<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑250/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0250</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:278">EU:C:2014:278</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20140430">30.4.2014</DATE> — KAWŻA C‑250/13</P><P>WAGENER</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 547/72</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 107(1) u (6)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 987/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 90</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiema migranti</KEYWORD><KEYWORD>Konverżjoni tal-muniti</KEYWORD><KEYWORD>Teħid inkunsiderazzjoni tal-benefiċċji tal-familja riċevuti fl-Isvizzera matul il-kalkolu, minn Stat Membru, tal-allowances għall-ulied dipendenti</KEYWORD><KEYWORD>Differenzjal</KEYWORD><KEYWORD>Data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-konverżjoni f’euro tal-benefiċċji tal-familja Svizzeri</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑250/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20130507">7 ta’ Mejju 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Birgit Wagener</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesagentur für Arbeit — Familienkasse Villingen-Schwenningen,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn M. Safjan, President tal-Awla, J. Malenovský (Relatur) u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal B. Wagener, minn B. Hertrich, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Schatz u M. Van Hoof, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 107 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-<DATE ISO="19720321">21 ta’ Marzu 1972</DATE>, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83), fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1386/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20010605">5 ta’ Ġunju 2001</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 421, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 574/72<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u tal-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE>, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="284" DATE.PUB="2009">ĠU L 284, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn B. Wagener u l-Bundesagentur für Arbeit — Familienkasse Villingen-Schwenningen (Aġenzija Federali tax-Xogħol — Fond tal-allowances tal-familja ta’ Villingen-Schwenningen, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Familienkasse<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar l-għoti tal-allowances għall-ulied dipendenti fil-Ġermanja.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l‑Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="6" NO.OJ="114" DATE.PUB="2002">ĠU 2002, L 114, p. 6</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20020601">1 ta’ Ġunju 2002</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ dan il-ftehim jipprovdi li l-partijiet kontraenti għandhom jirregolaw, b’mod konformi mal-Anness II tal-imsemmi ftehim, il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Anness II tal-istess ftehim kien jipprovdi, fil-verżjoni oriġinali tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-partijiet kontraenti jaqblu, fir-rigward tal-kuntest tal-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, li japplikaw bejniethom l-atti Komunitarji li għalihom isir riferiment, kif inhuma fis-seħħ fid-data tal-firma tal-ftehim u kif emendati bis-Sezzjoni A ta’ dan l-Anness [...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-frażi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Stat(i) Membr(i)<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> fl-atti li għalihom isir riferiment fis-Sezzjoni A ta’ dan l-Anness għandha titqies li tirreferi, minbarra għall-istati koperti bl-atti Komunitarji inkwistjoni, għall-Isvizzera<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-verżjoni inizjali tas-Sezzjoni A tal-Anness II dwar il-moviment liberu tal-persuni kienet tagħmel riferiment għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35), fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 307/1999, tat-<DATE ISO="19990208">8 ta’ Frar 1999</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 335, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Regolament Nru 1408/71<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), u għar-Regolament Nru 574/72.