|
22.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 245/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1630
tal-21 ta’ Settembru 2022
li jistabbilixxi l-miżuri għat-trażżin tal-fitoplażma Grapevine flavescence dorée f’ċerti żoni demarkati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1),il-punti (d) u (e) u l-Artikolu 28(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) jistabbilixxi l-lista tal-pesti ta’ kwarantina tal-Unjoni magħrufa li jseħħu fit-territorju tal-Unjoni fil-Parti B tal-Anness II. |
|
(2) |
Il-fitoplażma grapevine flavescence dorée (“il-pest speċifikat”) hija inkluża f’dik il-lista, peress li hija magħrufa li sseħħ f’ċerti partijiet tat-territorju tal-Unjoni, u għandha impatt sinifikanti fuq il-pjanti tal-Vitis L. (“il-pjanti speċifikati”), l-ospitant ewlieni għal dak il-pest. |
|
(3) |
Scaphoideus titanus Ball (“il-vettur speċifikat”) ġie identifikat bħala vettur effiċjenti tal-pest speċifikat. Dan il-vettur għandu rwol importanti fl-istabbiliment u t-tixrid ulterjuri tal-fitoplażma Grapevine flavescence dorée (3) fit-territorju tal-Unjoni u, għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-miżuri għall-identifikazzjoni u għall-kontroll tiegħu. |
|
(4) |
L-istħarriġiet imwettqa skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/2031 juru li l-qerda tal-pest speċifikat f’ċerti żoni demarkati ma għadhiex possibbli. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri għat-trażżin tal-pest speċifikat f’dawk iż-żoni demarkati, li jikkonsistu f’żoni infettati u żoni ta’ lqugħ. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jikkonsistu fil-qerda u t-tneħħija tal-pjanti speċifikati infettati u fl-applikazzjoni tat-trattamenti xierqa sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat fil-bqija tat-territorju tal-Unjoni. |
|
(6) |
L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqajmu kuxjenza pubblika biex jiżguraw li l-pubbliku ġenerali u l-operaturi professjonisti, ikkonċernati mill-miżuri tat-trażżin fiż-żoni demarkati, ikunu konxji mill-miżuri applikati u mid-delimitazzjoni taż-żoni demarkati għal dak l-iskop. |
|
(7) |
Madankollu, jekk il-pest speċifikat jinstab f’żona ta’ lqugħ madwar żona infettata soġġetta għall-miżuri għat-trażżin tal-pest speċifikat, dik is-sejba l-ġdida jenħtieġ li tirriżulta fl-istabbiliment ta’ żona demarkata ġdida mill-awtorità kompetenti, fejn tiġi segwita l-qerda. |
|
(8) |
Jenħtieġ li jitwettqu stħarriġiet annwali għall-preżenza tal-pest speċifikat u tal-vettur speċifikat kif stabbilit fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 (4) biex tiġi żgurata d-detezzjoni bikrija tal-pest speċifikat f’żoni tat-territorju tal-Unjoni fejn il-pest speċifikat ma jkunx magħruf li huwa preżenti. Jenħtieġ li dawk l-istħarriġiet ikunu bbażati fuq l-iskeda tal-istħarriġ fitosanitarju tal-pest speċifikat ippubblikata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, peress li din tqis l-aħħar żviluppi xjentifiċi u tekniċi. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri għat-trażżin tal-fitoplażma grapevine flavescence dorée fiż-żoni demarkati fejn il-qerda tagħha mhijiex possibbli.
Artikolu 2
Definizzjoni:
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“il-pest speċifikat” tfisser il-fitoplażma grapevine flavescence dorée; |
|
(2) |
“il-pjanti speċifikati” tfisser il-pjanti tal-Vitis L., għajr il-frott u ż-żrieragħ; |
|
(3) |
“il-vettur speċifikat” tfisser Scaphoideus titanus Ball; |
|
(4) |
“iż-żona demarkata għat-trażżin” tfisser żona elenkata fl-Anness I, fejn il-pest speċifikat ma jistax jiġi eradikat; |
|
(5) |
“l-iskeda tal-istħarriġ fitosanitarju” tfisser il-pubblikazzjoni “Pest survey card flavescence dorée phytoplasma and its vector Scaphoideus titanus” (5) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. |
Artikolu 3
Stabbiliment taż-żoni demarkati għat-trażżin
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu ż-żoni demarkati għat-trażżin tal-pest speċifikat li jikkonsistu f’żona infettata u f’żona ta’ lqugħ b’wisa’ ta’ mill-inqas 2,5 km madwar iż-żona infettata.
