<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-428/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0428</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:548">EU:C:2021:548</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20210708">8.7.2021</DATE> – Kawża C‑428/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Rapidsped</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20210708">8 ta’ Lulju 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 96/71/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(1) u l‑Artikoli 3 u 5</KEYWORD><KEYWORD>Kollokament ta’ ħaddiema mwettaq fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Xufiera li jaħdmu fi trasport internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Osservanza tar-rata minima ta’ ħlas fil-pajjiż ta’ kollokament</KEYWORD><KEYWORD>Allowance ta’ kuljum</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 561/2006</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10</KEYWORD><KEYWORD>Remunerazzjoni mogħtija lill-impjegati skont il‑fjuwil ikkonsmat</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑428/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u tax-Xogħol ta’ Gyula, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20190520">20 ta’ Mejju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20190604">4 ta’ Ġunju 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">OL,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">PM,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">RO</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot, President tal-Awla, L. Bay Larsen (Relatur), C. Toader, M. Safjan u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal OL, PM u RO, minn Gy. Lupkovics, ügyvéd,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għal Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt., minn D. Kaszás, ügyvéd,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér, G. Koós u M. M. Tátrai, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn A.‑L. Desjonquières u C. Mosser, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u P. Huurnink, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, inizjalment minn W. Mölls, B.‑R. Killmann u L. Havas, sussegwentement minn B.‑R. Killmann u L. Havas, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tas-<DATE ISO="20210506">6 ta’ Mejju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1) kif ukoll tal-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="19961216">16 ta’ Diċembru 1996</DATE> dwar l-istazzjonar [il-kollokament] ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="016" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 16, p. 66</REF.DOC.OJ>), u tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="102" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 102, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="195" PAGE.FIRST="83" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 195, p. 83</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, OL, PM u RO u, min-naħa l-oħra, Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Rapidsped<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar talba minn dawn tal-ewwel, bħala xufiera li jaħdmu fi trasport internazzjonali, intiża sabiex jiksbu mingħand Rapidsped, il-kumpannija li timpjegahom, il-ħlas ta’ salarju li jieħu inkunsiderazzjoni s-salarju minimu Franċiż skont il-ħin tax-xogħol imwettaq fi Franza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 96/71</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/71, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Il-kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għall-impriżi stabbiliti fi Stat Membru li, fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi transnazzjonali, jimpjegaw ħaddiema skond il-paragrafu 3, fit-territorju ta’ Stat Membru.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva ma tapplikax għall-impriżi ta’ marina merkantili fejn għandhom x’jaqsmu l-baħħara.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva għandha tapplika sa fejn l-impriżi imsemmija fil-paragrafu 1 jieħdu waħda mill-miżuri transnazzjonali li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jibagħtu ħaddiema fit-territorju ta’ Stat Membru għall-kont tagħhom proprju u taħt il-kontroll tagħhom fil-qafas ta’ kuntratt konkluż bejn l-impriża li tibgħat u d-destinatarju tal-prestazzjoni ta’ servizzi li jopera f’dak l-Isat Membru, sakemm teżisti relazzjoni ta’ impjieg bejn l-impriża li tibgħat u l-ħaddiem fil-perjodu tal-kollokazzjoni; jew</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Tifsira<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ħaddiem kollokat<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> ifisser ħaddiem li, għall-perjodu limitat jagħmel ix-xogħol tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru barra mill-Istat li normalment jaħdem fih.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjoni ta’ ħaddiem hija dik li tapplika fil-liġi ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-ħaddiem jinbagħat.