li testendi l-mandat tas-Sur Antti HARTIKAINEN bħala l-Kap tal-Missjoni sal-31 ta’ Mejju 2022.

(6)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li l-mandat tas-Sur Antti HARTIKAINEN bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUAM Ukraine jiġi estiż mill-1 ta’ Ġunju 2022 sal-31 ta’ Mejju 2023,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Antti HARTIKAINEN bħala Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Mejju 2023.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2022.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/992 tal-4 ta’ Ġunju 2019 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (EUAM Ukraine/1/2019) (ĠU L 160, 18.6.2019, p. 24).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/754 tat-8 ta’ Ġunju 2020 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea (EUAM Ukraine) (ĠU L 179I, 9.6.2020, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/813 tal-20 ta’ Mejju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 180, 21.5.2021, p. 149).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/868 tal-20 ta’ Mejju 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea (EUAM Ukraine) (EUAM UKRAINE.1/2021) (ĠU L 191, 31.5.2021, p. 2).