Artikolu 4
Miżuri fi ħdan iż-żoni demarkati għat-trażżin
1. Fiż-żoni infettati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
it-tneħħija u l-qerda, b’mod immedjat, tal-pjanti speċifikati misjuba infettati bil-pest speċifikat, mhux aktar tard mill-bidu tal-istaġun tat-tkabbir li jkun imiss; |
|
(b) |
l-applikazzjoni tat-trattamenti xierqa għall-kontroll tal-vettur speċifikat. |
2. Fiż-żoni ta’ lqugħ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tat-trattamenti xierqa għall-kontroll tal-vettur speċifikat, fil-każ tal-preżenza tal-vettur speċifikat.
Meta l-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment fil-pjanti speċifikati fiż-żona ta’ lqugħ, għandhom japplikaw l-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE) 2016/2031.
3. Fiż-żoni demarkati għat-trażżin, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqajmu kuxjenza pubblika dwar it-theddida tal-pest speċifikat u dwar il-miżuri adottati għall-prevenzjoni tat-tixrid ulterjuri tiegħu barra minn dawk iż-żoni.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali u lill-operaturi professjonali kkonċernati bid-delimitazzjoni taż-żona demarkata għat-trażżin.
Artikolu 5
Stħarriġiet
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-istħarriġiet kif previst fil-paragrafi 2 u 3, filwaqt li jqisu l-informazzjoni msemmija fl-iskeda tal-istħarriġ fitosanitarju.
2. Għandhom iwettqu stħarriġiet annwali bbażati fuq ir-riskju għall-preżenza tal-pest speċifikat u tal-vettur speċifikat fiż-żoni tat-territorju tal-Unjoni fejn il-pest speċifikat mhuwiex magħruf li huwa preżenti iżda fejn jista’ jiġi stabbilit.
3. Fiż-żoni ta’ lqugħ taż-żoni demarkati għat-trażżin, għandhom iwettqu stħarriġiet annwali, kif imsemmi fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għad-detezzjoni tal-preżenza tal-pest speċifikat tal-vettur speċifikat tiegħu.
Dawk l-istħarriġiet għandhom jinkludu:
|
(a) |
eżamijiet viżwali tal-pjanti speċifikati għad-detezzjoni tal-pest speċifikat; |
|
(b) |
it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar, fil-każ tas-suspett tal-preżenza tal-pest speċifikat; u |
|
(c) |
mezzi xierqa għall-qbid tal-insetti għad-detezzjoni tal-vettur speċifikat. |
Dawk l-istħarriġiet għandhom ikunu aktar intensivi mill-istħarriġiet imsemmija fil-paragrafu 2, b’għadd ogħla ta’ eżamijiet viżwali u, fejn xieraq, teħid ta’ kampjuni u ttestjar.
Artikolu 6
Rapportar
Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra r-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa fis-sena kalendarja preċedenti, skont:
|
(a) |
l-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament, bl-użu ta’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1231; |
|
(b) |
l-Artikolu 5(3) ta’ dan ir-Regolament, bl-użu ta’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(3) EFSA PLH Panel (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2014. Scientific Opinion on pest categorisation of Grapevine Flavescence Dorée. EFSA Journal 2014;12(10):3851, 31 pp. doi:10.2903/j.efsa.2014.3851.
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 tas-27 ta’ Awwissu 2020 dwar il-format u l-istruzzjonijiet għar-rapporti annwali rigward ir-riżultati tal-istħarriġ u dwar il-format tal-programmi ta’ stħarriġ pluriennali u l-arranġamenti prattiċi, previsti rispettivament fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 280, 28.8.2020, p. 1).