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>It-termini u l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, tkun xi tkun il-liġi li tapplika għar-relazzjoni ta’ impjieg, l-impriżi msemmija fl-Artikolu 1(1) jiggarantixxu lill-ħaddiema mibgħuta fit-territorju tagħhom it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg li jkopru il-kwistjonijiet li ġejjin, fl-Istati Membri fejn ix-xogħol hu mwettaq, huma stabbiliti:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>skond liġi, regolament jew dispożizzjonijiet amministrattivi,</P></ITEM></LIST><P>u/jew,</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>bi ftehim kollettiv jew sentenza ta’ arbitraġġ li kienu ddikjarati universalment applikabbli fis-sens tal-paragrafu 8, sa fejn jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fl-Anness:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>ir-rati minimi ta’ ħlas, li jinkludu rati ta’ sahra; dan il-punt ma japplikax għal skemi komplimentari għall-irtirar mix-xogħol;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></P></ITEM></LIST><P>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, il-kunċett ta’ rati minimi ta’ ħlas imsemmija fil-paragrafu 1(ċ) huwa definit mil-liġi u/jew il-prattika nazzjonali ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-ħaddiem huwa mibgħut.</P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="003.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Paragrafi 1 sa 6 m’għandhomx iżommu l-applikazzjoni ta’ klawżoli u kundizzjonijiet ta’ impjieg jew xogħol li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema. Il-ħlas addizzjonali minħabba l-kollokament għandu jingħadd bħala parti mis-salarju minimu, barra minn dak li jitħallas bħala rimbors ta’ spejjeż minħabba l-kollokament, bħalma huma l-ispejjeż tal-vjaġġ, ta’ l-alloġġ jew ta’ l-ikel.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Miżuri<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa fil-każ ta’ non‑konformità mad-Direttiva.</ALINEA><ALINEA>Għandhom b’mod partikulari jiżguraw li proċeduri adegwati huma disponibbli lill-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għat-twettiq ta’ l-obbligi taħt din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 96/71, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Sabiex jiġi infurzat id-dritt għat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg iggarantiti fl-Artikolu 3, il-proċeduri gudizzjarji jistgħu jinfetħu fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-ħaddiem qiegħed jew ġie kkollokat, mingħajr preġudizzju, meta applikabbli, bla ħsara, taħt konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti dwar il-ġurisdizzjoni, li jinfetħu proċeduri fi Stat ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2003/59/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20030715">15 ta’ Lulju 2003</DATE> dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 7, p. 441, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="069" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 69, p. 39</REF.DOC.OJ>) tipprovdi, fil-premessa 10 tagħha, li l-iżvilupp tas-sewqan preventiv, li jmur flimkien mar-razzjonalizzazzjoni tal-konsum tal-fjuwil, ikollu effetti pożittivi kemm għas-soċjetà kif ukoll għas-settur tat-trasport bit-triq innifsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għal xogħol ta’ sewqan magħmul minn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ċittadini ta’ Stat Membru; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma impjegati jew dipendenti ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>minn hawn ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>sewwieqa<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>, li jagħmlu xogħol ta’ trasport bit-triq fi ħdan il-Komunità, f’toroq miftuħa għall-pubbliku, billi jużaw:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>vetturi li jeħtieġu liċenzja tas-sewqan tal-kategorija C1, C1+E, C jew C+E, kif imfissra fid-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-<DATE ISO="19910729">29 ta’ Lulju 1991</DATE> dwar il-liċenzji tas-sewqan [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 317)], jew liċenzja tas-sewqan meqjusa bħala ekwivalenti,</P></ITEM></LIST><?PAGE NO="5"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Anness I tal-imsemmija direttiva huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Ħtiġiet minimi ta’ kwalifika u taħriġ<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Skont il-punt 1.3 tas-Sezzjoni 1 tiegħu, l-għarfien li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-konstatazzjoni tal-kwalifika inizjali u tat-taħriġ kontinwu tas-sewwieq mill-Istati Membri għandu jirrigwarda, b’mod partikolari, l-ottimizzazzjoni tal-konsum tal-fjuwil b’rabta mal-liċenzji C, C + E, C1, C1 + E.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/126/CE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="403" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 403, p. 18</REF.DOC.OJ>) ħassret u ssostitwixxiet id-Direttiva 91/439 b’effett mid-<DATE ISO="20130119">19 ta’ Jannar 2013</DATE>. Mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/126, moqri flimkien mat-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness III tad-Direttiva 2003/59, jirriżulta li l-liċenzji C, C + E, C1, C1 + E previsti minn din id-direttiva tal-aħħar jikkonċernaw vetturi li jservu b’mod partikolari għat-trasport bit-triq ta’ merkanzija, li l-massa massima awtorizzata tagħhom taqbeż it‑3.5 tunnellati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2006/126, ir-riferimenti magħmula għad-Direttiva 91/439 imħassra għandhom jinftiehmu bħala li saru għad-Direttiva 2006/126.