7.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 33/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 112/2008

tas-6 ta’ Frar 2008

li jintroduċi ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Nošovické kysané zelí (DPO), Pardubický perník (IĠP), Aceite del Baix Ebre-Montsià jew Oli del Baix Ebre-Montsià (DPO)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkusndirat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu, u bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talbiet mir-Repubblika Ċeka għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet “Nošovické kysané zelí” u “Pardubický perník”, u t-talba minn Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Aceite del Baix Ebre-Montsià” jew “Oli del Baix Ebre-Montsià” kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament ġew irreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)   ĠU C 102, 5.5.2007, p. 16 (Nošovické kysané zelí), ĠU C 103, 8.5.2007, p. 20 (Pardubický perník), ĠU C 105, 9.5.2007, p. 6 (Aceite del Baix Ebre-Montsià jew Oli del Baix Ebre-Montsià).


ANNESS

1.   Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.5.   Żjut u sustanzi xaħmin (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

SPANJA

Aceite del Baix Ebre - Montsià jew Oli del Baix Ebre - Montsià (DPO)

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Nošovické kysané zelí (DPO)

2.   Oġġetti ta' l-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:

Klassi 2.4.   Ħobż, prodotti ta' l-għaġina, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Pardubický perník (IĠP)