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolamenti (KEE) Nri 1408/71 u 574/72</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, il-persuna li teżerċita attività bħala impjegat fit-territorju ta’ Stat Membru (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Istat tal-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) hija suġġetta, bħala prinċipju, għal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 73 ta’ dan ir-regolament, ħaddiem impjegat suġġett għal-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat għandu jkun intitolat, għall-membri tal-familja tiegħu li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Istat ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), għall-benefiċċji tal-familja previsti bil-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-impjieg, bħallikieku dawn kienu jirrisjedu fit-territorju tiegħu, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Anness VI tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 574/72:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>a) L-intitolament għall-benefiċċji jew allowances tal-familja dovuti taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, skond liema l-akkwist tad-dritt għal dawk il-benefiċċji jew allowances mhux suġġett għall-kondizzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni, l-impjieg jew l-impjieg għar-ras, ikun sospiż meta, waqt l-istess perjodu u għall-istess membru tal-familja, il-benefiċċji huma dovuti biss insegwitu għal-leġislazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor jew fl-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 73, 74, 77 jew 78 tar-Regolament [Nru 1408/71], sas-somma ta’ dawk il-benefiċċji.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 107 tar-Regolament Nru 574/72, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Konverżjoni ta’ muniti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="107.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Ir-Regolament [Nru 1408/71]: L-Artikolu 12(2), (3) u (4); L-Artikolu 14d(1); L-Artikolu 19(1)(b), l-aħħar sentenza; L-Artikolu 22(1)(ii), l-aħħar sentenza; L-Artikolu 25(1)(b), is-sentenza ta’ qabel ta’ l-aħħar; L-Artikolu 41(1)(ċ) u (d); L-Artikolu 46(4); L-Artikolu 46a(3); L-Artikolu 50; L-Artikolu 52(b), l-aħħar sentenza; L-Artikolu 55(1)(ii), l-aħħar sentenza; L-Artikolu 70(1), l-ewwel sub-paragrafu; L-Artikolu 71(1)(a)(ii) u (b)(ii), is-sentenza ta’ qabel ta’ l-aħħar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Ir-Regolament [Nru 574/72]: L-Artikolu 34(1), (4) u (5), ir-rata tal-bdil minn munita għal oħra għandha tkun dik magħmula mill-Kummissjoni u msejsa fuq il-medja ta’ kull xahar, għall-perjodu ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 2, ta’ rati ta’ referenza ta’ kambju ta’ flus ippubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="107.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-perjodu ta’ riferenza jkun:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Jannar għar-rati tal-kambju applikabbli mill-1 ta’ April ta’ wara,</P></ITEM><ITEM><P>April għar-rati tal-kambju applikabbli mill-l ta’ Lulju ta’ wara,</P></ITEM><ITEM><P>Lulju għar-rati tal-kambju applikabbli mill-1 ta’ Ottubru ta’ wara,</P></ITEM><ITEM><P>Ottubru għar-rati tal-kambju applikabbli mill-1 ta’ Jannar ta’ wara.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="107.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-data li trid tittieħed inkonsiderazzjoni għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju biex tkun applikata fil-każijiet li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 tkun iffissata mill-Kummissjoni Amministrattiva [għas-Sigurtà Soċjali tal-ħaddiema migranti] fuq proposta tal-Bord tal-Verifika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="107.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rati tal-kambju li għandhom ikunu applikati fil-każijiet li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 ikunu ppublikati fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> matul ix-xahar li jiġi qabel ix-xahar li mill-ewwel jum tiegħu dawn se jkunu applikati.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="107.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każijiet mhux koperti mill-paragrafu 1, il-konverżjoni ssir fuq ir-rata uffiċjali tal-kambju fil-jum tal-ħlas kemm għall-ħlas kif ukoll għar-rifużjoni tal-benefiċċji.