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 561/2006</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament Nru 561/2006, dan tal-aħħar japplika għat-trasport bit-triq b’mod partikolari ta’ merkanzija minn vetturi, inklużi vetturi bi trejlers jew semitrejlers, li l-massa massima awtorizzata tagħhom taqbeż it‑3.5 tunnellati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Impriża tat-trasport ma għandhiex tagħti lix-xufiera li timpjega jew li jkunu għad-disposizzjoni tagħha xi ħlas, anke jekk ikun fil-forma ta’ bonus jew żieda mal-paga, li jkun relatat mad-distanza tal-vjaġġ li jkun sar u/jew l-ammont ta’ merkanzija li nġarret jekk dak il-ħlas ikun tali li jista’ jipperikola s-sigurtà fit-triq u/jew jinkoraġġixxi ksur ta’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 44/2001</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) kien jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li dan ir-regolament jissostitwixxi, bejn l-Istati Membri, il-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>), kif emendata bil-konvenzjonijiet suċċessivi dwar l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda ma’ din il-konvenzjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Konvenzjoni ta’ Brussell<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), ħlief għal dak li jikkonċerna ċerti territorji ta’ Stati Membri, u, fil-paragrafu 2 tiegħu, li, sa fejn dan ir-regolament jissostitwixxi bejn l-Istati Membri d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, kull riferiment għaliha jinftiehem bħala li huwa riferiment għall-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>) jipprovdi, fil-premessa 8 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Fit-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 44/2001 li jissostitwixxi l-[Konvenzjoni ta’ Brussell] fir-rigward tat-territorji tal-Istati Membri koperti mit-TFUE, […] fost l-Istati Membri minbarra d-Danimarka. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/325/KE [tas-<DATE ISO="20060427">27 ta’ April 2006</DATE> dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="294M" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 294M, p. 8</REF.DOC.OJ>),] il-Komunità kkonkludiet ftehim mad-Danimarka li jiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament [Nru 44/2001] fid-Danimarka. […]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 21(1)(a) ta’ dan ir-regolament, persuna li timpjega ddomiċiljata fit-territorju ta’ Stat Membru tista’ titressaq quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn hija ddomiċiljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 62(1) tal-istess regolament, sabiex jiġi ddeterminat jekk parti jkollhiex domiċilju fit-territorju tal-Istat Membru li l-qrati tiegħu jkunu aditi bil-kwistjoni, il-qorti għandha tapplika l-liġi interna tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 80 tar-Regolament Nru 1215/2012, dan ir-regolament iħassar ir-Regolament Nru 44/2001. Ir-riferimenti għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala li saru għar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2) tal-a Munka Törvénykönyvérġl szóló 2012. Évi I. törvény (il-Liġi Nru I tal-2012 li tistabbilixxi l-Kodiċi tax-Xogħol, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Kodiċi tax-Xogħol<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), jipprovdi li, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor, dan tal-aħħar għandu japplika meta l-ħaddiem abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu fl-Ungerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 285 tal-Kodiċi tax-Xogħol huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="285.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħaddiema u l-persuni li jimpjegaw jistgħu jressqu azzjoni quddiem qorti li tirriżulta mir-relazzjoni ta’ xogħol jew minn din il-liġi, filwaqt li s-sindakati u l-kumitati tal-impriża jistgħu jressqu azzjoni li tirriżulta minn din il-liġi, minn ftehim kollettiv jew minn ftehim tal-impriża.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="285.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Skont l-Artikolu 295, il-ħaddiema jistgħu wkoll iressqu azzjonijiet quddiem il-qrati Ungeriżi fir-rigward tas-sigħat maħduma fl-Ungerija.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 295(1) ta’ dan il-kodiċi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Jekk, abbażi ta’ ftehim konkluż ma’ terz, persuna li timpjega barranija tirrekluta ħaddiem fit-territorju tal-Ungerija billi tistabbilixxi relazzjoni ta’ xogħol li għaliha ma tapplikax din il-liġi bis-saħħa tal-Artikolu 3(2) tagħha, ir-regoli tad-dritt Ungeriż, inklużi d-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv applikabbli għar-relazzjoni ta’ xogħol, japplikaw għal din ir-relazzjoni ta’ xogħol, bla ħsara għall-paragrafu 4, f’dak li jirrigwarda:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>it-tul tal-perijodu massimu ta’ xogħol jew tal-perijodu minimu ta’ mistrieħ,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-tul minimu tal-leave annwali mħallas,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-ammont tas-salarju minimu,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 214 sa 222 għall-provvista ta’ ħaddiema,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>il-kundizzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà fix-xogħol,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol ta’ nisa tqal u nisa li għandhom tfal żgħar, kif ukoll ta’ ħaddiema żgħażagħ, kif ukoll</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>ir-rekwiżit tal-ugwaljanza fit-trattament.