(5) Pest survey card on flavescence dorée phytoplasma and its vector Scaphoideus titanus. EFSA pubblikazzjoni ta’ sostenn 2020:EN-1909. 36 pp. doi:10.2903/sp.efsa.2020.EN-1909.
ANNESS I
Listi ta’ żoni demarkati għat-trażżin imsemmija fl-Artikolu 2
1. Il-Kroazja
|
Numru/isem taż-żona demarkata (ŻD) |
Żona taż-ŻD |
Reġjun |
Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn |
||||||||||||||||||
|
1. |
Żona infettata |
Il-Kroazja pannonika (Il-kontea ta’ Bjelovar-Bilogora, il-kontea ta’ Virovitica-Podravina, il-kontea ta’ Požega-Slavonija, il-kontea ta’ Brod-Posavina, il-kontea ta’ Osijek-Baranja, il-kontea ta’ Vukovar-Srijem, il-kontea ta’ Karlovac, il-kontea ta’ Sisak-Moslavina) |
|
||||||||||||||||||
|
Żona ta’ lqugħ |
Il-Kroazja pannonika (Il-kontea ta’ Bjelovar-Bilogora, il-kontea ta’ Virovitica-Podravina, il-kontea ta’ Požega-Slavonija, il-kontea ta’ Brod-Posavina, il-kontea ta’ Osijek-Baranja, il-kontea ta’ Vukovar-Srijem, il-kontea ta’ Karlovac, il-kontea ta’ Sisak-Moslavina) |
Muniċipalitajiet katastali
|
|||||||||||||||||||
|
2. |
Żona infettata |
Il-Kroazja Adrijatika (Il-Kontea ta’ Istria) |
Muniċipalitajiet katastali Bačva, Brkač, Brtonigla, Buje, Donja Mirna, Frata, Grožnjan, Kaldir, Karojba, Kaštel, Kaštelir, Kostajnica, Krasica, Kršete, Labinci, Lovrečica, Materada, Motovun, Nova Vas, Novigrad, Petrovija, Savudrija, Sveti Ivan, Sveti Vital, Umag, Višnjan, Vižinada, Završje, Žbandaj. |
||||||||||||||||||
|
Żona ta’ lqugħ |
Il-Kroazja Adrijatika (Il-Kontea ta’ Istria) |
Muniċipalitajiet katastali Baderna, Beram, Brdo, Čepić, Dračevac, Funtana, Fuškulin, Gradina, Grdoselo, Kašćerga, Kringa, Kršikla, Kuberton, Kućibreg, Lim, Lovreč, Marčenegla, Merišće, Momjan, Mugeba, Muntrilj, Mušalež, Novaki Motovunski, Oprtalj, Pazin, Poreč, Rakotule, Rovinj, Rovinjsko Selo, Senj, Sovinjak, Sovišćina, Šterna, Tar, Tinjan, Triban, Trviž, Vabriga, Varvari, Vrh, Vrsar, Zamask, Zrenj, Zumesk. |
|||||||||||||||||||
|
3. |
Żona infettata |
Il-Kroazja tat-Tramuntana bir-reġjun tal-Belt ta’ Zagreb (Il-Kontea ta’ Međimurje, il-Kontea ta’ Varaždin, il-kontea ta’ Koprivnica-Križevci, il-kontea ta’ Krapina-Zagorje, il-Kontea ta’ Zagreb, il-Belt ta’ Zagreb) |
Muniċipalitajiet katastali
|
||||||||||||||||||
|
Żona ta’ lqugħ |
Il-Kroazja tat-Tramuntana bir-reġjun tal-Belt ta’ Zagreb (Il-Kontea ta’ Međimurje, il-Kontea ta’ Varaždin, il-kontea ta’ Koprivnica-Križevci, il-kontea ta’ Krapina-Zagorje, il-Kontea ta’ Zagreb, il-Belt ta’ Zagreb) |
Muniċipalitajiet katastali
|
2. L-Ungerija
Estensjoni taż-żoni ta’ lqugħ ta’ żoni demarkati għat-trażżin tal-Kroazja u tas-Slovenja fit-territorju tal-Ungerija.
