|
8.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/3 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/669
tas-16 ta' Diċembru 2016
li jikkoreġi l-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Litwan, bil-Malti, bir-Rumen u bis-Slovakk tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1) u b'mod partikolarli l-Artikolu 86(1)(e) u l-Artikolu 111(1)(c) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Litwan, bil-Malti, bir-Rumen u bis-Slovakk tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35 (2) fihom żball, fl-Artikolu 182(4), dwar l-iskala tal-kwalità kreditizja medja ponderata fuq skopertura b'isem wieħed. Għaldaqstant hemm bżonn li ssir korrezzjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Litwan, bil-Malti, bir-Rumen u bis-Slovakk. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn mhumiex affettwati. |
|
(2) |
Il-verżjoni lingwistika bil-Franċiż fiha żball addizzjonali, fl-Anness I, fit-Taqsima D, fil-punt 29, dwar il-linja operatorja “Assigurazzjoni tas-saħħa”. Għaldaqstant hemm bżonn li ssir korrezzjoni fil-verżjoni lingwistika bil-Franċiż. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn mhumiex affettwati. |
|
(3) |
Għaldaqstant jinħtieġ li r-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35 jiġi korrett. |
|
(4) |
Sabiex ikun żgurat li fl-Unjoni kollha jkun hemm kundizzjonijiet ugwali għall-imprizi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fl-applikazzjoni tar-regoli rilevanti, jinħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 huwa korrett kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 182(4) jinbidel kif ġej: “L-iskala tal-kwalità kreditizja medja ponderata fuq skopertura b'isem wieħed tkun daqs il-medja mqarrba 'l fuq tal-iskali tal-kwalità kreditizja tal-iskoperturi kollha għall-kontropartijiet kollha li jappartjenu għall-iskopertura b'isem wieħed, ponderata skont il-valur ta' kull skopertura.”. |
|
2. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija). |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).