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 299 tal-imsemmi kodiċi, dan għandu l-għan li jittrasponi, b’mod partikolari, id-Direttiva 96/71 fid-dritt intern.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>OL, PM, u RO (iktar ’il quddiem ix-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>xufiera inkwistjoni fil-kawża prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) ikkonkludew kull wieħed minnhom fit-<DATE ISO="20150612">12 ta’ Ġunju 2015</DATE>, fis-<DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE> u fis-<DATE ISO="20160826">26 ta’ Awwissu 2016</DATE>, rispettivament, kuntratt tax-xogħol relatat ma’ impjieg ta’ xufier ta’ trakkijiet ma’ Rapidsped, kumpannija li għandha s-sede tagħha fl-Ungerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Dawn il-kuntratti, li huma redatti b’mod uniformi, jistipulaw li, minkejja li l-ħaddiem għandu l-kompitu, minbarra li jwettaq trasport internazzjonali ta’ merkanzija, li jwettaq trasport nazzjonali ta’ merkanzija, huwa għandu normalment iwettaq ix-xogħol tiegħu f’postijiet li jkunu ta’ spiss u prinċipalment barra mill-pajjiż, mingħajr madankollu ma x-xogħol imwettaq barra mill-pajjiż ikun ta’ natura permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont id-dritt Ungeriż, il-ħaddiem għandu dritt għal allowances ta’ kuljum għax-xogħol imwettaq barra mill-pajjiż. Mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod partikolari, minn dokument ta’ informazzjoni tal-ħaddiema maħruġ minn Rapidsped, jirriżulta li l-ammont ta’ dawn l-allowances ikun għoli skont kemm ikun twil il-perijodu ta’ kollokament tal-ħaddiem barra mill-pajjiż, li, skont il-kuntratt, seta’ jvarja, bħala prinċipju, minn tlieta sa ħames ġimgħat, skont l-għażla tal-ħaddiem. Dan l-istess dokument jippreċiża li l-imsemmija allowances kienu intiżi sabiex ikopru l-ispejjeż sostnuti barra mill-pajjiż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kuntratti tax-xogħol tax-xufiera inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu jipprevedu għalihom, meta jwettqu ekonomija fl-użu tal-fjuwil, bonus, għad-diskrezzjoni tal-persuna li timpjega, ibbażat fuq formula li tqabbel il-konsum tal-fjuwil mad-distanza koperta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Ix-xufiera inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu jwettqu xogħolhom billi jmorru Franza permezz ta’ minibus. Matul il-perijodu kollu tal-kollokament, is-servizzi ta’ tqassim ta’ Rapidsped kienu jistabbilixxu l-kompiti tat-trasport li kellhom jitwettqu, jiġifieri f’liema data, permezz ta’ liema vettura u skont liema vjaġġi l-merkanzija kellha tiġi ttrasportata. Minħabba r-regoli dwar il-kabotaġġ, l-imsemmija xufiera kienu jaqsmu l-fruntiera diversi drabi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-bidu ta’ kull perijodu ta’ kollokament, Rapidsped kienet tipprovdi lix-xufiera inkwistjoni fil-kawża prinċipali dikjarazzjoni ċċertifikata minn nutar Ungeriż u ċertifikat ta’ kollokament tal-Ministeru tax-Xogħol Franċiż li jistabbilixxi li s-salarju tagħhom fis-siegħa kien jammonta għal EUR 10.40, jiġifieri iktar mis-salarju minimu fis-siegħa applikabbli għas-settur tat-trasport bit-triq, li kien stabbilit fl-ammont ta’ EUR 9.76 fis-siegħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Ix-xufiera inkwistjoni fil-kawża prinċipali ppreżentaw azzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u tax-Xogħol ta’ Gyula, l-Ungerija), kontra Rapidsped minħabba li s-salarju tagħhom li jikkorrispondi għall-ħin tax-xogħol imwettaq fi Franza ma kienx jilħaq is-salarju minimu Franċiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont il-kuntratti tax-xogħol tax-xufiera inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dawn effettivament irċevew, matul is-sena 2018, salarju mensili ta’ EUR 545 gross, jiġifieri EUR 3.24 fis-siegħa. Fir-rigward tad-differenza ta’ EUR 6.52 fis-siegħa bejn is-salarju minimu Franċiż u s-salarju fis-siegħa rċevut mill-imsemmija xufiera, Rapidsped issostni quddiem il-qorti tar-rinviju li din kienet koperta mill-ammont tal-allowances ta’ kuljum u tal-bonus tal-ekonomija fl-użu tal-fjuwil li kienu tħallsu lilhom, peress li dawn kienu jagħmlu parti mis-salarju tagħhom, fatt li dawn ix-xufiera jikkontestaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, jekk jitqies li d-Direttiva 96/71 tapplika għat-trasport internazzjonali ta’ merkanzija, is-sitwazzjoni li hija s-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali taqa’ taħt din id-direttiva, peress li l-persuna li timpjega rreġistrata fl-Ungerija, Rapidsped, tikkolloka ħaddiema Ungeriżi, ix-xufiera inkwistjoni fil-kawża prinċipali, impjegati skont id-dritt tax-xogħol Ungeriż fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, f’isimha u taħt id-direzzjoni tagħha, sabiex jipprovdu servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija lill-klijenti tal-post ta’ kollokament. Il-ħaddiema, matul il-perijodu kollu, kienu f’relazzjoni ta’ xogħol ma’ Rapidsped, responsabbli għall-kollokament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u tax-Xogħol ta’ Gyula) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva [96/71], flimkien mal-Artikoli 3 u 5 tal-istess direttiva u mal-Artikoli 285 u 299 tal-Kodiċi tax-Xogħol Ungeriż għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ksur tad-direttiva u tad-dispożizzjonijiet Franċiżi dwar il-pagi minimi jistgħu jiġu invokati fi proċeduri mibdija minn ħaddiema Ungeriżi quddiem qorti Ungeriża kontra l-persuna li timpjega Ungeriża?