|
15.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/1 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1161
tat-13 ta’ Lulju 2021
li temenda d-Deċiżjoni 2011/891/UE u d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1211, (UE) 2017/1212, (UE) 2017/2449, (UE) 2019/2085 u (UE) 2019/2086 fir-rigward tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u tar-rappreżentant tiegħu fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu, jew li huma prodotti minn ċerti organiżmi ġenetikament modifikati
(notifikata bid-dokument C(2021) 5148)
(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Dow AgroSciences Distribution SAS, ibbażata fi Franza, hija r-rappreżentant fl-Unjoni ta’ Mycogen Seeds LLC, ibbażata fl-Istati Uniti, ikkonċernata mill-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti minn organiżmi ġenetikament modifikati mogħtija bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/891/UE (2) u bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1211 (3). |
|
(2) |
Dow AgroSciences Distribution SAS, ibbażata fi Franza, hija r-rappreżentant fl-Unjoni ta’ Dow AgroSciences LLC, ibbażata fl-Istati Uniti, fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti minn ċerti organiżmi ġenetikament modifikati mogħtija bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (EU) 2017/1212/UE (4), (UE) 2017/2449 (5), (UE) 2019/2085 (6) u (UE) 2019/2086 (7). |
|
(3) |
Permezz tal-ittra tat-22 ta’ Marzu 2021, Corteva Agriscience LLC, ibbażata fl-Istati Uniti, infurmat lill-Kummissjoni li Dow AgroSciences LLC bidlet l-isem għal Corteva Agriscience LLC mill-1 ta’ Jannar 2021. |
|
(4) |
F’ittra konġunta tat-22 ta’ Marzu 2021, Corteva Agriscience LLC u Mycogen LLC talbu t-trasferiment tal-awtorizzazzjonijiet miżmuma minn Mycogen LLC lil Corteva Agriscience LLC. |
|
(5) |
Permezz tal-ittra tat-22 ta’ Marzu 2021, Corteva Agriscience LLC, informat lill-Kummissjoni li mit-22 ta’ Marzu 2021, ir-rappreżentant tagħha fl-Unjoni hija Corteva Agriscience Belgium BV, ibbażata fil-Belġju. |
|
(6) |
Il-bidliet mitluba huma purament amministrattivi fin-natura tagħhom u għalhekk ma jeħtiġux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/891/UE u d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1211, (UE) 2017/1212, (UE) 2017/2449, (UE) 2019/2085 u (UE) 2019/2086 jiġu emendati skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi tad-Deċiżjoni 2011/891/UE
Id-Deċiżjoni 2011/891/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, l-Istati Uniti, rappreżentat fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.” |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
|
(3) |
fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1211
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1211 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, l-Istati Uniti, rappreżentat fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.” |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268–1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
|
(3) |
fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 3
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1212
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1212 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, l-Istati Uniti, rappreżentat fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.” |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268–1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
|
(3) |
fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 4
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2449
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2449 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, l-Istati Uniti, rappreżentat fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.” |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268–1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
|
(3) |
fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 5
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2085
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2085 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, l-Istati Uniti, rappreżentat fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.” |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268–1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
|
(3) |
fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 6
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2086
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2086 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, l-Istati Uniti, rappreżentat fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.” |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268–1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
|
(3) |
fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 7
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/891/UE tat-22 ta’ Diċembru 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jkollhom fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament immodifikat 281-24-236x3006-210-23 (DAS-24236-5xDAS-21Ø23-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 344, 28.12.2011, p. 51).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1211 tal-4 ta’ Lulju 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (DAS-24236-5×DAS-21Ø23-5×MON-88913-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 6.7.2017, p. 38).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1212 tal-4 ta’ Lulju 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 173, 6.7.2017, p. 43).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2449 tal-21 ta’ Diċembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn fażola tas-sojja modifikata ġenetikament DAS-68416-4 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 346, 28.12.2017, p. 12).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2085 tas-28 ta’ Novembru 2019 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-sottokumbinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, jew ikunu jikkonsistu jew ikunu prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 6.12.2019, p. 80).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2086 tat-28 ta’ Novembru 2019 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 316, 6.12.2019, p. 87).