|
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Diċembru 2008
dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea
(2009/50/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza tal-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri fl-20 ta’ Mejju 2008 skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/792/KE tal-25 ta’ Frar 2008 (2). |
|
(2) |
Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll ġie applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Jannar 2007. |
|
(3) |
Il-Protokoll għandu jiġi konkluż, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità, il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 3 tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jagħti din in-notifika f’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) L-Opinjoni mogħija fit-2 ta’ Settembru 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).