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-allowance ta’ kuljum intiża sabiex tkopri l-ispejjeż magħmula waqt it-tul tal-kollokament tal-ħaddiema barra l-pajjiż għandha titqies bħala parti mir-remunerazzjoni?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 561/2006/KE jipprekludi prattika li biha l-persuna li timpjega tagħti allowance lix-xufiera, ibbażata fuq formula għall-kalkolu tat-tfaddil magħmul fil-forma ta’ tnaqqis fil-konsum tal-fjuwil meta mqabbel mal-vjaġġ magħmul, li ma huwiex parti mis-salarju previst fil-kuntratt ta’ xogħol ta’ dawn ix-xufiera, u li fuqu ma ħallsu l-ebda taxxa jew kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali, billi, sabiex jinkiseb dan l-iffrankar tal-fjuwil, ix-xufiera huma mħeġġa jsuqu b’tali mod li jistgħu jżidu r-riskji tas-sigurtà fit-toroq (pereżempju, isuqu bil-magna mitfija jew mingħajr gass (freewheel) sakemm ikun possibbli għan-niżla)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Id-Direttiva [96/71] tapplika għat-trasport internazzjonali ta’ merkanzija, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tat bidu għal proċeduri ta’ ksur kontra Franza u l-Ġermanja peress li dawn il-pajjiżi japplikaw il-leġiżlazzjoni tagħhom dwar is-salarju minimu għas-settur tat-trasport bit-triq?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Tista’ direttiva fiha nfisha, fl-assenza ta’ traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali, tagħti lok għal tali obbligu għal individwu u għaldaqstant tkun fiha nnifisha l-bażi ta’ azzjoni ġudizzjarja kontra dak l-individwu fil-kuntest ta’ proċedura quddiem qorti nazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 96/71 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li hija applikabbli għall-provvisti ta’ servizzi tranżnazzjonali fis-settur tat-trasport bit-triq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, fil-punt 41 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201201">1 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Federatie Nederlandse Vakbeweging</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑815/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:976">EU:C:2020:976</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan kien il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li għar-raba’ domanda tingħata r-risposta li d-Direttiva 96/71 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija applikabbli għall-provvisti ta’ servizzi tranżnazzjonali fis-settur tat-trasport bit-triq.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 96/71, moqri flimkien mal-Artikoli 3 u 5 ta’ din id-direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-ksur, mill-persuna li timpjega stabbilita fi Stat Membru, tad-dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward tas-salarju minimu jista’ jiġi invokat kontra din il-persuna li timpjega minn ħaddiema kkollokati tal-ewwel Stat Membru, quddiem qorti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, sabiex tiġi żgurata l-osservanza ta’ nukleu ta’ regoli imperattivi ta’ protezzjoni minima, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, tkun xi tkun il-liġi applikabbli għar-relazzjoni ta’ xogħol, l-impriżi stabbiliti fi Stat Membru għandhom jiggarantixxu, fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi tranżnazzjonali, lill-ħaddiema kkollokati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg applikabbli fit-territorju tiegħu f’dak li jirrigwarda l-oqsma elenkati f’din<?PAGE NO="10"?> id-dispożizzjoni u, b’mod partikolari, ir-rati minimi ta’ ħlas (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Sähköalojen ammattiliitto</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑396/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:86">EU:C:2015:86</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/71, it-tieni paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jiżguraw b’mod partikolari li l-ħaddiema kkollokati jkollhom proċeduri adegwati għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tal-obbligi previsti minn din id-direttiva. Għaldaqstant, l-imsemmija ħaddiema għandhom ikunu jistgħu jinvokaw quddiem il-qrati l-osservanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg imsemmija fl-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, bħal dik dwar ir-rati minimi ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 96/71 jipprovdi li, minbarra l-fakultà għall-ħaddiema kkollokati li jressqu, fi Stat Membru li l-qrati tiegħu għandhom ġurisdizzjoni skont il-konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, azzjoni ġudizzjarja sabiex jinvokaw id-dritt għall-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg iggarantiti mill-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, dawn il-ħaddiema jistgħu wkoll iressqu