|
Numru/isem taż-żona demarkata (ŻD) |
Żona taż-ŻD |
Reġjun |
Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn |
|
1. |
Żona ta’ lqugħ |
Il-kontea ta’ Bács-Kiskun Id-distrett ta’ Baja |
Hercegszántó |
|
Żona ta’ lqugħ |
Il-kontea ta’ Baranya Id-distrett ta’ Mohács |
Kölked, Homorúd |
|
|
2. |
Żona ta’ lqugħ |
Il-kontea ta’ Zala id-distrett ta’ Letenye |
Tótszerdahely, Molnári |
|
3. |
Żona ta’ lqugħ |
Il-kontea ta’ Zala id-distrett ta’ Lenti |
Bödeháza, Nemesnép, Lendvajakabfa, Márokföld, Szentgyörgyvölgy |
|
4. |
Żona ta’ lqugħ |
Il-kontea ta’ Zala id-distrett ta’ Lenti |
Lendvadedes |
3. L-Italja
Estensjoni taż-żoni ta’ lqugħ taż-żoni demarkati għat-trażżin tas-Slovenja fit-territorju tal-Italja.
|
Numru/isem taż-żona demarkata (ŻD) |
Żona taż-ŻD |
Reġjun |
Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn (parzjalment) |
|
1. |
Żona ta’ lqugħ |
Friuli Venezia Giulia Provinċja ta’ Gorizia |
Dolegna Del Collio, Gorizia, San Floriano Del Collio, Savogna D’isonzo |
|
2. |
Żona ta’ lqugħ |
Friuli Venezia Giulia Provinċja ta’ Trieste |
Duino-Aurisina, Monrupino, Muggia, San Dorligo Della Valle - Dolina, Sgonico, Trieste |
|
3. |
Żona ta’ lqugħ |
Friuli Venezia Giulia Provinċja ta’ Udine |
Prepotto |
4. Il-Portugall
|
Numru/isem taż-żona demarkata (ŻD) |
Żona taż-ŻD |
Reġjun |
Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn |
|
1. |
Żona infettata |
It-Tramuntana tal-Portugall |
Alijó, Amarante, Amares, Baião, Barcelos, Braga, Cabeceiras de Basto, Castelo de Paiva, Celorico de Basto, Cinfães, Esposende, Fafe, Felgueiras, Guimarães, Lousada, Maia, Marco de Canaveses, Monção, Mondim de Basto, Paços de Ferreira, Paredes, Paredes de Coura, Penafiel, Peso da Régua, Ponte de Lima, Póvoa de Lanhoso, Póvoa de Varzim, Ribeira de Pena, Sabrosa, Santa Marta de Penaguião, Santo Tirso, Trofa, Valença, Valongo, Vieira do Minho, Vila do Conde, Vila Nova de Famalicão, Vila Pouca de Aguiar, Vila Real, Vila Verde u Vizela; Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Arcos de Valdevez, Ponte da Barca, Terras de Bouro u Viana do Castelo. |
|
Żona ta’ lqugħ |
It-Tramuntana tal-Portugall |
Mesão Frio; Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Arcos de Valdevez, Armamar, Arouca, Boticas, Caminha, Chaves, Carrazeda de Ansiães, Gondomar, Lamego, Matosinhos, Melgaço, Montalegre, Murça, Porto, Ponte da Barca, Resende, Santa Maria da Feira, São João da Pesqueira, Tabuaço, Terras de Bouro, Valpaços, Viana do Castelo, Vila Nova de Cerveira, Vinhais.. |
|
|
Il-Portugall Ċentrali |
Parti mill-muniċipalità ta’ Castro Daire. |
5. Is-Slovenja
|
Numru/isem taż-żona demarkata (ŻD) |
Żona taż-ŻD |
Reġjun |
Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn |
||||||||||
|
1. |
Żona infettata |
Il-Punent tas-Slovenja |
Ankaran, Koper, Izola u Piran; u Sežana, Komen (ħlief il-muniċipalità katastali ta’ Brestovica — ID 2408) u Renče-Vogrsko. |
||||||||||
|
Żona ta’ lqugħ |
Il-Punent tas-Slovenja |
Brda, Nova Gorica, Miren-Kostanjevica, Šempeter- Vrtojba, Ajdovščina, Vipava, Divača u Hrpelje-Kozina, u l-muniċipalità katastali ta’ Brestovica (ID 2408) fil-muniċipalità ta’ Komen. |
|||||||||||
|
2. |
Żona infettata |
Ix-Xlokk tas-Slovenja |
Dolenjske Toplice, Straža, Mirna peč, Novo mesto (ħlief il-muniċipalitajiet katastali ta’ Črešnjice – ID 1458 u Herinja vas – ID 1459). |
||||||||||
|
Żona ta’ lqugħ |
Ix-Xlokk tas-Slovenja |
Žužemberk, Trebnje, Mirna, Šentrupert, Sevnica, Krško, Brežice, Mokronog-Trebelno, Šmarješke Toplice, Škocjan, Šentjernej, Kostanjevica na Krki, Semič, Črnomelj u Metlika, u l-muniċipalitajiet katastali fil-muniċipalità ta’ Novo mesto: Črešnjice (ID 1458) u Herinja vas (ID 1459). |