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u Nru 987/2009</P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1408/71 ġie ssostitwit bir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72). Ir-Regolament Nru 574/72 ġie ssostitwit bir-Regolament Nru 987/2009. Dawn ir-regolamenti ġodda saru applikabbli fl-<DATE ISO="20100501">1 ta’ Mejju 2010</DATE>, skont l-Artikolu 91 tar-Regolament Nru 883/2004 u l-Artikolu 97 tar-Regolament Nru 987/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara l-adozzjoni ta’ dawn ir-regolamenti, id-Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-kumitat konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, tal-<DATE ISO="20120331">31 ta’ Marzu 2012</DATE>, li tissostitwixxi l-Anness II ta’ dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="51" NO.OJ="103" DATE.PUB="2012">ĠU L 103, p. 51</REF.DOC.OJ>), ipprevediet, mill-<DATE ISO="20120401">1 ta’ April 2012</DATE> - li hija d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha - verżjoni ġdida ta’ dan l-anness. Is-Sezzjoni A tal-imsemmi anness, f’din il-verżjoni l-ġdida, tagħmel riferiment għar-Regolamenti Nri 883/2004 u 987/2009 minflok ir-Regolamenti Nri 1408/71 u 574/72.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 67 tar-Regolament Nru 883/2004, persuna għandha tkun intitolata għall-benefiċċji tal-familja skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, inklużi l-membri tal-familja tagħha li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 68(2) tal-imsemmi regolament jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Fil-każ li jkun hemm <HT TYPE="ITALIC">overlapping</HT> bejn il-benefiċċji li għalihom hija intitolata persuna, benefiċċji marbutin mal-familja għandhom jingħataw skond il-leġislazzjoni indikata bħala l-leġislazzjoni li għandha preċedenza skond il-paragrafu 1. L-intitolar għal benefiċċji tal-familja taħt leġislazzjoni jew leġislazzjonijiet oħrajn li ma jaqblux għandu jkun sospiż sa’ l-ammont stabbilit mill-ewwel leġislazzjoni u għandu jingħata suppliment biex jagħmel tajjeb għad-differenza, jekk ikun meħtieġ, fis-somma li taqbeż dan l-ammont. Madanakollu, dan is-suppliment ma hemmx bżonn li jingħata fil-każ ta’ tfal li huma residenti fi Stat Membru ieħor meta l-persuna tkun intitolata għall-benefiċċju konċernat fuq il-bażi ta’ residenza biss.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 87(1) tal-istess regolament jinkludi d-dispożizzjoni tranżitorja segwenti li, skont l-Artikolu 93 tar-Regolament Nru 987/2009, tapplika wkoll għas-sitwazzjonijiet irregolati minn dan l-aħħar regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-ebda dritt ma jista’ jinkiseb taħt dan ir-Regolament għall-perjodu ta’ qabel il-jum ta’ l-applikazzjoni tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 90 tar-Regolament Nru 987/2009 jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament [Nru 883/2004] u tar-Regolament [Nru 987/2009], ir-rata tal-kambju bejn żewġ valuti għandha tkun ir-rata ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew. Id-data li għandha titqies biex tiġi ddeterminata r-rata tal-kambju għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni [għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali].<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Din il-kummissjoni adottat id-Deċiżjoni H3, tal-<DATE ISO="20091015">15 ta’ Ottubru 2009</DATE>, li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament Nru 987/2009 (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="56" NO.OJ="106" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 106, p. 56</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 62(1)(1) tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul (Einkommensteuergesetz) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Fir-rigward tat-tfal fis-sens tal-Artikolu 63, hija intitolata għall-allowances tal-familja taħt din il-liġi, kull persuna:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>li għandha d-domiċilju jew il-post ta’ residenza abitwali tagħha fit-territorju nazzjonali […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Benefiċċji oħra għall-ulied<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, l-Artikolu 65(1)(2) tal-imsemmija liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Ma għandhomx jitħallsu l-allowances għall-ulied dipendenti għal wild li jibbenefika minn xi wieħed mill-benefiċċji li ġejjin jew li jieħu tali benefiċċju jekk applikazzjoni f’dan is-sens tkun ġiet ippreżentata:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>benefiċċji għall-ulied mogħtija fl-esteru u komparabbli għall-allowances għall-ulied dipendenti jew għal xi wieħed mill-benefiċċji msemmija fil-punt 1.