tali azzjoni quddiem il-qrati kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu huma ġew jew kienu kkollokati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 3(1) kif ukoll l-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 96/71 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jiggarantixxu lill-ħaddiem ikkollokat, tkun xi tkun il-liġi applikabbli għar-relazzjoni ta’ xogħol, id-dritt li jinvoka u li jsostni, quddiem waħda mill-qrati kompetenti msemmija fil-punt preċedenti, id-dispożizzjonijiet tal-Istat Membru ospitanti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg li jikkonċernaw il-kwistjonijiet elenkati f’din l-ewwel dispożizzjoni u, b’mod partikolari, ir-rati minimi ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 21(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012, li għalih jirreferi indirettament l-Artikolu 6 tad-Direttiva 96/71 b’riferiment għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti dwar il-ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, persuna li timpjega ddomiċiljata fit-territorju ta’ Stat Membru tista’ titressaq quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn ikollha d-domiċilju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 62(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 jipprovdi li, sabiex jiġi ddeterminat jekk parti jkollhiex domiċilju fit-territorju tal-Istat Membru li l-qrati tiegħu jkunu aditi bil-kwistjoni, il-qorti għandha tapplika l-liġi interna tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għalhekk, f’dan il-każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, sabiex tistabbilixxi jekk għandhiex ġurisdizzjoni skont ir-Regolament Nru 1215/2012, jekk il-persuna li timpjega lix-xufiera inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhiex titqies li hija ddomiċiljata fl-Ungerija skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 96/71, moqrija flimkien mal-Artikolu 5 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li l-ksur, mill-persuna li timpjega stabbilita fi Stat Membru, tad-dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward tas-salarju minimu jista’ jiġi invokat kontra din il-persuna li timpjega minn ħaddiema kkollokati tal-ewwel Stat Membru, quddiem qorti ta’ dan l-Istat Membru, jekk din ikollha ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 96/71 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-allowances ta’ kuljum intiżi sabiex ikopru l-ispejjeż sostnuti matul it-tul tal-kollokament tal-ħaddiema barra mill-pajjiż għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mis-salarju minimu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat, minn naħa, li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 jirreferi espressament għal-leġiżlazzjoni jew għall-prassi nazzjonali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun ikkollokat il-ħaddiem għad-determinazzjoni tar-rata minima ta’ ħlas imsemmija fl-ewwel subparagrafu Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Sähköalojen ammattiliitto</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑396/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:86">EU:C:2015:86</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(7) tal-imsemmija direttiva jippreċiża, fir-rigward tal-allowances speċifiċi għall-kollokament, sa fejn dawn l-elementi ta’ remunerazzjoni huma kkunsidrati bħala li jifformaw parti mis-salarju minimu fil-kuntest tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-istess direttiva (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Sähköalojen ammattiliitto</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑396/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:86">EU:C:2015:86</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk allowance ta’ kuljum, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tifformax parti mis-salarju minimu, fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71, għandu jitfakkar li, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 96/71, allowance għandha tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>allowance speċifika għall-kollokament<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> li tagħmel parti mis-salarju minimu meta din ma titħallasx lill-ħaddiema bħala rimbors tal-ispejjeż effettivament sostnuti minħabba l-kollokament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan il-każ, anki jekk l-allowance ta’ kuljum inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija deskritta, fin-nota ta’ informazzjoni stabbilita minn Rapidsped għall-persunal tagħha, bħala intiża sabiex tkopri l-ispejjeż sostnuti barra mill-pajjiż mill-ħaddiema kkollokati, xorta jibqa’ l-fatt li l-ammont ta’ din l-allowance jvarja skont jekk dan il-kollokament idumx tlieta, erbgħa jew ħames ġimgħat, jew iktar. Issa, dan it-tieni element, b’mod partikolari n-natura fissa u progressiva tal-imsemmija allowance, jidher li jindika li din tal-aħħar għandha l-għan mhux li tkopri l-ispejjeż sostnuti mill-ħaddiema barra mill-pajjiż, iżda pjuttost, bħall-allowance inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Sähköalojen ammattiliitto</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑396/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:86">EU:C:2015:86</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-kumpens tal-inkonvenjenzi