|||||||||||
|
3. |
Żona infettata |
Il-Grigal tas-Slovenja |
|
||||||||||
|
Żona ta’ lqugħ |
Il-Grigal tas-Slovenja |
|
6. Spanja
Estensjoni taż-żoni ta’ lqugħ taż-żoni demarkati għat-trażżin tal-Portugall fit-territorju ta’ Spanja.
|
Numru/isem taż-żona demarkata (ŻD) |
Żona taż-ŻD |
Reġjun |
Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn |
||||||||||||||||||||||||||
|
1. |
Żona ta’ lqugħ |
Il-Galizja Il-provinċja ta’ Pontevedra |
A cañiza:
Arbo:
Crecente:
Tomiño:
Tui:
As Neves:
Salvaterra do Miño:
Salceda de Caselas:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Galizja Provinċja ta’ Orense |
Padrenda: Parti mill-parroċċi ta’ Crespos (San Xoán), Desteriz (San Miguel), O Condado (Santa María) u Padrenda (San Cibrán). |
ANNESS II
Mudelli għar-rapporti tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali mwettqa skont l-Artikolu 6(b)
PARTI A
1. Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali
2. Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell
Jekk jimtela dan il-mudell, ma għandux għalfejn jimtela l-mudell fil-Parti B ta’ dan l-Anness.
|
Fil-kolonna 1 |
: |
Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita. |
||||||
|
Fil-kolonna 2 |
: |
Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ. |
||||||
|
Fil-kolonna 3 |
: |
Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ. |
||||||
|
Fil-kolonna 4 |
: |
Indika l-approċċ: Trażżin (T) Jekk jogħġbok inkludi kemm ikun hemm bżonn ringieli, skont l-għadd ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom. |
||||||
|
Fil-kolonna 5 |
: |
Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi kemm hemm bżonn ringieli: Żona infettata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL), bl-użu ta’ ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona tal-ŻI fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn il-ŻL, madwar l-imxietel, eċċ.) f’ringieli differenti. |
||||||
|
Fil-kolonna 6 |
: |
Indika l-għadd u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:
|
||||||
|
Fil-kolonna 7 |
: |
Indika liema huma ż-żoni ta’ riskju identifikat abbażi tal-bijoloġija tal-pest(i), il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kondizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju. |
||||||
|
Fil-kolonna 8 |
: |
Indika ż-żoni ta’ riskju inklużi fl-istħarriġ, minn dawk identifikati fil-kolonna 7. |
||||||
|
Fil-kolonna 9 |
: |
Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal tal-ippakkjar, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku. |
||||||
|
Fil-kolonna 10 |
: |
Indika l-lista ta’ speċijiet/ġeneri tal-pjanti mistħarrġa bl-użu ta’ ringiela waħda għal kull speċi/ġeneru ta’ pjanta. |
||||||
|
Fil-kolonna 11 |
: |
Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ. |
||||||
|
Fil-kolonna 12 |
: |
Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli. |
||||||
|
Fil-kolonni 13 u 14 |
: |
Indika r-riżultati, jekk applikabbli, u pprovdi l-informazzjoni disponibbli fil-kolonni korrispondenti. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik). |
||||||
|
Fil-kolonna 15 |
: |
Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ għas-sejbiet fiż-ŻL. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn ikun inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma tajtx din l-informazzjoni fil-kolonna 16 (“Kummenti”). |
PARTI B
1. Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali bbażati fuq l-istatistika
2. Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell
Jekk jimtela dan il-mudell, ma għandux għalfejn jimtela l-mudell fil-Parti A ta’ dan l-Anness.