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-konjuġi Wagener jirrisjedu fil-Ġermanja flimkien mat-tliet uliedhom. B. Wagener ma teżerċita ebda attività professjonali. Is-Sur Wagener ilu jaħdem fl-Isvizzera bħala impjegat sa mill-<DATE ISO="20061001">1 ta’ Ottubru 2006</DATE>. Minħabba din l-attività, huwa rċieva, fi franki Svizzeri, allowances tal-familja għat-tliet uliedu għall-perijodu mix-xahar ta’ Ottubru 2006 sax-xahar ta’ Novembru 2011.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Matul dan l-istess perijodu, is-Sur Wagener irċieva wkoll, fil-Ġermanja, allowances għall-ulied dipendenti. Peress li l-Familienkasse ma ġiex informat bl-eżerċizzju tal-attività professjonali tas-Sur Wagener fl-Isvizzera, dawn l-allowances tħallsu bir-rata sħiħa.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Wara li, fix-xahar ta’ Frar 2012, ġie informat bl-eżerċizzju ta’ din l-attività, il-Familienkassen, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE>, annulla l-għoti tal-imsemmija allowances sa mix-xahar ta’ Ottubru 2006 u talab ir-rimbors tal-ammont tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Minkejja dan, il-Familienkasse qies li B. Wagener kellha dritt, skont l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 574/72, għal allowances imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>differenzjali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> mingħand il-Gvern Ġermaniż, ta’ ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ammonti tal-allowances Ġermaniżi għall-ulied dipendenti u dawk tal-allowances tal-familja Svizzeri. Barra minn hekk, il-Familienkasse stieden lil B. Wagener sabiex tagħmel talba f’dan is-sens.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, wara li ġie kkomunikat l-ammont preċiż tal-allowances tal-familja riċevuti fl-Isvizzera, il-Familienkasse, permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20121017">17 ta’ Ottubru 2012</DATE>, ċaħad it-talba għal għoti ta’ differenzjal ta’ allowances tal-familja għall-perijodu mix-xahar ta’ Ottubru 2006 sax-xahar ta’ Novembru 2011 f’dak li jikkonċerna l-ewwel żewġ ulied ta’ B. Wagener, billi kkunsidra li l-ammonti tal-allowances Svizzeri kienu ogħla minn dawk tal-allowances Ġermaniżi. Fir-rigward tat-tielet wild, huwa ta lil B. Wagener differenzjal ta’ allowances tal-familja ta’ EUR 39.42 għal dan il-perijodu ta’ ħames snin.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għall-konverżjoni f’euro tal-benefiċċji tal-familja Svizzeri, il-Familienkasse bbaża ruħu fuq rata tal-kambju stabbilita għall-aħħar tliet xhur tas-sena 2012 mill-Bundesagentur für Arbeit (Aġenzija Federali tax-Xogħol).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ lment tat-<DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, B. Wagener ikkontestat l-applikazzjoni ta’ din ir-rata tal-kambju. B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20121121">21 ta’ Novembru 2012</DATE>, il-Familienkasse ċaħad dan l-ilment billi ppreċiża li l-imsemmija konverżjoni kienet twettqet skont l-Artikolu 107(1) u (2) tar-Regolament Nru 574/72.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Sussegwentement, B. Wagener ressqet azzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju fejn sostniet, b’mod partikolari, li l-istess konverżjoni għandha ssir b’applikazzjoni tar-Regolamenti Nri 883/2004 u 987/2009, moqrija flimkien mad-deċiżjoni H3.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis, minn naħa, li dawn ir-regolamenti huma applikabbli, f’dak li jirrigwarda l-Konfederazzjoni Svizzera, biss sa mill-<DATE ISO="20120401">1 ta’ April 2012</DATE>. Min-naħa l-oħra, hija tirreferi għal ġurisprudenzi nazzjonali diverġenti fir-rigward tal-konverżjoni tal-muniti għall-kalkolu tad-drittijiet għal differenzjal ta’ allowances għall-ulied dipendenti. Fil-fatt, filwaqt li ċerti qrati nazzjonali applikaw l-Artikolu 107(6) tar-Regolament Nru 574/72, oħrajn, bħalma hija l-Finanzgericht München (qorti tal-finanzi ta’ München), ibbażaw ruħhom fuq l-Artikolu 107(1) ta’ dan ir-regolament minkejja li l-Artikolu 10 tal-imsemmi regolament ma jissemmiex f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont din l-aħħar qorti, l-Artikolu 107(6) tar-Regolament Nru 574/72 ma jipprestax ruħu għall-konverżjoni monetarja tal-benefiċċji soċjali għall-finijiet tal-kalkolu ta’ differenzjal ta’ allowances tal-familja skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament peress li dan ma jippreċiżax id-data li fiha għandha titwettaq din il-konverżjoni. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-Artikolu 107(6) tal-imsemmi regolament jirrendi iktar kumplessi l-modalitajiet prattiċi tal-kalkolu mill-awtorità kompetenti għall-benefiċċji mħallsa lil numru kbir ta’ benefiċjarji matul perijodu twil billi jobbliga lil din l-awtorità tikkalkola l-ammont ta’ dawn il-benefiċċji skont id-data ta’ kull ħlas tal-imsemmija benefiċċji lil kull benefiċjarju individwali. Barra minn hekk, teżisti lakuna fid-dritt tal-Unjoni li għandha tiġi solvuta b’applikazzjoni, b’analoġija, tal-Artikolu 107(1) tal-istess regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Baden-Württemberg iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċpali, fejn fond Ġermaniż ta’ allowances tal-familja, fis-<DATE ISO="20121017">17 ta’ Ottubru 2012</DATE>, abbażi tal-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 574/72, ikun alloka u ħallas (permezz ta’ tpaċija) għall-perijodu minn Ottubru 2006 sa Novembru 2011, fir-rigward ta’ allowances għall-ulied dipendenti [wara tnaqqis] tal-allowances tal-familja tal-Konfederazzjoni Svizzera, il-konverżjoni tal-allowances tal-familja Svizzeri [mħallsa fi] franki Svizzeri [...] għandha sseħħ skont l-Artikolu 107(1) tar-Regolament Nru 574/71, l-Artikolu 107(6) tar-Regolament Nru 574/72 jew l-Artikolu 90 tar-Regolament Nru 987/2009 moqri flimkien mad-deċiżjoni H3[...]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’każ fejn, skont ir-risposta għall-ewwel domanda, il-konverżjoni għandha sseħħ totalment jew parzjalment skont l-Artikolu 107(6) tar-Regolament Nru 574/72: fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-ewwel domanda, id-data ta’ ħlas tal-benefiċċju barrani li għandu jitnaqqas hija determinanti għall-konverżjoni jew hija d-data ta’ ħlas tal-benefiċċju nazzjonali, li minnu jitnaqqas il-benefiċċju barrani, li hija rilevanti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ fejn, skont ir-risposta għall-ewwel domanda, l-konverżjoni għandha sseħħ totalment jew parzjalment skont l-Artikolu 107(1) tar-Regolament Nru 574/72: f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali: kif għandu jiġi stabbilit il-perijodu ta’ referenza skont l-Artikolu 107(2) u (4) tar-Regolament Nru 574/72? Id-data ta’ għoti jew ta’ ħlas, mill-istituzzjoni Svizzera, tal-benefiċċji tal-familja li għandhom jitnaqqsu għandha importanza għall-konverżjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ fejn, skont ir-risposta għall-ewwel domanda, il-konverżjoni għandha sseħħ totalment jew parzjalment skont l-Artikolu 90 tar-Regolament Nru 987/2009 moqri flimkien mad-deċiżjoni H3 [...]: skont liema dispożizzjoni [punt 2, punt 3(a), jew punt 3(b)] tad-deċiżjoni H3 [...], u b’liema mod għandha sseħħ il-konverżjoni ta’ benefiċċji tal-familja meta d-dritt nazzjonali jipprevedi<?PAGE NO="7"?> esklużjoni mill-benefiċċji tal-familja nazzjonali [Artikolu 65(1)(2) tal-Liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul] u dawn il-beneffiċċji jingħataw biss skont id-dritt tal-Unjoni? Id-data ta’ għoti jew ta’ ħlas tal-benefiċċji tal-familja mill-istituzzjoni Svizzera hija rilevanti għall-konverżjoni?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, il-konverżjoni monetarja ta’ allowances tal-familja għandhiex issir skont l-Artikolu 107(1) tar-Regolament Nru 574/72 jew l-Artikolu 107(6) ta’ dan ir-regolament jew saħansitra l-Artikolu 90 tar-Regolament Nru 987/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 1(1) tal-Anness II tal-Ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni, moqri flimkien mad-Deċiżjoni Nru 1/2012, jirriżulta li, fil-qasam tal-koordinazzjoni tal-benefiċċji msemmija fl-imsemmi ftehim, ir-Regolamenti Nri 1408/71 u 574/72 japplikaw għall-perijodu mill-<DATE ISO="20020601">1 ta’ Ġunju 2002</DATE> sal-<DATE ISO="20120331">31 ta’ Marzu 2012</DATE>. Għall-kuntrarju, ir-Regolamenti Nri 883/2004 u 987/2009 huma applikabbli mill-<DATE ISO="20120401">1 ta’ April 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, huma l-awtoritajiet Ġermaniżi li għandhom jikkonvertu f’euro benefiċċji tal-familja mħallsa mill-Istat Svizzeru relattivi għall-perijodu mix-xahar ta’ Ottubru 2006 sax-xahar ta’ Novembru 2011. Id-dritt għal dawn