|
15.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 153/2011
tat-2 ta’ Diċembru 2011
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/205/UE tal-31 ta’ Marzu 2010 dwar il-kwestjonarju ta’ rappurtar li jirrigwarda r-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 1h (ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 1f (id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2010/205/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 341, 22.12.2011, p. 87.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.