Spjega s-suppożizzjonijiet sottostanti għad-disinn tal-istħarriġ għal kull pest. Ikteb fil-qosor u ġġustifika:
|
— |
il-popolazzjoni fil-mira, l-unità epidemjoloġika u l-unitajiet ta’ spezzjoni; |
|
— |
il-metodu tad-detezzjoni u s-sensittività tal-metodu; |
|
— |
il-fattur(i) tar-riskju, u indika l-livelli tar-riskju u r-riskji u l-proporzjonijiet relattivi korrispondenti tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti. |
|
Fil-kolonna 1 |
: |
Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita. |
||||||
|
Fil-kolonna 2 |
: |
Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ. |
||||||
|
Fil-kolonna 3 |
: |
Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ. |
||||||
|
Fil-kolonna 4 |
: |
Indika l-approċċ: Trażżin (T) Jekk jogħġbok inkludi kemm ikun hemm bżonn ringieli, skont l-għadd ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom. |
||||||
|
Fil-kolonna 5 |
: |
Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi kemm hemm bżonn ringieli: Iż-żona infettata (ŻI) jew iż-żona ta’ lqugħ (ŻL), f’ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona tal-ŻI fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn il-ŻL, madwar l-imxietel, eċċ.) f’ringieli differenti. |
||||||
|
Fil-kolonna 6 |
: |
Indika l-għadd u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:
|
||||||
|
Fil-kolonna 7 |
: |
Indika x-xhur tas-sena meta twettqu l-istħarriġiet. |
||||||
|
Fil-kolonna 8 |
: |
Indika l-popolazzjoni fil-mira magħżula billi tipprovdi kif xieraq il-lista tal-ispeċijiet/ġeneri ospitanti u ż-żona koperta. Il-popolazzjoni fil-mira hija definita bħala l-grupp ta’ unitajiet ta’ spezzjoni. Id-daqs tagħha huwa ddefinit tipikament għal żoni agrikoli bl-ettari, iżda jista’ jkun lottijiet, għelieqi, serer eċċ. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla li saret fis-suppożizzjonijiet sottostanti. Indika l-unitajiet ta’ spezzjoni mistħarrġa. “Unità ta’ spezzjoni” tfisser pjanti, partijiet ta’ pjanti, komoditajiet, materjali, vetturi ta’ pesti li ġew eżaminati bir-reqqa għall-identifikazzjoni u għad-detezzjoni tal-pesti. |
||||||
|
Fil-kolonna 9 |
: |
Indika l-unitajiet epidemjoloġiċi mistħarrġa, filwaqt li tindika d-deskrizzjoni u l-unità ta’ kejl tagħha. “Unità epidemjoloġika” tfisser żona omoġenja fejn l-interazzjonijiet bejn il-pest, il-pjanti ospitanti u l-fatturi u l-kundizzjonijiet abijotiċi u bijotiċi jirriżultaw fl-istess epidemjoloġija, jekk il-pest ikun preżenti. L-unitajiet epidemjoloġiċi huma suddiviżjoni tal-popolazzjoni fil-mira li huma omoġenji f’termini tal-epidemjoloġija b’mill-inqas pjanta ospitanti waħda. F’xi każijiet il-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti kollha f’reġjun/żona/pajjiż tista’ tiġi definita bħala unità epidemjoloġika. Dawn jistgħu jkunu reġjuni tal-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), żoni urbani, foresti, ġonna tal-ward jew irziezet, jew ettari. L-għażla tal-unitajiet epidemjoloġiċi għandha tiġi ġġustifikata fis-suppożizzjonijiet sottostanti. |
||||||
|
Fil-kolonna 10 |
: |