dovuti għall-kollokament, li jikkonsistu fit-tneħħija ta’ dawn il-ħaddiema mill-ambjent abitwali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li din l-allowance titħallas bħala rimbors tal-ispejjeż effettivament sostnuti, bħall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni jew tal-ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li ż-żidiet u s-supplimenti, li ma humiex iddefiniti bħala elementi li jagħmlu parti mis-salarju minimu mil-leġiżlazzjoni jew il-prassi nazzjonali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-ħaddiem huwa kkollokat, u li jimmodifikaw ir-relazzjoni bejn ix-xogħol tal-ħaddiem, minn naħa, u l-korrispettiv li dan jirċievi, min-naħa l-oħra, ma jistgħux, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71, jitqiesu li huma elementi bħal dawn. Fil-fatt, huwa kompletament normali li, jekk il-persuna li timpjega teżiġi li l-ħaddiem jagħmel xogħol addizzjonali jew sigħat ta’ xogħol f’kundizzjonijiet partikolari, dan ix-xogħol supplimentari jiġi<?PAGE NO="12"?> kkumpensat lill-ħaddiem mingħajr ma tali kumpens jitqies fil-kalkolu tas-salarju minimu (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050414">14 ta’ April 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:220">EU:C:2005:220</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fin-nuqqas tal-Qorti tal-Ġustizzja li jkollha l-informazzjoni rilevanti kollha, hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq il-verifiki neċessarji f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 96/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li allowance ta’ kuljum li l-ammont tagħha jvarja skont it-tul tal-kollokament tal-ħaddiem tikkostitwixxi allowance speċifika għall-kollokament li tagħmel parti mis-salarju minimu, sakemm ma titħallasx bħala rimbors tal-ispejjeż effettivament sostnuti minħabba l-kollokament, bħalma huma l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni jew tal-ikel jew sakemm ma tikkorrispondix għal żieda li timmodifika r-relazzjoni bejn ix-xogħol tal-ħaddiem, minn naħa, u l-korrispettiv li dan jirċievi, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 561/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li impriża tat-trasport bit-triq tagħti lix-xufiera bonus ikkalkolat fuq l-ekonomija li tkun saret fil-forma ta’ tnaqqis tal-konsum ta’ fjuwil b’rabta mat-traġitt imwettaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 561/2006, impriżi tat-trasport ma jistgħux jagħtu lix-xufiera li jimpjegaw jew li jkunu għad-dispożizzjoni tagħhom xi ħlas skont id-distanza koperta u/jew il-volum ta’ merkanzija ttrasportata, anki jekk dan il-ħlas ikun fil-forma ta’ bonus jew żieda fis-salarju, jekk tali ħlas ikun ta’ natura li jista’ jipperikola s-sigurtà fit-toroq u/jew jinkoraġġixxi ksur ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għalhekk, l-applikabbiltà ta’ din id-dispożizzjoni tippreżupponi li jiġu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet. Minn naħa, ir-remunerazzjoni tax-xufiera, anki jekk tingħata fil-forma ta’ bonus jew ta’ żidiet fis-salarju, għandha tiġi kkalkolata skont id-distanza koperta u/jew skont il-volum ta’ merkanzija ttrasportata. Min-naħa l-oħra, tali remunerazzjoni għandha tkun ta’ natura li tikkomprometti s-sigurtà fit-toroq u/jew tinkoraġġixxi l-ksur tar-Regolament Nru 561/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jista’ jiġi nnotat li mid-Direttiva 2003/59, u b’mod partikolari mill-premessa 10 u mill-Anness I tagħha, moqrija flimkien mad-Direttiva 2006/126, jirriżulta li r-rekwiżit li x-xufiera ta’ vetturi li jservu għat-trasport bit-triq ta’ merkanzija, li l-massa tagħha taqbeż it-3.5 tunnellati u li taqa’ taħt ir-Regolament Nru 561/2006, ikunu mħarrġa sabiex jottimizzaw il-konsum tal-fjuwil huwa ta’ natura li jkollu effetti pożittivi kemm għall-kumpannija kif ukoll għas-settur tat-trasport bit-triq innifsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li d-dritt tal-Unjoni jeżiġi li x-xufiera tal-imsemmija vetturi jkollhom il-kapaċità li jsuqu b’mod razzjonali u ekonomiku, l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 561/2006 ma jistax jitqies li jipprojbixxi, bħala prinċipju, lill-impriżi tat-trasport milli jippromwovu dan it-tip ta’ sewqan permezz ta’ inċentiv pekunjarju fil-forma ta’ bonus.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, tali bonus ma jkunx kompatibbli mal-imsemmija dispożizzjoni jekk, minflok ma jkun marbut biss mal-ekonomija fl-użu tal-fjuwil, huwa jikkumpensa tali ekonomija skont id-distanza koperta u/jew skont il-volum ta’ merkanzija li għandha tiġi ttrasportata skont modalitajiet li jinċentivaw lix-xufier jaġixxi b’mod li jista’ jikkomprometti s-sigurtà fit-toroq u/jew iwettaq ksur tar-Regolament Nru 561/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina, fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet dwar il-portata tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 561/2006, il-karatteristiċi u l-effetti tal-bonus inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għal kull skop utli, għandu jiġi rrilevat li l-ekonomija fl-użu tal-fjuwil tiddependi minn numru kbir ta’ fatturi, b’tali mod li s-sempliċi ipoteżi li bonus għall-ekonomija fl-użu tal-fjuwil jista’ jinkoraġġixxi lil ċerti xufiera jsuqu bil-magna mitfija jew mingħajr gass (freewheel) fin-niżliet ma