Official Journal L 184 , 24/07/1996 P. 0017 - 0020
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1432/96 tat-23 ta' Lulju 1996 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3223/93 dwar l-informazzjoni statistika dwar il-ħlas ta' rifużjonijiet tal-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli li jiġu esportati bħala prodotti koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3035/80 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi arranġamenti kummerċjali li japplikaw għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-iproċessar ta' prodotti agrikoli ([1] ), u l-aktar l-Artikolu 20, Billi sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja t-tħaddim tar-Regolament (KE) Nru 1222/94 tat-30 ta' Mejju 1994 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għat-tħaddim tas-sistema tal-għotja ta' rifużjoni għall-esportazzjoni ta' ċerti prodotti tal-biedja li jiġu esportati bħala prodotti li ma' humiex koperti bl-Anness II tat-Trattat, u l-kriterji sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta' tali rifużjoni ([2] ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 229/96 ([3] ), hemm bżonn li li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/93 ([4] ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1149/95 ([5] ), jispeċifika li dan id-dmir huwa għall-prodotti tal-ħalib li jkunu ġew importati sabiex jiġu ri-esportati bħala prodotti li ma' humiex koperti bl-Anness II tat-Trattat u koperti bl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organiżazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib ([6] ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2931/95 ([7] ); Billi l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1149/95 jagħti lok għal interpretazzjonijiet differenti mill-Istati Membri, l-aktar dawk li jolqtu l-għan tiegħu; billi l-għan ta' dan l-Artikolu għandu għaldaqstant jiġi ċarat; Billi l-miżuri provduti f' dan ir-Regolament jaqblu mall-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-kwistjonijiet orizzontali li jolqtu l-kummerċ tal-prodotti tal-biedja maħduma li m'humiex elenkati fl-Anness II, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 3223/93 huwa emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 3 huwa mibdul b'dan li ġej: L-Artikolu 3 L-informazzjoni statistika neċessarja msemmija fl-Artikolu 1 għandha tinkludi: 1. - l-volum tal-prodott li hu kopert mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1222/94 (*) u li għalih tkun ingħatat rifużjoni tal-esportazzjoni matul ix-xahar ta' qabel, espress f' tunellati jew unitajiet oħra tal-kejl, li juri l-unità deskritta skond il-grupp ta' prodotti, - f' kull grupp ta' prodotti msemmi fl-ewwel spazju ta' qabel il-paragrafu, l-ammont tar-rifużjoni mogħti matul ix-xahar ta' qabel għal kull prodott tal-biedja bażiku, u mogħti fil-munita nazzjonali, - f' kull grupp ta' prodotti msemmija fl-ewwel spazju ta' qabel il-paragrafu, l-kwantitajiet ta' kull prodott bażiku li għalih hemm rifużjoni, mogħti f' tunellati jew unitajiet ta' kejl oħra, u li juri l-unità. 2. Għall-prodotti li huma skond il-kodiċI CN 1806 90 60 sa 1806 90 90, KodiċI CN 1901 u kodiċi CN 2106 90 98, għal kull 100 kilogramm ta' prodott esportat, ta' lanqas 67 kilogramm ta' prodotti tal-ħalib li huma skond il-kodiċi CN 0402 10 19, 0402 21 19, 0405 u 0406, u li jiġu importati minn pajjiżi terzi skond arranġamenti speċjali b' tariffa mnaqqsa: - l-kwantitajiet, f' tunellati, ta' dawn il-prodotti li għalihom tkun ingħatat rifużjoni matul ix-xahar ta' qabel, - l-ammont ta' rifużjoni mogħti matul ix-xahar ta' qabel u l-kwantitajiet korrispondenti għall-prodotti li huma skond il-kodiċi CN 0402 10 19, 0402 21 19 u 0405 li jkunu bbenefikaw minn arranġamenti speċjali fil-ħin tal-importazzjoni. (*) ĠU L 136, tal-31.5.1994, p. 5.'; 2. L-Annessi A u B tar-Regolament (KE) Nru 3223/93 huma mibdula bl-Anness A u B ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament jiġi fis-seħħ fis-sebgħa jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Jibda jgħodd mill-1 t' Awissu 1996. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fit-23 ta' Lulju 1996. Għall-Kummissjoni Martin BANGEMANN Membru tal-Kummissjoni L-ANNESS A Gruppi ta' prodotti numru IntestaturaHS/KodiċiNM rilevanti Grupp ta'prodotti Nru Intestatura HS/KodiċiNM rilevanti 1 0403 10 51 sa 99 0403 90 71 sa 99 29 2102 10 31 sa 39 2102 20 11 sa 19 2 0710 40 00 0711 90 30 2001 90 30 2004 90 10 2005 80 2008 99 85 30 2103 10 00 2103 20 00 2103 90 31 2104 10 32 2105 33 2106 10 3 1302 31sa 39 34 2106 90 10 2106 90 92, 98 3302 10 29 0405 20 10, 30 4 1517 10 10 1517 90 10 5 1518 00 10 7 1702 50 00 35 2202 10 00 8 1702 90 10 36 2202 90 10 9 1704 10 37 2202 90 91sa 99 10 1704 90 30 38 2203 00 11 1704 90 51sa 99 39 2205 12 1806 40 2208 20 2208 30 32, 88 2208 50 2208 60 11, 19, 91, 99 2208 70 10, 90 2208 90 33sa 78 13 1901 10 00 14 1901 20 00 15 1901 90 11sa 19 16 1901 90 91, 99 17 1902 11, 1902 19 18 1902 20 91, 99 1902 30 41 2520 20 ex 6809 19 1902 40 42 2839 90 00 20 1903 00 00 43 Chapter 29 21 1904 44 Chapter 30 22 1905 10 45 ex Chapter 35 23 1905 20 46 Chapter 38 24 1905 30 3203 25 1905 40 3204 11-tl 19-ig 26 1905 90 47 Chapter 39 27 2001 90 40 2004 10 91 2005 20 10 2008 11 10 2008 91 2008 99 91 48 Chapter 484813 90 90, 4818 10 4823 11, 19, 20, 51, 59 4823 90 50, 90 49 3307 49 3307 90 Chapter 34 3401 19, 3402 3403 11, 3403 19 10 3405, 3407 28 2101 L-ANNESS B Kodici NM Deskrizzjoni tal-prodotti agrikoli bażiċi ex 0402 10 19 Tej por, granulátum vagy más szilárd alakban, cukor vagy más édesítanyag hozzáadása nélkül, zsírtartalma nem haladja meg 1,5 tömegszázalékot (PG 2) ex 0402 21 19 Tej por, granulátum vagy más szilárd alakban, cukor vagy más édesítanyag hozzáadása nélkül, a zsírtartalma 26 tömegszázalék (PG 3) ex 0404 10 Savó por, granulátum, vagy más szilárd alakban, cukor vagy más édesítanyag hozzáadása nélkül (PG 1) ex 0405 10 Vaj, 82 tömegszázalék zsírtartalommal (PG 6) ex 0407 00 30 Baromfitojás héjában, frissen vagy tartósítva, kivéve a keltetésre szánt tojásokat ex 0408 Madártojás héj nélkül és tojássárgája, emberi fogyasztásra alkalmas, frissen, szárítva, vagy más módon tartósítva, nem édesítve 1001 Búza és kétszeres 1002 00 00 Rozs 1003 00 90 Árpa 1004 00 00 Zab 1005 90 00 Kukorica 1006 20 Elmunkált rizs ex 1006 30 Teljesen hántolt rizs 1006 40 00 Törmelékrizs 1007 00 90 Cirokmag, kivéve a hibrid vetmagot 1101 00 00 Búzaliszt vagy kétszeres liszt 1102 10 00 Rozsliszt 1103 11 10 Durva rlemény és dara kemény búzából 1103 11 90 Durva rlemény és dara közönséges búzából 1701 11 00-tól 1701 12 99-ig Nyers cukor (répa- vagy nád-) 1701 99 10 Fehér cukor ex 1702 10 90 Tejcukor, száraz állapotban, 98,5 tömegszázalék tejcukortartalommal (PG 12) ex 1702 40 10 Izoglükóz, száraz állapotban, legalább 41 tömegszázalék gyümölcscukor-tartalommal ex 1702 90 99 Répa- vagy nádszirup, száraz állapotban, legalább 85 tömegszázalék szacharóz-tartalommal (beleértve az invertcukrot szacharózban kifejezve is) 1703 Cukor finomítása vagy kivonása során nyert melasz [1] [pic]U L 318, ta l-20.12.1993, p. 18. [2] [pic]U L 136, tal-31.5.1994, p. 5. [3] [pic]U L 30, tat-8.2.1996, p. 24. [4] [pic]U L 292, tas-26.11.1993, p. 10. [5] [pic] ĠU L 318, ta' l-20.12.1993, p. 18. [6] ĠU L 136, tal-31.5.1994, p. 5. [7] ĠU L 30, tat-8.2.1996, p. 24. [8] ĠU L 292, tas-26.11.1993, p. 10. [9] ĠU L 116, tat-23.5.1995, p. 1. [10] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [11] ĠU L 307, ta' l-20.12.1995, p. 10.