Indika l-metodi użati matul l-istħarriġ inkluż l-għadd ta’ attivitajiet f’kull każ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolarti ma tkunx disponibbli. |
||||||
|
Fil-kolonna 11 |
: |
Indika stima tal-effettività tal-kampjunar. L-effettività tal-kampjunar tfisser il-probabbiltà li jintgħażlu partijiet ta’ pjanti infettati minn pjanta infettata. Għall-vetturi, hija l-effettività tal-metodu li jaqbad vettur pożittiv meta jkun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. Għall-ħamrija, hija l-effettività tal-għażla ta’ kampjun tal-ħamrija li jkun fih il-pest meta l-pest ikun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. |
||||||
|
Fil-kolonna 12 |
: |
“Sensittività tal-metodu” tfisser il-probabbiltà ta’ metodu li jagħmel detezzjoni korretta tal-preżenza tal-pest. Is-sensittività tal-metodu hija definita bħala l-probabbiltà li ospitant verament pożittiv jittestja pożittiv. Hija l-multiplikazzjoni tal-effettività tal-kampjunar (jiġifieri l-probabbiltà li jintgħażlu partijiet infettati tal-pjanta minn pjanta infettata) bis-sensittività dijanjostika (karatterizzata mill-ispezzjonijiet viżwali u/jew mit-test tal-laboratorju użati fil-proċess ta’ identifikazzjoni). |
||||||
|
Fil-kolonna 13 |
: |
Ipprovdi l-fatturi ta’ riskju f’kolonni differenti, u uża kemm hemm bżonn ringieli. Għal kull fattur ta’ riskju indika l-livell ta’ riskju u r-riskju relattiv korrispondenti u l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti. |
||||||
|
Għall-kolonna B |
: |
Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi għal kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’dawn il-kolonni hija relatata mal-informazzjoni inkluża fil-kolonna 10 “Metodi ta’ detezzjoni”. |
||||||
|
Fil-kolonna 18 |
: |
Indika l-għadd ta’ siti tal-qbid f’każ li dan in-numru jkun differenti mill-għadd ta’ nases (il-kolonna 17) (eż. l-istess nassa tintuża f’postijiet differenti). |
||||||
|
Fil-kolonna 21 |
: |
Indika n-numru ta’ kampjuni li nstabu pożittivi, negattivi jew mhux determinati. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik). |
||||||
|
Fil-kolonna 22 |
: |
Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn ikun inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma tajtx din l-informazzjoni fil-kolonna 25 (“Kummenti”). |
||||||
|
Fil-kolonna 23 |
: |
Indika s-sensittività tal-istħarriġ, kif definit fl-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM) 31. Dan il-valur tal-livell ta’ fiduċja miksub tal-ħelsien mill-pesti huwa kkalkulat abbażi tal-eżamijiet (u/jew tal-kampjuni) imwettqa fid-dawl tas-sensittività tal-metodu u tal-prevalenza tad-disinn. |
||||||
|
Fil-kolonna 24 |
: |
Indika l-prevalenza tad-disinn ibbażata fuq stima ta’ qabel l-istħarriġ tal-probabbiltà ta’ prevalenza attwali tal-pest fl-għalqa. Il-prevalenza tad-disinn hija stabbilita bħala mira tal-istħarriġ u tikkorrispondi mal-kompromess li l-maniġers tar-riskju qed jagħmlu bejn ir-riskju li jkollhom il-pest u r-riżorsi disponibbli għall-istħarriġ. Tipikament, għal stħarriġ ta’ detezzjoni jiġi stabbilit valur ta’ 1 %. |