il-benefiċċji għaldaqstant huma rregolati mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Nri 1408/71 u 574/72 — u iktar preċiżament mill-Artikoli 13(2)(a) u 73 tar-Regolament Nru 1408/71, kif ukoll mill-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 574/72, u mhux mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Nri 883/2004 u 987/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-konverżjoni monetarja tal-imsemmija benefiċċji għandha ssir skont l-Artikolu 107 tar-Regolament Nru 574/72, li jirrigwarda l-konverżjoni tal-benefiċċji msemmija mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Nri 1408/71 u 574/72, u mhux abbażi tal-Artikolu 90 tar-Regolament Nru 987/2009 peress li, skont il-formulazzjoni ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, din hija stabbilita biss b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Nri 883/2004 u 987/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Sabiex jiġi identifikat il-paragrafu tal-Artikolu 107 tar-Regolament Nru 574/72 applikabbli fil-kawża prinċipali, għandu jitfakkar li l-Artikolu 107(1) ta’ dan ir-regolament jiddefinixxi l-modalitajiet ta’ konverżjoni monetarja biss għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet imsemmija fiha b’mod espress (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Grisvard u Kreitz, C-201/91, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:368">EU:C:1992:368</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 23 u 25).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 107(1) tal-imsemmi regolament la jagħmel riferiment għall-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 u lanqas għall-Artikolu 73 ta’ dan ir-regolament, u lanqas għall-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 574/72. Konsegwentement, dan ma jistax jiġi applikat fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Billi l-Artikolu 107(6) tar-Regolament Nru 574/72 għandu, skont il-formulazzjoni tiegħu, japplika fil-każijiet li ma humiex imsemmija fl-Artikolu 107(1) ta’ dan ir-regolament, din l-ewwel dispożizzjoni tirregola l-konverżjoni monetarja tal-benefiċċji inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex invalidata mill-argument li l-Artikolu 107(6) tal-imsemmi regolament ma jiffaċilitax l-operazzjonijiet ta’ konverżjoni monetarja tal-benefiċċji għall-finijiet tal-kalkolu tad-differenzjal ta’ allowances tal-familja skont l-Artikolu 10 tal-istess regolament.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-formulazzjoni tal-Artikolu 107 tar-Regolament Nru 574/72 hija ċara f’dak li jikkonċerna r-relazzjoni bejn il-paragrafi (1) u (6) tiegħu, l-argumenti bbażati fuq konvenjenza ikbar tal-metodu msemmi fl-Artikolu 107(1) ta’ dan ir-regolament ma jistgħux imorru kontra tali formulazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Grisvard u Kreitz, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:368">EU:C:1992:368</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 23 u 25).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-eżistenza ta’ mistoqsijiet possibbli dwar id-data tal-konverżjoni monetarja skont l-Artikolu 7(6) tal-imsemmi regolament, din ma tistax tiġġustifika n-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Ir-risposta għal dawn il-mistoqsijiet, għall-kuntrarju, għandha tirriżulta mill-interpretazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għanda tkun li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, il-konverżjoni monetarja ta’ allowances tal-familja għandha ssir skont l-Artikolu 107(6) tar-Regolament Nru 574/72.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 107(6) tar-Regolament Nru 574/72 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-konverżjoni monetarja ta’ allowances tal-familja, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għall-finijiet tal-kalkolu tad-differenzjal ta’ allowances familjari skont l-Artikolu 10(1)(a) ta’ dan ir-regolament, għandha ssir jew bir-rata tal-kambju uffiċjali fil-jum tal-ħlas ta’ dawn l-allowances mill-Istat tal-impjieg jew fis-sens li din għandha ssir bir-rata tal-kambju uffiċjali tal-jum tal-ħlas ta’ dan id-differenzjal mill-Istat ta’ residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 107(6) tal-imsemmi regolament jipprevedi li, fil-każ ta’ ħlas ta’ benefiċċji, il-konverżjoni monetarja għandha ssir skont ir-rata tal-kambju uffiċjali tal-jum tal-ħlas.