tistax tippermetti, waħedha, li jiġi konkluż li tali bonus jikser il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 561/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 561/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, li impriża tat-trasport bit-triq tagħti lix-xufiera bonus ikkalkolat fuq l-ekonomija mwettqa fil-forma ta’ tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil b’rabta mat-traġitt imwettaq. Madankollu, tali bonus jikser il-projbizzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni jekk, minflok ma jkun marbut biss mal-ekonomija fl-użu tal-fjuwil, jikkumpensa tali ekonomija skont id-distanza koperta u/jew skont il-volum tal-merkanzija li għandha tiġi ttrasportata skont modalitajiet li jinċentivaw lix-xufier jaġixxi b’mod li jista’ jikkomprometti s-sigurtà fit-toroq jew iwettaq ksur tar-Regolament Nru 561/2006.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk direttiva li ma ġietx trasposta fid-dritt nazzjonali tistax toħloq fil-konfront ta’ individwu obbligu li jista’ jiġi invokat kontrih quddiem qorti minn individwu ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minkejja li hija ġurisprudenza stabbilita li, meta interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali tirriżulta li tkun impossibbli, lanqas dispożizzjoni ċara, preċiża u inkundizzjonata ta’ direttiva intiża sabiex tagħti drittijiet jew timponi obbligi fuq individwi ma tista’ tiġi applikata bħala tali fil-kuntest ta’ tilwima li tkun esklużivament bejn individwi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Smith</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑122/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:631">EU:C:2018:631</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), għandu jiġi kkonstatat, bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 74 tal-konklużjonijiet tiegħu, li, f’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju la pprovdiet preċiżazzjonijiet dwar ir-raġunijiet li wassluha sabiex tagħmel din id-domanda u lanqas dwar ir-rabta eżistenti bejn id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 96/71, li, barra minn hekk, ma ġewx identifikati minn dik il-qorti, u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Issa, skont l-Artikolu 94(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tinkludi b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll il-konnessjoni li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tkun tista’ twettaq il-missjoni tagħha skont it-Trattati fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari, huwa indispensabbli li l-qrati nazzjonali jispjegaw ir-raġunijiet preċiżi li għalihom huma jqisu li risposta għad-domandi tagħhom hija neċessarja għas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali (digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210414">14 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Casa di Cura Città di Parma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/20</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:307">EU:C:2021:307</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ħames domanda hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id‑Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="19961216">16 ta’ Diċembru 1996</DATE> dwar l-istazzjonar [il-kollokament] ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi għandha tiġi interpretata fis-sens li hija applikabbli għall-provvisti ta’ servizzi tranżnazzjonali fis-settur tat-trasport bit-triq.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 96/71, moqrija flimkien mal-Artikolu 5 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li l-ksur, mill-persuna li timpjega stabbilita fi Stat Membru, tad-dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward ta’ salarju minimu jista’ jiġi invokat kontra din il-persuna li timpjega minn ħaddiema kkollokati tal-ewwel Stat Membru, quddiem qorti ta’ dan l-Istat Membru, jekk din ikollha ġurisdizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 96/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li allowance ta’ kuljum li l-ammont tagħha jvarja skont it-tul tal-kollokament tal-ħaddiem tikkostitwixxi allowance speċifika għall-kollokament li tagħmel parti mis-salarju minimu, sakemm ma titħallasx bħala rimbors tal-ispejjeż effettivament sostnuti minħabba l-kollokament, bħalma huma l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni jew tal-ikel jew sakemm ma tikkorrispondix għal żieda li timmodifika r-relazzjoni bejn ix-xogħol tal-ħaddiem, minn naħa, u l-korrispettiv li dan jirċievi, min-naħa l-oħra.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, li impriża tat-trasport bit-triq tagħti lix-xufiera bonus ikkalkolat fuq l-ekonomiji mwettqa fil-forma ta’ tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil b’rabta mat-traġitt imwettaq. Madankollu, tali bonus jikser il-projbizzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni jekk, minflok ma jkun marbut biss mal-ekonomija fl-użu tal-fjuwil, jikkumpensa tali ekonomija skont id-distanza koperta<?PAGE NO="15"?> u/jew skont il-volum tal-merkanzija li għandha tiġi ttrasportata skont modalitajiet li jinċentivaw lix-xufier jaġixxi b’mod li jista’ jikkomprometti s-sigurtà fit-toroq jew iwettaq ksur tar-Regolament Nru 561/2006.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>