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikoli 13(2)(a) u 73 tar-Regolament Nru 1408/71, moqrija flimkien mal-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 574/72, jirriżulta li l-ħaddiem huwa intitolat għall-allowances tal-familja kollha previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-impjieg, filwaqt li d-dritt tiegħu għall-allowances tal-familja previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza huwa sospiż sal-ammont ta’ dawn l-ewwel benefiċċji.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta l-allowances tal-familja previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-impjieg ikunu iktar għoljin minn dawk previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza, id-dritt tal-ħaddiem għal dawn tal-aħħar jiġi sospiż sal-ammont totali tagħhom. Tali ħaddiem ma jirċievi ebda ħlas mingħand l-Istat ta’ residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, il-formulazzjoni tal-Artikolu 107(6) tar-Regolament Nru 574/72, li torbot, b’mod inkundizzjonat, il-konverżjoni tal-benefiċċji bir-rata tal-kambju uffiċjali tal-jum tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ħlas<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, għandha tinqara bħala li ssemmi l-konverżjoni tal-benefiċċji mħallsa mill-Istat tal-impjieg sa fejn dan il-ħlas iseħħ fi kwalunkwe ipoteżi, filwaqt li l-ħlas tal-benefiċċji previsti mill-Istat ta’ residenza iseħħ biss f’kundizzjonijiet preċiżi, u għaldaqstant huwa kundizzjonat u inċert.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali interpretazzjoni tiggarantixxi l-effett utli tar-regoli antikumulu, bħal dawk previsti fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 574/72, li huma intiżi li jiggarantixxu lill-benefiċjarju ta’ benefiċċji mħallsa minn diversi Stati Membri ammont totali ta’ benefiċċji li huwa identiku għall-ammont tal-benefiċċju l-iktar favorevoli dovut lilu skont il-leġiżlazzjoni ta’ wieħed fost dawn l-Istati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Romano, 98/80, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:104">EU:C:1981:104</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li, f’kawża bħal dik prinċipali, il-benefiċjarju tal-allowances tal-familja mħallsa mill-Istat tal-impjieg jirrisjedi fl-Istat Membru li jagħti d-differenzjal ta’ allowances tal-familja b’mod li l-allowances imħallsa mill-Istat tal-impjieg jiġu ttrasferiti lejn l-Istat ta’ residenza. Issa, huwa biss wara l-ħlas ta’ dan il-benefiċċju mill-Istat tal-impjieg u l-konverżjoni tal-ammont tiegħu fil-munita<?PAGE NO="9"?> tal-Istat ta’ residenza li l-persuna kkonċernata tista’ tibbenefika minn dan id-differenzjal f’dan l-aħħar Stat fil-każ li l-ammont li tiegħu tkun saret il-konverżjoni jkun inqas minn dak tal-istess benefiċċju dovut skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 107(6) tar-Regolament Nru 574/72 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konverżjoni monetarja ta’ allowances tal-familja, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għall-finijiet tal-kalkolu tad-differenzjal ta’ allowances tal-familja skont l-Artikolu 10(1)(a) ta’ dan ir-regolament, għandha ssir bir-rata tal-kambju uffiċjali tal-jum tal-ħlas ta’ dawn l-allowances mill-Istat tal-impjieg.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet u r-raba’ domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li t-tielet u r-raba’ domandi jiġu eżaminati.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, il-konverżjoni monetarja ta’ allowances tal-familja għandha ssir skont l-Artikolu 107(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-<DATE ISO="19720321">21 ta’ Marzu 1972</DATE>, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE>, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1386/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20010605">5 ta’ Ġunju 2001</DATE>.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 107(6) tar-Regolament Nru 574/72, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 1386/2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konverżjoni monetarja ta’ allowances tal-familja, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għall-finijiet tal-kalkolu tad-differenzjal ta’ allowances tal-familja skont l-Artikolu 10(1)(a) ta’ dan ir-regolament, għandha ssir bir-rata tal-kambju uffiċjali tal-jum tal-ħlas ta’ dawn l-allowances mill-Istat Membru tal-impjieg li fit-territorju tiegħu l-ħaddiem jitqies li jwettaq attività bħala impjegat.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>